Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Iżda sitt xhur qabel iż- żwieġ inqala' ntopp kbir meta sabulha ċesta ta' 18-il ċentimetru fl-għanqud tal-bajd u kellha tagħmel operazzjoni kbira fejn neħħewlha l-ovarji tal-lemin. Iżda dan ma kienx kollox, ftit taż-żmien wara sabulha ċesta oħra ta' 15-il ċentimetru fl-għanqud tan- naħa tax-xellug u neħħewla parti oħra filwaqt li qalulha li ma jistax ikollha tfal. Il- ħolma tagħha kienet bħal kull mara oħra, li ssir omm, "ma kienx żmien faċli, għarusa, fuq it-tarġa taż-żwieġ u jien kaxxa magħluqa. Ridt inħassar l-għerusija għax lil żewġi ma stajtx nagħmlu missier. Iżda Saviour qalli li hu lili jħobb u mhux it-tfal u żżewwiġna fl-24 ta' Mejju 1991. "Ma qtajtx qalbi u għamilt tmien operazzjonijiet forsi ninqabad tqila iżda għalxejn. Il-professur wara li spulpjani mill-flus qalli li kont infertili. Għalhekk bdejna t-triq għal adozzjoni fejn kont se nadotta mill-Pakistan. Talbuni Lm5,000 u wara qaluli li se jagħtuni skont u niżżluli l-prezz għal Lm3,000. Biex tgħaxxaqha faqqgħet il-gwerra fil-Pakistan u kull tama li kelli ntemmet. "Kont bdejt naħdem Ħaż- Żabbar u qabel kont nidħol ix- xogħol kont immur quddiem il-Madonna tal-Grazzja u nitlobha biex xi darba jkolli tarbija f 'idi bħalma kellha hi. Dan kollu biex jirnexxili nsib nadotta. Fl-istess żmien bdejt inħossni ma niflaħx ħafna u bdejt neħxien. Bdejt inwaħħal fil-pastizzi li kont niekol. Mort għamilt xi testijiet u qaluli li fl-utru kienu raw bħal dell u kienu ddeċidew li jneħħuli kollox. Però għal xi raġuni ma dħaltx nagħmilha u kien hemm ħabiba tiegħi u qaltli biex immur naħraq il-pipi u mort għand l-ispiżjara. Tajtha l-pipi u ħriġt inpejjep. L-ispiżjara għajtitli u qaltli, "pregnant" u jien mort ngħannaqha u nifirħilha għax kienet tqila u l-ispiżjara dlonk qaltli, "mhux jien pregnant imma int" u stabatt mal-art." Josette saret taf li kellha tliet xhur tqala. Dik ix-shadow fl-utru ma kienet xejn ħlief Mariah u mhux bħalma kienu ħasbu. "Il-ħolma tiegħi saret realtà wara 12-il sena ta' taħbit u qtigħ il-qalb. Sirt omm lejlet il-Milied tal-2002 u Mariah kienet iddikjarata miraklu ħaj." Sadattant Mariah qagħdet ħdejna tisma' kollox u titbissem. Staqsejtha jekk semmitiex Mariah għal Madonna u hi qaltli li semmietha Mariah għall-oħt ir-raġel li tant kienet tħobbha u li mietet ta' età żgħira. Sa hawn kollox kien ward u żahar sa ma Josette reġgħet sabet quddiemha battalja qalila. Ta' 8 snin Mariah bdiet tiġi bullied l-iskola. Iċ-ċkejkna tant sabiħa bdiet tħossha kerha u lil ommha kienet tgħidilha li xtaqet tkun bħad-Duluri bi stalett f 'qalbha. "Ma riditx tmurli skola iżjed, bdejt neħodha għand psikologi u anke psikjatri fejn tawha kalmanti. Mariah ġennitni riedet taqbeż mill-gallarija biex tmut. Lid-Duluri bl-istallett f 'qalbha kienet tħares lejha bħala persuna fortunata." F'dan il-ħin Mariah iddeċidiet li tgħid tagħha u qaltli li ommha kienet tgħidilha biex tisma' minn lirika ta' diska, "I am not a beauty queen… I'm just beautiful." Kien mument li Mariah laqtitli qalbi u stajt nara fejn iwassal il-bullying meta tifla sabiħa jirnexxilhom jġagħluha tħossha kerha. Wara diversi laqgħat ma' psikologi, psikjatri u anke saċerdoti rnexxielha toħroġ mid-dipressjoni u tirritorna l-iskola u fi ftit xhur ġiet minn ta' quddiem fil-klassi. Mariah anke jekk ta' 11-il sena hi tifla intelliġenti ħafna b'ħolma sabiħa. Josette b'ħarsa mill-isbaħ lejn bintha qaltli, "kien hawn li ddeċidejt li nagħti lura lis-soċjetà dak li tatni hi. Ftaħt paġna fuq Facebook li semmejtha Helping Hand for Free u wara bdiltha għal Josette Helping Hand. F'din il-paġna bdejt nistieden li min għandu bżonn għajnuna jkellimni. Bdew ġejjin każi fejn kien hemm min ma kellux x'jiekol filgħaxija u bdejt ngħaqqad tim miegħi biex nibdew ngħinu b'kull mod lil min kien fil-bżonn. Illum fit-tim qegħdin nofs tużżana. "Kien hemm żmien meta kont għajjejt u kien hemm min ipprova jfarrakni b'ilsienu jew kasbruni, iżda sibt ukoll nies li għenuni għax jafu li l-grupp tiegħi jsalva u jgħin lil ħafna nies u tfal. Hemm anke min jabbuża mill-ġentilezza tagħna u jipprova jakkwista xi ikla b'xejn jew xirja b'xejn imbagħad taraha tixrob il-birra f 'xi bar. Għalhekk illum min jitlobna l-għajnuna nitlobhom li jġibulna social worker ħalli nkunu nafu li jkunu fil-bżonn." Josette qaltli li qabel dan kollu ma tantx kienet temmen li hawn faqar, iżda llum qed tiltaqa' ma' każi li jkexkxuk. "Hemm min fi friġġ jkun baqagħlu nofs kartuna ħalib u xejn iżjed. Hawn min għandu r-raġel jirreġistra, imbagħad ipejjep u jixrob il-birra u lil mara u wliedu jħallihom bil-ġuħ. Nhar ta' Ġimgħa fil- garaxx tiegħi jkolli madwar 10 familji li nitmagħhom. "Hemm min hu għażżien ukoll, inkella naqra flus jagħmilha xi tpinġija jew dwiefer u jħalli lill-uliedu kważi bil-ġuħ. Ikolli aptit ma ngħinhomx iżda meta nara tarbija bil-ġuħ, tarbija li ma jkollhiex l-ebda tort ma jistax ikun li ma nitmagħhiex. Nipprova ngħallimhom u fejn is-soltu nagħtihom ħuta msajra, illum sirt nagħtihielhom nejja ħalli jsajruha huma u t-tielet darba neħodhom miegħi jistadu għal ħuta." Din il-mara b'qalb tad-deheb qaltli li l-akbar faqar li hawn Malta qiegħed fil-moħħ, "irridu nedukaw lil dawn il-povri li n-naqra flus li għandhom jaqsmuha b'mod tajjeb u mhux juru wiċċ sabiħ u jħallu lill-uliedhom bil-ġuħ." Hawnhekk għajnejn Josette xegħlu meta bdiet tirrakkuntali s-sodisfazzjon li tħoss meta ħadet 70 ġenitur m'uliedhom l-Mediterraneo, Baħar iċ- Ċagħaq, tfal li qatt ma kienu marru mkien u rajthom jifirħu u jaqbżu, darba oħra xtrajna buggy speċjali lil tfajjel li kien irid jintrefa' biex jittieħed minn post għall-ieħor. Dan ħa ritratt fil-buggy, bagħtuli u kitibli Thank you. Dan hu s-sodisfazzjon f 'ħajti." Chapeaux Josette! Kellu bżonn ikun hawn ħafna u ħafna aktar bħalek, iħobbu mingħajr ma jistennew xejn lura. Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 11 Gladjaturi tal-Ħajja Rebħet fuq l-infertilità u ġellieda kontra l-faqar Josette, il-moħħ wara Josette Helping Hand, ma' bintha Mariah Republic Street, Valletta next to the Courts