Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 27 Kummercjali GO tikseb riżultati finanzjarji b'saħħithom għas-sena 2013 GO plc kisbet sett ta' riżultati b'saħħithom għas- sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013, bi dħul ta' €122 miljun, qligħ mill- operat kummerċjali ewlieni ta' €18.0 miljun, u net cash mill-operat tagħha ta' kważi €40 miljun. Dan tħabbar miċ-Chairman ta' GO plc Deepak Padmanabhan waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-kumpanija li saret fis-6 ta' Mejju 2014. Fl-indirizz tiegħu, Padmanabhan spjega li minkejja l-kompetizzjoni estensiva u l-pressjonijiet regolatorji li jħallu impatt negattiv fuq l-operat tagħha, GO rreġistrat riżultati finanzjarji impressjonanti grazzi għall-fiduċja li l-konsumaturi jkomplu jagħtu lill-prodotti u servizzi ta' GO flimkien mad- dedikazzjoni u l-impenn tal-impjegati tagħha. Padmanabhan ta ħarsa lejn l-istrateġija proattiva tal- grupp li qed jinvesti fin-nies, infrastruttura, servizzi, kontenut u teknoloġija biex jintlaħqu u jkunu aħjar anki mill-aspettattivi tal- klijent, biex b'hekk GO tkompli żżomm il-pożizzjoni ewlenija tagħha fis-suq tas-servizzi tat-telefonija, mowbajl, Internet, u TV. "Is-suċċess preżenti u dak tal-ġejjieni tagħna jiddependi mill-kapaċità tagħna li nevalwaw b'mod preċiż kemm l-industrija tagħna u r-realtajiet ekonomiċi usa' biex inkunu nistgħu nagħmlu l-aħjar deċiżjonijiet ta' investment għan-negozju tagħna," qal Padmanabhan. Il-Kap Eżekuttiv ta' GO Yiannos Michaelides ippreżenta lill-azzjonisti rapport iddettaljat dwar il-kuntest tas-suq li GO topera fih, l-aktar kisbiet u żviluppi sinifikanti tal-2013, u l-istrateġija għall-iżvilupp tan-negozju fil-ġejjieni. Iċ-Chief Financial Officer ta' GO Edmond Brincat informa lill-azzjonisti dwar il-prestazzjoni finanzjarja tal-Grupp u ta aġġornament dwar l-investiment ta' GO fil-kumpanija bbażata fil- Greċja – Forthnet permezz ta' Forgendo, inkluża l-parteċipazzjoni ta' GO fiż-żieda tal-kapital li sar iktar kmieni din is-sena. Brincat informa wkoll lill- azzjonisti dwar il-ħsieb u l-evalwazzjoni li wasslet biex GO tinvesti f 'Cablenet, kumpanija li tispeċjalizza bħala cable operator f 'Ċipru. "GO se tibqa' ffukata fuq it-titjib kontinwu f ' kull aspett tan-negozju, l-operat u l-interazzjonijiet tagħha mal-klijenti li għamluna l-fornitur ewlieni tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni f 'Malta. Ninsabu lesti iktar minn qabel biex nilqgħu l-isfidi filwaqt li naħtfu l-opportunitajiet il-ġodda," sostna Padmanabham. Wara l-preżentazzjonijiet kien hemm sessjoni ta' mistoqsija u tweġiba fejn l-azzjonisti ressqu l-mistoqsijiet u s-suġġerimenti tagħhom lit-tim maniġerjali għoli ta' GO. Matul l-AGM kien elett il-bord tad-diretturi għas-sena finanzjarja li jmiss u kienu approvati diversi riżoluzzjonijiet li jinkludu l-approvazzjoni tar-riżultati finanzjarji għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2013 u l-pagament ta' dividend nett ta' €0.07 għal kull sehem (nett mit- tassazzjoni). Iċ-Chairman ta' GO Deepak Padmanabhan qed jindirizza lill-azzjonisti waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-kumpanija Il-kumpanija HSBC tgħin f 'bini għaż-żgħażagħ żvantaġġjati FI ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukazzjonali (FES) f 'Santa Venera nfetaħ laboratorju ġdid tal-IT bħala parti mill-programm 'Youth.inc'. Il-laboratorju, li ser ikun mgħammar bl- għajnuna tal-Fondazzjoni HSBC Malta, se joffri tagħlim ta' kwalità u opportunitajiet ta' żvilupp għal dawk it-tfal u żgħażagħ li l-aktar għandhom bżonn ta' appoġġ addizzjonali fl- edukazzjoni tagħhom. Waqt iċ-ċerimonja tal- ftuħ, il-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal: "Dan il- laboratorju ġdid jirrikonoxxi l-importanza tal-ħtieġa li t-tfal u żgħażagħ jiksbu ħiliet fl-IT bħala parti integrali tal-edukazzjoni tagħhom. Din hi riflessjoni tal-ħtieġa fis-suq tax-xogħol li tirrekjedi li ż-żgħażagħ tagħna jkunu kapaċi fl-IT u flessibbli biżżejjed biex jaddattaw għall-iżviluppi tat-teknoloġiji l-ġodda tal-IT. B'hekk l-aċċess inklussiv għat-teknoloġiji tal-IT saret kwistjoni ta' ugwaljanza fis-soċjetà. Il- Gvern jirringrazzja lill-FES għal din il-kunsiderazzjoni u l-isforz sinifikanti li ħadet biex dan il-laboratorju tal- IT isir realtà għal benefiċċju taż-żgħażagħ tagħna." "Permezz tal-appoġġ ġeneruż tagħha, il- Fondazzjoni HSBC Malta qed tgħinna ntejbu l-faċilità u nibnu laboratorju tal- IT ta' kwalità għolja. Dan ser jipprovdi l-faċilitajiet tant neċessarji għaż- żgħażagħ tagħna li għal diversi raġunijiet, fosthom esklużjoni soċjali, dewmien konjittiv, u diffikultà fit- tagħlim sabu ruħhom f 'diffikultà biex ikomplu jistudjaw," qal il-Kap Eżekuttiv tas-Servizzi Edukazzjonali Roderick Agius. Il-Fondazzjoni għas- Servizzi Edukattivi tappoġġja lill-individwi u lill-familji l-aktar fil-bżonn u tipprovdi opportunitajiet għall-inklużjoni permezz ta' approċċ ħolistiku. Youth.inc hi waħda mill- inizjattivi l-aktar riċenti tal-Fondazzjoni għas- Servizzi Edukattivi. Youth. inc tipprovdi programmi edukattivi rikonoxxuti fuq bażi ta' full-time li huma akkreditati għaż-żgħażagħ permezz ta' tagħlim formali, tagħlim informali, u tagħlim mhux formali. "Id-diversità u l-inklużjoni huma komponenti ewlenin fl-HSBC. Aħna nimmiraw biex nippromwovu u nintegraw id-diversità u l-inklużjoni fil-kultura tagħna, kif ukoll fil-valuri u l-prattiki tagħna fi ħdan l-HSBC u fil-komunitajiet li noperaw," qalet iċ- Chairperson tal-Fondazzjoni HSBC Malta Catherine Gonzi. "F'konformità mal-impenn meħud mill- bank, HSBC Malta qed jappoġġja l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi u l-programm Youth.inc biex jippromwovi l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali fil- komunità." Il-laboratorju f 'Santa Venera se jipprovdi opportunitajiet għal żgħażagħ bi bżonn ta' appoġġ edukattiv