Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Erba' snin trabbi mingħajr saqaf fuq rasha JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILLUM Jum l-Omm, iżda għal *Diane din hi ġurnata bħal oħrajn fil-ġlieda tagħha ta' kuljum li titma u tlibbes żewġ itfal mill-benefiċċji soċjali – l-uniku introjtu li għandha. Il-fatt li m'għandhiex saqaf fuq rasha tagħmilha diffiċli għaliha biex tagħti ħajja kemm jista' jkun normali lil uliedha. Illum il-ġurnata, hi ilha erba' snin li applikat għall-akkomodazzjoni soċjali mal-awtorità għad-djar, iżda s'issa għadha ma rċeviet l-ebda aħbar. Tirrakkontali kif il-ġimgħa tqassamha f 'żewġt idjar, waħda ta' kuġinuha u l-oħra ta' ħabiba tagħha li romlot u ddeċidiet li tgħinha kif tista'. Fil-bidu kienet megħjuna b'xi mod minn ħutha, iżda bil-familji tagħhom ukoll x'jieħdu ħsieb, ftit setgħu joffru saqaf għal żmien twil u indefinit. "Jien ma nitkarrab ma' ħadd, għax il-ħajja għallmitni li kulħadd għandu d-diffikultajiet tiegħu. Wara snin f 'din is- sitwazzjoni issa ddisprajt, u ċertu ħsibijiet neħħejthom biss għax kont inħalli t-tfal warajja," tgħidli hi b'għajnejha miksurin. Il-mara għandha żewġt itfal, wieħed ta' 6 snin u ieħor ta' kważi sentejn. Meta applikat l-ewwel darba għall-iskema ta' housing Diane kienet toqgħod mal-ġenituri tagħha f 'bini li parti mis-saqaf kien kundannabbli, u qas biss kellu kamra tal-banju. Iżda l-ħtieġa biex il-każ tagħha jiġi indirizzat mill- awtoritajiet kibret meta hi tkeċċiet 'il barra biż-żewġt itfal tagħha. Tgħid kif l-unika raġġ ta' tama wasal madwar xahar u nofs ilu meta rċeviet telefonata u qalulha li daqt se jsirilha appuntament mal-awtorità tal- Housing biex jiddiskutu aktar dwar il-każ tagħha. "Iżda ġimgħa wara nbidlet il-Ministru tal-Familja li saret President. Mhux qed ngħid li m'għandix fiduċja fis-suċċessur tagħha iżda kelli fiduċja f 'Marie Louise Coleiro Preca għax dehret li qed tmexxi 'l quddiem l-affarijiet." Minn dik it-telefonata 'l hawn, ma rċeviet xejn aktar. Meta pruvat tagħmel kuntatt hi, ir-risposta li rċeviet kienet li qiegħda f 'lista u trid tistenna li jsirilha l-appuntament. "Kuljum nissieltu mal-ħajja u sfortunatament mhux l-ewwel darba kelli niddejjen biex għallinqas ikolli biex nitma lit- tfal. Nixtrilhom borża chicken nuggets bit-tama li jservuni ftit jiem, għalija ma nħabbilx rasi mqar niekol biċċa ħobż Il-każ ta' Cyrus Engerer Diriġenti Laburisti jistaqsu għalfejn il-Pulizija ma jressqux eks ċermen tal-EneMalta KIEN għażel li jitlaq mill-Partit Nazzjonalista meta kien deputat sindku ta' tas-Sliema meta kien diġà akkużat mill-pulizija wara rapport mill-eks għarus tiegħu li kien xerred ritratti personali tiegħu fuq l-internet. Dakinhar hekk kif telaq mill-PN, missier Cyrus Engerer ġie akkużat b'pussess ta' droga. Koinċidenza li kienet attirat il-mezzi tax-xandir ta' dakinhar. Sondaġġ li qed jiġi ppubblikat illum fil-gazzetta MaltaToday juri li d-distakk bejn il-Labour u l-PN naqas 8 punti minn tal-ġimgħa l-oħra. Iżda dan is-sondaġġ sar eżatt qabel il-każ ta' Cyrus Engerer. U hu maħsub li bil-każ ta' Cyrus Engerer, ħafna Laburisti hard core li kienu għażlu li ma jivvutawx issa hemm ċans li joħorġu jivvutaw. U li dan l-avveniment jista' jsaħħaħ mhux idgħajjef lil Labour. Hemm rabja kbira fil-kwartieri tal-Partit Laburista għal mod leġġer kif jiġu konklużi l-investigazzjonijiet. "Jiena, ma nistenniex li l-Gvern jindaħal imma ma jistax ikun li dan il-kummissarju tal-pulizija ma jagħmel xejn biex jikkonkludi investigazzjonijiet li ilhom miftuħin. Insemmi fost oħrajn il-każ ta' eks ċermen Kaċċa fuq artijiet tal-gvern IDDIPARTIMENT tal- artijiet naqas milli jieħu azzjoni kontra sidien ta' żewġ għelieqi meta dawn kisru l-kuntratt tal-art mogħti lilhom mill-gvern u ħallew kaċċaturi u nassaba jagħmlu użu minn dawn l-għelieqi. Il-kuntratt ta' dawn l-artijiet jgħid li għandhom jintużaw biss għal skopijiet agrikoli u tipprojbixxi l-prattika ta' kaċċa u nsib. Il-kaċċa u l-insib saret f 'dawn l-artijiet fl-aħħar ġimgħat. ILLUM hi infurmata li filwaqt li d-dipartiment konċernat kien diġà rċieva bosta rapporti u ġie mgħarraf b'din l-irregolarità, naqas milli jieħu l-passi meħtieġa. Iż-żewġ għelieqi huma ftit passi 'l bogħod minn xulxin u jinsabu fl-inħawi magħrufa bħala Ġebel Ċantar fis-Siġġiewi. L-art hija rreġistrata fuq żewġ bdiewa, wieħed ta' 55 sena u l-ieħor ta' 38 sena. Din il-gazzetta bagħtet diversi mistoqsijiet lil min ħa ħsieb ir-rapporti, fosthom għalfejn ma ttiħdux passi dixxiplinarji kontra l-bdiewa fuq dawn l-irregolaritajiet. Madankollu, l-uffiċjal u d-dipartiment tal-artijiet ddeċidew li ma jirrispondux il-mistoqsijiet. Sadanittant, fil-Parlament din il-ġimgħa ħareġ li bejn Marzu 2013 u Marzu 2014, il-gvern nefaq mal-€675,000 f 'infurzar. Waqt li kien qed jirrispondi mistoqsija tal-MP Charlò Bonnici, il-Ministru għall- Ambjent Leo Brincat qal li dawn l-eluf kbar ta' ewro kienu jikkonsistu f 'salarji tal-uffiċjali tal-Wild Bird Regulations Unit, kif ukoll is-salarji u l-ispejjeż relatati ma' fuel kemm tal-pulizija kif ukoll tal-armata. "Ta' min ifakkar li x-xogħol ta' infurzar irid isir il-ħin kollu sabiex Malta tista' tonora l-obbligi tagħha mal-Unjoni Ewropea," qal Leo Brincat waqt li kien qed jiġġustifika din is-somma fil- parlament din il-ġimgħa. Mappa li turi ż-żewġ għelieqi msemmija li fihom kienu rrappurtati kaċċa u nsib minkejja li dan jikser il-kuntratt tal-art mogħti mill-gvern Hu maħsub li bil-każ ta' Cyrus Engerer, ħafna Laburisti hard core li kienu għażlu li ma jivvutawx issa hemm ċans li joħorġu jivvutaw Ikompli minn paġna 1 "Jien ma nitkarrab ma' ħadd, għax il-ħajja għallmitni li kulħadd għandu d-diffikultajiet tiegħu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014