Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 13 se jkompli attivitajiet immirati biex iżidu l-potenzjal biex jinġabar l-ilma tax-xita billi jitkompla x-xogħol fuq it-tindif tal-widien u l-bini jew restawr tal-bjar. B'kollox ġew installati erba' sistemi biex jinġabar l-ilma tax-xita fl-iskejjel ta' Kerċem, is-Sannat, iż-Żebbuġ u l-Għarb; ġew irrestawrati sitt sistemi biex jinġabar l-ilma tax-xita fl-iskejjel tas-Sannat, ix-Xagħra, San Lawrenz u r-Razzett Sperimentali ta' Għawdex, ġiet installata Sistema fil-Grawnd tal-Futbol t'Għawdex biex jiġi ttrattat u jerġa' jintuża l-ilma maħmuġ, u nbniet sistema għall-immaniġġjar tal-ilma fil- maltemp fil-Wied tar-Ramla, fejn inbnew ħitan tas-sejjieħ biex iżommu l-ilma tax-xita ħalli jkun hemm iktar ilma għat-tisqija tal-agrikoltura u s-sostenibbiltà tal-ilma tal-pjan. Il-ġurnal ILLUM tkellem mal-Ministru Refalo dwar dan il-programm. "Dan il-proġett qed ikompli jpoġġi lil Għawdex fuq il-mappa tal-gżejjer Mediterranji l-iktar li qed jaħdmu biex isolvu l-problema kbira tal-provista tal-ilma. Dan il-proġett wassal għal ħafna investimenti infrastrutturali bħal ġibjuni, iżda ffoka bil- qawwi wkoll fl-edukazzjoni tat-tfal biex jagħrfu minn età żgħira japprezzaw kemm hi importanti u rari din ir-riżorsa għall-gżira tagħna. Il-Ministeru għal Għawdex se jkompli bi proġetti biex inkomplu nżidu l-ħażna tal-ilma f 'Għawdex." Sadattant il-Partit Nazzjonalista qal li dan il-proġett inbeda fl- amministrazzjoni tiegħu. Dwar dan il-Ministru Refalo qal. "Jien m'iniex tat-timbri, imma tal-kontinwità. Fejn hemm tajjeb inkompluh u nippruvaw intejbuh, fejn hemm ħażin nirranġawh, noħolquhom. L-importanti biss li jkun ta' ġid għal Għawdex kollu u mhux b'xi timbru ta' xi kulur jew ieħor. Tlabna kumment lil Perit Carmel Cacopardo tal- Alternattiva Demokratika li qalilna hekk dwar dan il- proġett. "Dan hu programm ta' edukazzjoni u taħriġ li jifforma parti mill-proġett Eko- Għawdex li għandu l-iskop li iktar persuni jagħrfu l-obbligu li għandu kull wieħed u waħda minna li nħarsu r-riżorsi tal- ilma. Iżda l-fatt innifsu li l-proġett Eko-Għawdex aċċetta kontribuzzjoni minn fondazzjoni assoċjata mal-użu fuq skala kbira tal-ilma (Coca Cola), inkluż l-ilma tal-pjan iwassal messaġġ negattiv. Nafu li l-ilma tal-pjan f 'Malta, imma anke f 'pajjiżi oħra, hu fi stat ta' periklu. Kien ikun għaldaqstant ħafna aħjar kieku l-Coca Cola flok ma ppreżentat donazzjoni waqfet milli tieħu ilma tal-pjan għall-fabbrika tagħha f 'Malta. F'gazzetta oħra ippubblikata f 'Malta nhar it-Tlieta, uffiċjal tad- ditta li tipproduċi l-Coca Cola f 'Malta kkonfermat li tieħu 40% tal-ilma li tuża mill-ilma tal-pjan u li dan tagħmlu bla ħlas. L-eżempju hu l-ikbar edukazzjoni." Tlabna wkoll kumment mingħand l-kelliema tal- Oppożizzjoni dwar Għawdex, Giovanna Debono iżda għalkemm ġejna mgħarrfa mis- Segretarju Ġenerali, Dr Chris Said li se nirċievu tweġiba fi żmien siegħa, din it-tweġiba ma waslet qatt, lanqas wara jumejn. 25 għaqda juru interess fil-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ f 'Għawdex Fit-28 ta' Marzu li għadda kien ħareġ avviż fuq il- gazzetti biex iħajjar lil kull għaqda Għawdxija taż- żgħażagħ biex tingħaqad fil-kunsill reġjonali taż- żgħażagħ Għawdxin. Il-Ministru qal li kien hemm 25 għaqda li rreġistraw l-interess tagħhom biex jingħaqdu fil-Kunsill Reġjonali. Issa l-ewwel ġenerali għat-twaqqif tal- Kunsill u adozzjoni tal-istatut hi pprogrammata għas-16 ta' Mejju 2014. Imħabbar il-kunsill reġjonali taż-żgħażagħ MISSIRIJIETNA ta' Żmien il-Ħaġar bnew id-dolmen b'ġebel kbir biex fihom b'qima liema bħala jidfnu l-għeżież tagħhom. L-Eġizzjani tellgħu l-piramidi għall-mejtin u kienu jimlew l-oqbra bl-istess affarijiet li dawk li mietu kienu jieħdu gost bihom. Bħall-Eġizzjani kulturi oħra vvintaw proċessi kumplikati ta' mumifikazzjoni biex juru t-twemmin f 'ħajja oħra wara l-mewt u biex il-mejtin jibqgħu jgħixu għal dejjem. Saddam Hussein kien jaħraq ħajjin l-għedewwa politiċi tiegħu u jxerred l-irmied mad- demel għax-xtieli tal-ġonna tal-palazzi tiegħu. Ibnu Uday kien jagħmel l-istess u ġieli difen ħajjin avversarji politiċi fil-konkos. L-istess jagħmlu tal-mafja - jdewbu l-mejtin fl-aċtu u jitfgħuh fid-drenaġġ. Għamlu hekk ukoll in-Nazisti lil katavri tal-kampijiet tal- konċentrament. Bla dubju qed tinnutaw id- differenza bejn iż-żewġ eżempji. Tal-ewwel hu sinjal ta' ċiviltà mentri tat-tieni hu barbariżmu pur. Għax kif jgħidu l-antropologi u dawk kollha li jistudjaw il-kulturi tal-bniedem wieħed mis-sinjali ewlenin ta' bniedem ċivilizzat hu l-kult tal-mejtin u r-rispett fid-dfin. Il-filosfi jispjegaw li waħda mid- differenzi kbar bejn il-bniedem u l-annimal hija li tal-ewwel jidfen il-mejtin tal-ispeċi tiegħu mentri tat-tieni le. Għalhekk kien ta' xokk kbir meta smajt li waħda mill- proposti biex nindirizzaw il-problema ta' nuqqas ta' spazju fiċ-ċimiterji hija l-alkaline hydrolysis tal-katavri. Din mhijiex il-kremazzjoni li meta ssir tajjeb turi rispett mhux biss lejn l-għeżież tal-mejtin imma anke lejn ir-reliġjonijiet u fil-fatt anke l-Knisja Kattolika issa aċċettata. L-alkaline hyrdolysis bil-Malti pur tfisser iddewweb il-katavri u tifflaxxjahom ġod- dranaġġ bħal ma tagħmel f 'loki wara li tinqeda. Possibbli wasalna għal dan l-istat f 'Malta? Għalija x-xokk hu ikbar meta għal tant u tant snin smajna l-kantaliena dwar l-umiljazzjoni tad-dfin tal- partitarji tal-Partit Laburista li għax kienu s-suldati tal- azzar indifnu fil-miżbla. X'sar minnha dik ir-retorika? Dan in-nuqqas ta' rispett lejn il-katavri hu agħar minn din l-umiljazzjoni li ta lil-Laburisti Monsinjur Mikiel Gonzi. Għax din l-alkaline hydrolysis se ssir għal raġunijiet purament materjalisti u finanzjarji. Din se tibda ssir minħabba li m'għandniex riżorsi għaċ- ċimiterji u rridu niffrankaw il-flus. Hi umiljazzjoni ikbar lill-klassi tal-ħaddiema għax issa d-differenza tal-klassi se titkompla wara l-mewt. Is-sinjur għax għandu l-flus jagħżel dfin dinjituż u l-fqir ikollu jirrassenja ruħu li jdewweb il-mejtin la flus m'hemmx. Umiljazzjoni doppja. Iddewweb il-katavri hi għal kollox differenti mill- kremazzjoni. L-irmied jista' jitqiegħed ġo vażun u żżommu d-dar jekk trid. Jien personalment ma togħġobnix u anzi ġismi jqumli xewk xewk. L-irmied tista' tidfnu f 'qabar normali jew ixxerdu fil-baħar. Hawn min jagħżel li jindifen fil-baħar bħal ma għamel Congreve li tiegħu hemm il-mafkar ħdejn it-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Din il-hydrolysis hi xi ħaġa għal kollox differenti fl-iskop u fil- metodu minkejja li tinstema' speċjali għax kelma tqila. Imma issa drajna nitkellmu hekk biex nimpressjonaw. Saħansitra t-terminu klassi tal-ħaddiema m'għadux moda u qegħdin nitkessħu billi minflok ngħidu l-middle class. Bħal meta minflok żibel ngħidu rubbish u minflok borża taż-żibel ngħidu garbage bag għax tal-ewwel jintnu u tat-tieni jfuħu. B'min jaħsbu li ħa jitmejlu jekk jgħidulna li din l-alkaline hydrolysis għax tinstema' kelma tqila u bl-Ingliż allura hi xi ħaġa rispettuża? Minn qiegħ qalbi nappella biex din il-proposta barbara mhux biss tiġi abbandunata imma lanqas biss titqiegħed għad-diskussjoni. Is-soluzzjoni għan-nuqqas ta' spazju fiċ- ċimiterji nafu x'inhi. Jitkabbru ċ-ċimiterji fejn ikun hemm iktar oqbra tal-komun. Għalkemm Malta żgħira għad baqa' postijiet fejn jistgħu jikbru ċ-ċimiterji u saħansitra jsiru oħrajn ġodda. Hekk jew hekk iċ-ċimiterji jekk ikunu ppjanati sewwa jistgħu jkunu bħal ġonna b'għadd ta' siġar sabiħ taċ-ċipress u arbuxxelli oħrajn. Jiġuni f 'moħħi ċ-ċimiterji tal-militar li ħallew l-Ingliżi bħal ma huma ta' Braxia u ta' Buqana bejn l-Imdina u Ta' Qali. L-istess ċimiterju tal-Addolarata mimli siġar u mogħdijiet. Għax ma nikkuppjawx l-eżempji tajbin minflok ma naddottaw metodi li aktar jixbhu l-kefrija tan- Nażisti? Il-Punt IVAN BARTOLO Indewbu l-katavri Nappella biex din il-proposta barbara mhux biss tiġi abbandunata imma lanqas biss titqiegħed għad-diskussjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014