Illum previous editions

illum 4 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/306558

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

0.90 04 ta' Mejju 2014 • Nr 394 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 Jitħallew fid-dlam dwar Għawdex GVERN Nazzjonalista żamm mistur il-falliment tiegħu li jikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti iktar fondi għal Għawdex anki mill-membri parlamentari Ewropej Nazzjonalisti stess. Kien f 'Mejju 2012 li fuq il- bażi ta' studju dwar Għawdex li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- iStatistika, gvern Nazzjonalista talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex Għawdex ikun trattat aħjar f 'dawk li huma fondi bejn l-2014 u l-2020. Il- Kummissjoni Ewropea għamlet l-istudji tagħha b'rabta ma' din it-talba u f 'Ottubru 2012 wieġbet lill-gvern Nazzjonalista li ma taqbilx li Għawdex għandu jkun trattat aħjar. Erba' xhur biss 'il bogħod mill-elezzjoni ġenerali, gvern Nazzjonalista ħa deċiżjoni li jżomm dan kollu mistur. Kien nhar is-Sibt li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar dawn l-iżviluppi fejn qal li l-gvern Nazzjonalista ma kienx kapaċi jressaq argumenti b'saħħithom biżżejjed biex jikkonvinċi lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti iktar fondi biex ikunu investiti f 'Għawdex. Il-Prim Ministru anke talab lill-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil biex jerfa' r-responsabbiltà għal dan in-nuqqas fil-konfront tal-Għawdxin. Minn naħa tiegħu Busuttil qal li l-gvern Nazzjonalista ġab l-aqwa pakkett għal Għawdex. Minkejja dan iżda jirriżulta li gvern Nazzjonalista żamm in- negozjati li kellu fit-tieni nofs tal-2012 mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fondi għal Għawdex, mistura għal kollox, anki mill-membri parlamentari Ewropej tiegħu stess. Tant li fil-11 ta' Frar li għadda, sena u erba xhur wara li l-Kummissjoni Ewropea ma laqgħetx it-talba tal-gvern Nazzjonalista biex tagħti iktar fondi għal Għawdex, l-ewro parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola ressqet mistoqsija fil-Parlament Ewropew biex tara jekk il- gvern ressaqx lill-Kummissjoni l-istudju tiegħu dwar Għawdex u l-fondi Ewropej, u jekk il- Kummissjoni Ewropea weġbitx lura u jekk bagħtitx it-tweġiba tagħha lill-gvern Malti. Il-Maltin sodisfatti aktar mill-Ewropej dwar ix-xogħol JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt SKONT stħarriġ li sar fl- aħħar jiem mill-Unjoni Ewropea, il-Maltin huma ħafna aktar kuntenti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol meta kkumparati mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Mistoqsija jekk humiex kuntenti bil-kundizzjonijiet preżenti tax-xogħol, sebgħa minn kull għaxar Maltin wieġbu fil-pożittiv, 16% aktar minn kif wieġbu l-Ewropej. Minn naħa l-oħra, filwaqt li 43% tal-Ewropej iddeskrivew il-kundizzjonijiet attwali tax- xogħol bħala ħżiena, kienu biss madwar 20% tal-Maltin li wieġbu b'dan il-mod. Għal dan l-istħarriġ tal-Eurobarometer, il- kundizzjonijiet tax-xogħol kienu jinkludu l-ħin, is-saħħa u s-sigurtà, kif inhu organizzat ix-xogħol, ir-rappreżentanza tal-impjegati u r-relazzjoni ma' min iħaddem. Il-Maltin kienu aktar pożittivi mill-Ewropej anke fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol matul l-aħħar ħames snin. 40% tal-Maltin li pparteċipaw f 'dan l-istħarriġ qalu li l-kundizzjonijiet tjiebu, b'kuntrast kbir mat-12% biss tal- Ewropej li jemmnu dan. Kważi 60% tal-Ewropej jemmnu li l-kundizzjonijiet tagħhom mhux talli ma tjiebux talli marru għall-agħar, li hu persentaġġ erba' darbiet aktar minn kif wieġbu l-Maltin (15%). 35% tal-Maltin intervistati qalu li jaħsbu li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom baqgħu l-istess matul l-aħħar ħames snin, filwaqt li għaxra fil-mija wieġbu li ma jafux. Mistoqsija dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, 76% qalu li huma sodisfatti, b'aktar minn tmienja minn kull għaxra tal-parteċipanti Maltin jsostnu li huma kuntenti dwar il-ħinijiet tax-xogħol li jkollhom jagħmlu. Fost l-akbar inkwiet li għandhom il-ħaddiema Maltin fuq is-saħħa u s-sigurtà, joħroġ biċ-ċar li l-istress hija l-aktar kundizzjoni komuni fost il-ħaddiema Maltin. L-istħarriġ juri wkoll li nkwiet ieħor li l-ħaddiema Maltin ikunu anzjużi dwaru jinkludi movimenti repetittivi li jwasslu għal għejja u wġigħ, kif ukoll li jkollhom inċident jew korriment serju fuq il-post tax- xogħol. www.citroen.com.mt Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com NEW CITROËN C3 PURETECH PETROL ENGINE. 250 MORE KILOMETERS PER TANK. A PRICE THAT TURNS HEADS €12,600 Illustrated model C3 Seduction with zenith windscreen 0798. Citroen - C3 - 10x4.indd 1 05/03/2014 15:33 Ara paġna 2 u 3 Ara paġna 14 u 15 Ara paġna 5 €800,000 f 'kuntratti lil eks impjegat tal-PN Malta ċċelebrat 10 snin fl-Ewropa Intervista ma' Charlon Gouder Il-Kummissjoni Ewropea ma qablitx li Għawdex għandu jkun trattat aħjar Aktar minn 80% tal-Maltin kuntenti bil-ħinijiet tax-xogħol li jaħdmu Ikompli f'paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 May 2014