Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 3 Tliet ġimgħat mill-kampanja elettorali nies li fl-opinjoni tagħna huma kompetenti biżżejjed biex jirrappreżentaw lill- pajjiżna fl-ogħla istituzzjoni Ewropea. Għalhekk nemmen li kien ikun ferm aħjar li kieku ż-żewġ partiti ewlenin iffukaw aktar ħin fuq il- kandidati tagħhom milli biex jitfgħu t-tajn lil xulxin. Kif sejrin l-affarijiet, jien nipprevedi riżultat pożittiv għall-partiti ż-żgħar li mhux qed jibżgħu jitkellmu fuq kwistjonijiet Ewropej li lilna jolqtuna aktar mill-qrib. Dan kien ikun aktar ta' interess li nisimgħu diskussjoni fuqu milli paroli fuq ħatriet ta' nies fl-isfera politika lokali u li b'mod ġenerali nemmen li hawn ħafna nies li tilfu l-fiduċja fil-klassi politika. Raymond Borg, 47 sena, Messaġġier Jiena fil-fehma tiegħi nħoss li l-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew miexja sew b'mod ġenerali. Inħoss ukoll illi l-kandidati qegħdin jippreżentaw ruħhom tajjeb ħafna. Qegħdin ikunu viċin iċ-ċittadin u qed jgħaddu messaġġ ċar ta' dak li qed joffru. Ħaddiem anonimu, 46 sena Fil-qosor inħoss li din il-kampanja elettorali hija estensjoni tal-elezzjoni ġenerali. Ma nistax nifhem l-iskop ta' stress żejjed li qed jinħoloq. Ġaladarba jigu eletti l-membri tal-parlament Ewropew dawn għandhom ikunu persistenti, konsistenti, u insistenti fid-deċiżjonijiet tagħhom, fl-aħjar interess tal-poplu Malti, mingħajr ma jinħabbu ma' l-ebda partit politiku. Intraprenditur anonimu, 39 sena Fl-opinjoni tiegħi ħadd miż-żewġ partiti mhu qed jagħmel kampanja li tista' tagħtik l-għażla minħabba l-fatt illi kif naraha jien, dawn in-nies li ħa jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fl- UE jagħmlu hekk biss għall- interess personali tagħhom. Jista' jkun li jien żbaljat però naħseb illi eżempju ċar ta' dak li qed ngħid huwa Dr Alfred Sant. Bir-rispett kollu, kif jista' jmur jirrappreżenta lill- pajjiżna f 'istituzzjoni li hu ma qabilx magħha sa mill-bidu nett u li ħadem biex Malta ma tidħolx fiha? Sa fejn naf jien, Dr Sant dejjem qal illi l-UE ma tgħoddx għal Malta u allura nistaqsi, jekk l-UE ma tgħoddx għal Malta issa se tgħodd għalih personali? Naħseb li l-paga li għandhom l-MEPs hija paga li kulħadd jixtieq ikollu u għalhekk nemmen li l-unika interess li hemm huwa sempliċiment wieħed personali u finanzjarju. Nies bħal Francis Zammit Dimech hu eżempju ieħor ta' persuna li qed jibqa' jipprova jiggwadanja minn kull aspett finanzjarju possibbli. Għalhekk nemmen li ma fihomx x'tagħżel u naħseb li l-uniku persuna minnhom kollha inġenerali li ħareġ xi ħaġa bis-sugu, u li huwa ta' interess nazzjonali, huwa Norman Lowell. Bniedem eċċentriku u forsi xi ftit jew wisq estremist però huwa l-uniku persuna li qed jindirizza tema li għada pitgħada tista' tkun problema nazzjonali, l-immigrazzjoni illegali. Stefan Orsini, 36 sena, Konsulent Mindu bdiet il-kampanja elettorali ftit tax-xhur ilu, jien, familjari tiegħi u ħbieb, innutajna kemm il-kanditati tal-partiti l-kbar qed iżommu mistur jew mhumiex juru biċ-ċar il-futur ta' pajjiżna relatat mal-immigrazzjoni illegali sfrenata li qed tagħmel tant impatt ħażin fuq kull settur. Anke l-aħbarijiet prinċipali ta' kull stazzjon televiżiv lokali qed ikunu forma ċara ta' propaganda falza. Inħoss li b'dan il-mod il-pajżani li huma beżgħana għal futur ta' pajjiżna u wliedhom spiċċaw tilfu l-interess fil-partiti l-kbar. Nixtiequ nisimgħu soluzzjonijiet validi fuq l-immigrazzjoni illegali f 'pajjiżna meħudha b'eżempji minn pajjiżi bħal l-Awstralja u New Zealand biex ikollna lkoll futur hieni. Irridu nisimgħu u naraw b'għajnejna soluzzjonijiet għal dak li diġà qed inbatu minnu u mhux stqarriji redikoli bħalma xbajna nisimgħu. Ronald Barbara, 47 sena, Nursing Officer Oxfordshire UK Naħseb li f 'Malta l-kampanja qed issir bħal ma ssir f 'pajjiżi oħra Ewropej. Dan hu dak li qed jiġri eżattament hawnhekk ġewwa l-Ingilterra. L-aktar ħaġa tajba f 'Malta hi li qed nara ħafna interess minn kanditati żgħażagħ. Kandidati żgħar fl-età u anke kanditati nisa żgħażagħ. Din għalija se tirrefletti tajjeb favur l-għan ewlieni tal-Ewropa kollha, dik ta' Ewropa żagħżugħa mimlija enerġija u ideat għal futur aħjar. Inħoss li għandna bżonn aktar żgħażagħ anke fuq il-listi elettorali fl- elezzjonijiet lokali. Nixtieq nara aktar żgħażagħ eletti minħabba l-opinjonijiet, il-parteċipazzjoni attiva u t-talenti tagħhom. Iż- żgħażagħ għandhom l-aħjar għarfien u ideat favur it-tiswir t'Ewropa aħjar u inklussiva lejn iċ-ċittadini Ewropej kollha mingħajr diskriminazzjoni ta' età, sess, u/jew grupp soċjali/ ċivili. Ħaġa li qed nisma' matul din il-kampanja li hija kemxejn negattiva hi l-istess kantaliena politika. Kampanja kkaratterizzata minn dwell politiku bejn il-partiti ewlenin li tista' tkun ta' tfixkil għall-għażla tas-sitt MEPs Maltin. Importanti li niftakru li ġewwa Brussell, Malta kull m'għandha huma 6 siġġijiet u għalhekk minn jirrappreżenta lil Malta jrid jkun lest li jsemma' leħnu għal poplu Malti kollu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014