Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

0.90 11 ta' Mejju 2014 • Nr 395 NEWSPAPER POST Ikompli fil-paġna 4 Tel: 2122 3999 INKOMPLI naħdem favur il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol dinjituż għall-ħaddiema tagħna. INKOMPLI naħdem biex jinġieb aktar xogħol lejn Malta. INKOMPLI naħdem biex id-deċiżjonijiet li jittieħdu l-Parlament Ewropew ikunu jolqtu pożittivament is-suq tax-xogħol tagħna. Jirvillaw il-Laburisti li ma kinux se jivvutaw KIENET sorpriża kbira għal Prim Ministru Joseph Muscat, meta sar jaf bil-każ tal-appell tal-Imħallef Michael Mallia. Imħallef li meta kien fil- qorti t'isfel bħala maġistrat kien magħruf għas-sentenzi iebsin ta' libelli fil-konfront ta' min kien Laburist. Imma l-appell mill-Avukat Ġenerali Peter Grech li sar f 'Lulju ta' 2013 ma kienx previst jew magħruf lill-uffiċċju tal-Prim Ministru. Tant kienet sorpriża li l-Prim Ministru ħadha kważi personali li ma kienx infurmat. Lil dawk l-iktar viċin il-Prim Ministru qalilhom "Issa forsi Simon Busuttil jgħajjarni li qed nikkontrolla l-istituzzjonijiet!" II-Prim Ministru mill-ewwel ħareġ fuq l-attakk u minflok ma għamel bħal ma kien jagħmel Lawrence Gonzi u jarmi dak li jkun, għażel li jagħmel bħal Fenech Adami u jiddefendi lil nies tiegħu. Iżda kienet ċara mill-bidu li Engerer ma kellu l-ebda triq ħlief jirriżenja. Engerer li kien Nazzjonalist akkanit u magħruf kien ikkunsidrat bħala l-moħħ wara l-introduzzjoni tal-unjoni ċivili u d-dritt tal-adozzjoni ta' tfal. Ironikament, dan l-episodju kollu seta' ġie pospost jew evitat kieku l-Avukat ta' Cyrus Engerer, Franco Debono talab differiment tad-deċiżjoni tal- Qorti tal-Appell. Casa u Attard Montalto l-inqas li vvutaw DAVID Casa u John Attard Montalto huma l-inqas MEPs li vvutaw fil- Parlament Ewropew matul din il-leġislatura. Casa vvota biss f '61% tal-voti filwaqt li Attard Montalto, li għal żmien twil issa ilu li għeb mix-xena politika Maltija, ipparteċipa fi 58% tal-voti. Statistika maħruġa mill- MEPrankings.eu turi kif l-MEP Nazzjonalista David Casa għandu l-inqas rata ta' preżenza meta kkumparata mal-MEPs l-oħra li se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Fil-fatt, Roberta Metsola kienet preżenti f '95% tal- voti, Joseph Cuschieri 89%, filwaqt li Marlene Mizzi kienet preżenti għal 87% (li titla' għal 100% minħabba li f 'dawk il-voti kienet qed tirrappreżenta lill-Parlament Ewropew f 'pajjiżi oħra.) L-istess statistika tidħol ukoll fid-dettall dwar kemm l-MEPs kienu attivi billi jinkludu attivitajiet bħan-numru ta' diskorsi, mistoqsijiet parlamentari, rapport u opinjonijiet fost l-oħrajn. Casa kellu medja ta' 124 attività fis-sena, filwaqt Roberta Metsola u Marlene Mizzi, li t-tnejn servew għal sena, kellhom medja ħafna aktar ogħla b'madwar 450 attività. Joseph Cuschieri, li serva għal madwar sentejn u nofs, kellu medja ta' 30 intervent fis-sena. Minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika mħejji mill- MaltaToday juri li Alfred Sant u Roberta Metsola baqgħu l-aktar kandidati li jgawdu l-popolarità fil- kampijiet rispettivi tagħhom. Muscat u Busuttil f 'Reporter ILKAMPANJA Elettorali għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew se tkun diskussa waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. Se jkun hemm ukoll intervent minn Arnold Cassola, ċermen tal-Alternattiva Demokratika. Il-programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl- 10.15pm fuq TVM 2. Il-każ ta' Cyrus Engerer Muscat qed jieħu l-opportunità li bil-mitluf jirbaħ kemm jista' jkun simpatija mill-hard core Laburisti Conchita tkaxkar is-serata! KIF kien mistenni, l-Awstrija tirbaħ id-59 edizzjoni tal- Eurovision Song Contest. Conchita Wurst tirbaħ is-serata bid-diska Rise like a Phoenix b'290 punt, b'taqtigħa missielta mal-Olanda. Malta bil-grupp Firelight tikklassifika fit-23 post bi 32 punt. Ikompli fil-paġna ta' wara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014