Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558
28 illum | Ħadd 04 ta' Mejju 2014 Kummercjali BOV jippreżentaw kopji tal- Bulettin Entomoloġiku Red Bull King of the Rock jiġi Malta KOPJI tal-aħħar Bulettin Entomoloġiku li ġie ppubblikat dan l-aħħar ġew ippreżentati lil numru ta' entitajiet waqt avveniment ta' preżentazzjoni ta' kotba li ttella' fil-Ġan Franġisk Abela Junior College bl-appoġġ ta' Bank of Valletta. L-avveniment kien immexxi minn Godwin Degabriele, entomoloġista lokali, li ħa l-opportunità sabiex jispjega lil dawk preżenti fuq id-diversità ta' Debb ix-Xitan (dragonflies) u Odonata (damselflies) li jeżistu fil-gżejjer Maltin. Huwa spjega wkoll li l-aħħar edizzjoni tal-Bulettin tinkludi 17-il speċi li huma nattivi għal dawn il-gżejjer, bi speċi minnhom li qatt ma kienet ġiet irrekordjata qabel fil- pubblikazzjonijiet Maltin. Meta tkellem waqt il- preżentazzjoni, John Paul Abela, Manager Media & Community Relations, qal li l-preżentazzjoni tal- ktieb tkompli ssaħħaħ il- parteċipazzjoni attiva ta' BOV fi ħdan il-komunità kif ukoll l-isforzi tal-Bank sabiex jippromwovi żvilupp edukattiv. "Permezz tal- programm tagħna fil- komunità, aħna nfittxu li nagħtu appoġġ filwaqt li ngħinu proġetti validi. L-appoġġ tagħna lis-Soċjetà Entomoloġika Maltija huwa inizjattiva bil-għan li jiżdied l-għarfien filwaqt li titwassal informazzjoni fuq il- bijodiversità rikka tal-gżejjer Maltin". Il-preżentazzjoni tas-Sur Degabriele l-anatomija u l-mod kif iġibu ruħhom insetti varji, fosthom is-Sultan Rari (hawker), il-Mazzarell Sultan (emperor), l-Ortherum Trinacria (skimmer) kif ukoll il-Mazzarell (darter). BOV ikompli jippromwovi żvilupp edukattiv u parteċipazzjoni attiva l-komunità LAKTAR one-on-one street basketball tournament pretiġjuż tad-dinja, ir-Red Bull King of the Rock, issa ġej Malta, bil-kwalifikazzjonijiet se jsiru f 'Tigné Point f 'Tas-Sliema nhar is-Sibt 24 ta' Mejju. Jilagħbu l-logħba ta' 5 minuti f 'format ta' knock-out, meta 16-il plejer se jikkwalifikaw għall-finali lokali li se jsir fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, s-Sibt 31 ta' Mejju. Ir-rebbieħ imbagħad se jmur it-Tajwan biex jirrappreżenta lil Malta fil-finali tad-dinja fl-isport. Plejers interessati għandhom iżuru l-Bognor Sports Pitch max-xatt ta' Buġibba nhar is-Sibt 17 ta' Mejju fejn se tkun organizzata sessjoni prattika u r-reġistrazzjoni tal-plejers għall-kwalifikazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni rigward ir-reġistrazzjoni ċemplu 99879987. Kull min għandu aktar minn 16-il sena jista' jipparteċipa fit-tournament u mhux se jkun hemm miżata tar- reġistrazzjoni. Issa fil-ħames sena r-Red Bull King of the Rock hi avveniment globali tal-isport li se ssir f 'postijiet verament uniċi u ikoniċi. Fis-6 ta' Settembru 2014, it-Tajwan se tilqa' l-aqwa plejers tal-basketball tal-2014 minn madwar id-dinja hekk kif il-finali tar-Red Bull King of the Rock jimxu minn Alcatraz għall-btieħi tal-eżerċizzji tal- ħabs ta' Samasana Island. Ir-Red Bull King of the Rock qed tkun organizzata b'kollaborazzjoni mall- Assoċjazzjoni Maltija tal- Basketball, 808 Havana u Urban Jungle. Għal aktar informazzjoni żur www.redbullkingoftherock. com Il-kwalikazzjonijiet se jsiru f 'Tigné Point, -24 ta' Mejju