Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
12 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 $1.24m għall-immaniġġjar tal-ilma f 'Għawdex Proġett li wassal għal ħafna investimenti infrastrutturali – Il-Ministru Refalo LIFFLAXXJAR tat-toilet jaħli l-aktar ilma fid-dar, aktar mix-showers u l-banjijiet. Meta tuża l-washing machine mimlija tiffranka madwar 13- il metru kubu ta' ilma fis-sena. Nofs l-ilma li nużaw fid-dar (eżempju flushing tat-toilet), għal ħasil tal-art, għat-tisqija tal-pjanti m'hemmx għalfejn ikun ilma tajjeb għax-xorb. Għalhekk wieħed jista' juża ilma maħmuġ għat-toilets li jgħin jnaqqas il-konsum tal-ilma fid-dar b'terz kuljum. Kunu afu li l-ilma tax-showers kuljum u l-ħasil tal-idejn f 'dar medja hu biżżejjed għal flushing f 'ġurnata waħda. Jekk wieħed jieħu ħsieb jimaniġġja tajjeb l-użu tal-ilma jagħmel ġid lil butu kif ukoll lill- ambjent ta' pajjiżu fl-imaniġġjar tal-ilma. L-Ingliżi jgħidu li 'charity begins at home' u dan hu li qed jagħmel il-gvern b'dan il-proġett imsejjaħ 'Alter Aqua', li qed jagħti eżempju kif jimaniġġja l-ilma hu stess. Il-ġbir tal-ilma tax-xita, l-immaniġġjar tal-ilma tal- maltemp u l-użu tal-ilma mhux nadif iżda trattat f 'binjiet u żoni pubbliċi hu l-qofol tal- Programm Nazzjonali msejjaħ "Alter Aqua". Din il-ġimgħa fil-fatt tnediet it-tieni fażi bħala parti mill-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġjar tal-Ilma fil-gżira Għawdxija. L-istess programm irċieva għotja ta' $800,000 mill-Fondazzjoni Coca-Cola u ko-finanzjament ieħor ta' $440,000 mill- Ministeru t'Għawdex biex tiżdied id-disponibbiltà tal-ilma permezz tal-ġbir tal-ilma tax- xita u l-użu ta' ilma maħmuġ li jkun ġie trattat, u biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-użu responsabbli u l-konservazzjoni tal-ilma fil- gżira ta' Għawdex. Fl-ewwel fażi tal-proġett, f 'Għawdex tlestew sistemi li jiġbru l-ilma tax-xita fi Skejjel tal-Gvern f 'lokalitajiet differenti, ġiet installata sistema li titratta u terġa' tuża l-ilma maħmuġ fil-Gozo Stadium u fil-Wied tal-Bajja tar-Ramla, fejn inbnew ukoll ħitan tas- sejjiegħ bħala parti mill-istess proġett, qed jinġabar l-ilma tal-maltemp bil-għan li jerġa' jintuża għat-tisqija fl-għelieqi. Matul din il-fażi, il- programm iffoka fuq tliet pilastri ta' azzjoni: xogħlijiet infrastrutturali biex jiġi applikati t-teknoloġiji tal- NCWR; l-edukazzjoni tal-ġenerazzjonijiet żgħar dwar importanza tal-użu responsabbli u sostenibbli tal- ilma fl-iskejjel; it-titjib tal-ħiliet u taħriġ għan-nies tekniċi u l-awtorità lokali, u tqajjim ta' kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali. Waqt konferenza stampa fejn ingħata rendikont ta' x'intlaħaq s'issa, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li l-iżvilupp tal-proġett jidħol kexxun mal-viżjoni tal-Gvern biex Għawdex ikun gżira sostenibbli. Dan kompla żied il-kunfidenza ta' investituri privati u b'hekk Għawdex seta' jkollu l-fondi meħtieġa għal proġetti sostenibbli oħra. F'dan ir-rigward, il-Ministeru għal Għawdex implimenta u Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Inbnew ħitan tas-sejjiegħ biex iżommu l-ilma tax-xita 25 għaqda juru interess fil-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ f 'Għawdex "ILHA tissemma l-ħtieġa li f 'Għawdex jitwaqqaf Kunsill Amministrattiv taż-Żgħażagħ. Mhux biss imma l-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jkun vuċi effettiva għaż-żgħażagħ Għawdxin u jgħinhom jipparteċipaw b'mod aktar effettiv fil-ħajja Amministrattiva, Soċjali, Ekonomika, Kulturali u Edukattiva tal-Gżira. Jgħin ukoll lill-gvern li jsib interlokutur għas-settur." Dan qalu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li qal ukoll li din kienet wegħda oħra mwettqa mill- Partit Laburista. Hu kompla jgħid li mill- bidu nett ta' din il-leġsilatura beda jiltaqa' mal-istake holders biex jifhem aktar il-bżonnijiet taż-żgħażagħ Għawdxin. BSL Britannia Tours Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢399 FROM 7-14 July, 14-21 July, 21-28 July & other groups in August and September ITALIAN DOLOMITES & ITS FLAVOURS … your holiday starts here! ¢469 FROM LAGO DI GARDA - NORTHERN ITALY ¢439 FROM 4-11 August ARTFUL ITALY AND THE CLASSIC MASTERPIECES ¢399 FROM 1-8 September RIMINI AND NORTHERN ITALY ¢499 FROM 12-19 July, 2-9 August, 30 August - 6 September, 13-20 September SCENIC ITALY AND SWITZERLAND ¢489 FROM 14-21 July, 4-11 August, 18-25 August SORRENTO, CAPRI & AMALFI ¢499 FROM 19-26 July, 6-13 September ITALIAN ALPS & VALLE D'AOSTA ¢489 FROM 14-21 July, 28 July - 4 August, 11-18 August, 25 Aug - 1 Sept, 8-15 September TOSCANA & LE CINQUE TERRE ¢499 FROM 7-16 July BELLA ITALIA ¢499 FROM 30 June - 7 July, 7-14 July, 28 July - 4 August, 11-18 August ROME ¢449 FROM 16-21 July PLACIDO DOMINGO CANTA VERDI Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy 7-14 July, 14-21 July, 21-28 July & other groups in August and September