Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
14 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Fuqiex qed tibbaża l-kampanja tiegħek? Għalfejn l-elettorat għandu jerġa' jibgħatek Brussell bħala MEP? Qed nibbaża l-kampanja tiegħi fuq ix-xogħol li diġà għamilt. Kien perjodu qasir iżda għamilt ħilti kollha biex imlejtu kemm stajt. B'wiċċi minn quddiem nista' ngħid li ħdimt ħafna u għamilt id-doveri tiegħi kif kont mitluba; jekk nerġa' niġi eletta nkompli fuq dak li diġà ħdimt, b'mod partikolari fl-oqsma tal- immigrazzjoni, xogħol, edukazzjoni u l-benesseri tal-annimali. Jiem biss 'il bogħod mill-elezzjoni, isem Marlene Mizzi qiegħed dejjem jitla' aktar 'il fuq fl-istħarriġ pubbliku… X'tikkummenta? Jagħtik kuraġġ biex tkompli tagħmel ħiltek, mhux se ngħid li le. Iżda mhux tant li jġiegħlek tirrilassa, għax ġurnata fil-politika hija twila aħseb u ara l-fatt li l-elezzjoni fadlilha ħmistax. Taħseb li dan kien minħabba l-fatt li fl-aħħar ġimgħat qattajt aktar żmien Malta milli Brussell? Iva nemmen li għalhekk, hemm min isostni li hu vantaġġ li tkun elett diġà, fil-fatt hu żvantaġġ għax waqt li tkun qed taqdi dmirek fl- istituzzjonijiet Ewropej, ħaddieħor ikun aktar viżibbli għaddej bil-ħidma tiegħu f 'Malta. Minn mindu spiċċaw is-seduti plenarji tal-Parlament issa qed inkun aktar viżibbli f 'Malta bl-opportunità li nispjega x'għamilt, u nimmaġina li dan kellu effett fuq il-polz tal-poplu. L-aħbarijiet fl-aħħar sigħat kienu ddominati mid-deċiżjoni ta' Cyrus Engerer li jirtira l-kandidatura tiegħu. X'kienet ir-reazzjoni tiegħek? Naħseb fiċ-ċirkustanzi li kellu quddiemu Cyrus Engerer ħa l-aħjar deċiżjoni, l-aktar għażla onorabbli li seta' jieħu. B'sodisfazzjon ninnota wkoll li Cyrus ħa inkonsiderazzjoni l-ġid tal-partit qabel il-kandidatura personali. Kulħadd jagħraf li hemm nuqqas ta' komunikazzjoni bejn dak li jsir Brussell u Malta. Realistikament, huwa nuqqas li verament jista' jiġi indirizzat u jekk iva kif? Qatt mhu biżżejjed tikkomunika mal-elettorat iżda żammejt lil Maltin infurmati b'li kont qed nagħmel. Ħadt ritratti waqt il-plenarja u anke spjegajt fuq xiex kien il-vot, użajt il-Facebook biex nispjega dwar kull rapport u intervent li għamilt. Imma ċ-ċittadin irid ifittex ukoll x'qed isir. Minkejja l-kuntatt li pruvajt inżomm, sfortunatament xorta għad hemm dik il-perċezzjoni imma nemmen li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tonqos. L-ewwel MEP mara u l-biża' mill-alfabett James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Marlene Mizzi Marlene Mizzi għandha 59 sena u hi Membru Parlamentari Ewropew Laburista Miżżewġa lill-Imħallef Antonio Mizzi u għandha tifla Kienet l-ewwel mara Maltija li ġiet eletta bħala MEP f 'April 2013, u se terġa' tikkontesta fl-24 ta' Mejju Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna determinata li tkun trid l-affarijiet magħmula sew Fl-aħħar ġimgħat il- popolarità ta' Marlene Mizzi -istħarriġ pubbliku kompla jiżdied. Iżda hi stess tammetti li trid taħdem id-doppju biex ma jerġax jiġrilha l-istess bħal ħames snin ilu, fejn waqt il-wirt tal-voti qabżuha kandidati sempliċiment għax kienu fuq nett tal- lista.