Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 39

2 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 26˚Ċ L-INQAS 14˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta' xi rqajja ta' ċpar fuq il-baħar għall- ewwel u mal-lejl, li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ b'ammont varjabbli ta' sħab għoli. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar RIĦ: Punent forza 3 għal 4 lokalment forza 2 għal 3 kultant, li jsir lokalment forza 4 u jdur mil-Lbiċ. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 27˚Ċ L-INQAS 16˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ bi sħab għoli, lokalment ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta' xi rqajja ta' ċpar fuq il-baħar għall-ewwel u mal- lejl. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f 'xi rqajja ta' ċpar RIĦ: Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għall-ewwel, li jsir lokalment forza 2 għal 3 u jdur min-Nofsinhar. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 88 43 59 37 39 75 60 2 Tliet ġimgħat mill-kampanja elettorali FREDRICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt WARA tliet ġimgħat mill-ftuħ tal-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, ILLUM tkellem ma' numru ta' nies minn oqsma differenti tal-ħajja dwar l-andament tal-kampanja elettorali s'issa. Fost l-aktar kumment komuni hemm il-fatt li għal ħafna minn dawk intervistati, jħossu li l-kampanja iffukat aktar fuq politika lokali milli politika Ewropea. Kummenti oħra kienu dwar in-nuqqas ta' diskussjoni dwar temi bħall- immigrazzjoni illegali kif ukoll il-kandidatura tal-eks Mexxej Laburista Dr Alfred Sant. Dawn huma l-veduti u l-opinjonijiet tagħhom dwar dak li raw u semgħu s'issa. Tnejn minnhom xtaqu jibqgħu anonimi. Maria Brincat, 39 sena, Għalliema u Omm Jiena naħseb li ftit jew wisq, jiġri x'jiġri finalment bħala riżultat, l-affarijiet ħa jibqgħu l-istess. Jista' jkun li forsi se jinbidlu l-uċuħ tal-Membri Parlamentari Ewropej li ser jirrappreżentaw lil Malta imma rrid ngħid li fl- opinjoni tiegħi, il-kampanja elettorali li qed nassistu għaliha preżentement hija waħda pjuttost intensiva żżejjed. Qisna qegħdin f 'kampanja ta' elezzjoni ġenerali. Naħseb li din ġejja miż-żewġ partiti. Jeanpierre Camilleri, 29 sena, Negozjant Qed insegwi mill-viċin id-dibattiti taż-żewġ naħat bħal ma nagħmel dejjem. Il- Partit Laburista nemmen li huwa aktar konkret mill-Partit Nazzjonalista għax qed iwassal messaġġ b'mod sempliċi u mitkellem b'lingwa li jifhimha kulħadd. Il-Partit Laburista jaf ukoll li għandu nies li huma mweġġgħin għax forsi l-problemi tagħhom waqgħu fuq widnejn torox. Naħseb dan hu l-fatt prinċipali għaliex qed nisimgħu daqshekk enfasi mill-Prim Ministru li kontinwament qed ifakkar lis-segwaċi tiegħu li ilu biss ftit aktar minn sena fil-gvern. Minn naħa tal-oppożizzjoni nħoss li l-messaġġ li qed nisimgħu hu mibni wisq fuq kritika. Qed nassistu għal kritika bla waqfien fuq l-operat tal- gvern bħal m'huwa l-bejgħ taċ-ċittadinanza, l-adozzjoni tat-tfal bħala parti mil-liġi tal-unjoni ċivili u t-tankijiet tal-gass fost ħafna affarijiet oħra. Nemmen li l-kritka dejjem hi tajba, tiġi minn fejn tiġi però jibqa' l-fatt li n-nies jiddejqu jisimgħu l-istess kritika ripetutament. Fil-politika turi kemm int tajjeb mhux bil-kliem biss imma bir-riżultati. Alan Formosa, 23 sena, Uffiċjal pubbliku Matul dawn it-tliet ġimgħat li għaddew ikolli ngħid li nnotajt il-mod li bih qed tiżvolġi l-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-MEPs. L-andament huwa aktar simili għal dak ta' kampanja elettorali ta' xi elezzjoni ġenerali. Nistqarr li m'iniex sorpriż però wisq nemmen li n-nies iddejqu jisimgħu l-istess diski ta' kuljum miż- żewg partiti. Meta wieħed iqis li din hi elezzjoni li minnha mhux ħa nelleġġu gvern lokali, nemmen li kien ikun aħjar li kieku ngħata iktar spazju għal kandidati prospettivi. Wara kollox, aħna rridu nivvutaw u ngħażlu l-aħjar sitta min- REGENT Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun EVANS Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara BROWN'S Pharmacy, Shop 10,Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Pietà MARC Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema ST. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur EURO Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il-Gen- dus, Bormla POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar GERADA Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun SALUS Pharmacy, 21, Misraħ ir-Re- pubblika, Żurrieq PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ IMTARFA Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014