Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 31 SPORTSillum Jirbaħ it-titlu tad-duathlon għat-tieni darba KEITH Galea - triatleta ewlieni f 'Malta u li żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena lokali tat-triathlon hekk kif huwa ċ-champion nazzjonali tat- triathlon u li fl-aħħar jiem rebaħ ukoll it-titlu nazzjonali tad-duathlon għat-tieni darba fil-karriera mill-aqwa tiegħu. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess triatleta fejn talbu jtina rendikont dettaljat ta' x'fisser għalih dan l-unur u kif ipprepara għalih permezz tad-diversi tlielaq importanti li ħa sehem fihom qabel din il- kompetizzjoni tad-duathlon li fil-fatt rebaħ. Huwa saħaq li "Il-Kampjonat Nazzjonali tad-duathlon kien wieħed mill-għanijiet prinċipali tiegħi għal din is- sena minkejja li t-taħriġ kollu tiegħi huwa ffukat kollu biex nintagħżel għal logħob tal- Commonwealth f 'Lulju. Imma xorta waħda jien u l-kowċ tiegħi, ħija Dermot Galea rajna kif nistgħu nitħarrġu tajjeb għal dan il-kampjonat u fl-istess ħin nibqgħu nitħarrġu wkoll għal-logħob tal-Commonwealth. Ħija qalli minn qabel li ma kontx se nkun fl-aqwa forma ta' ħajti. Wara r-riżultat eċċezzjonali li kelli fin-nofs maratona, ir-riżultati tajbin u r-rebħ komplew ġejjin bil-kbir. Fit-30 ta' Marzu rbaħt is-Smart City Triathlon b'5 minuti vantaġġ fuq l-eqreb atleta. Din kienet tellieqa importanti għax il- Federazzjoni riedet tevalwa l-wirja tagħna l-atleti tat-tim Nazzjonali għal-logħob tal- Commonwealth. Ħadt sehem fit-tour ta' Malta fejn spiċċajt fid-19-il post minn 70 ċiklista fil-klassifika ġenerali u s-sitt Malti. Dan kien vera riżultat pożittiv għax it-tour ta' Malta għalija kien taħriġ intensiv għal fuq ir-rota jiġifieri lanqas biss kont preparat speċifikament għalih. Nhar id-19 ta' April ħadt sehem fl-isprint Duathlon organizzata minn Mellieħa AC, ġewwa Dingli Cliffs. Dan kien l-ewwel test importanti qabel il-kampjonat nazzjonali fejn ridt nara f 'liema forma kont jiena u anki tal-avversarji tiegħi. Irbaħt din it-tellieqa wkoll fejn ksirt ir-rekord tal-korsa b'7 minuti. Il-moral u l-fiduċja li nerġa' nirbaħ il-kampjonat tad-duathlon li tlift is-sena l-oħra minħabba injury serja fil-hamstring kienet possibbli. Is-sena l-ohra tlift dan il- kampjonat minħabba li kont weġġajt. Spiċċajt biss fir-raba' post. Kont vera diżappuntat. Il-paroli fil-vojt li ngħad wara t-tellieqa mingħand l-avversarji tiegħi kien wieħed ta' dwejjaq. Imma jien nagħti risposta bil-fatti u mhux bil- kliem! Apparti li ddominajt it-tlielaq tal-kumplament tas- sena l-oħra ridt nerġa' nirbaħ il-kampjonat tad-duathlon u jiġi lura għandi u għand il- klabb tiegħi għax postu hemm hu. Minkejja li mort tajjeb fid-duathlon tal-Mellieħa, xorta kont qed nistenna sfida qawwija mir-rebbieħ tas-sena l-oħra Fabio Spiteri. Bdejt l-ewwel ġirja ta' 8.5 km fl-ewwel post permezz ta' pass b'saħħtu ħafna. Spiteri pprova jżomm il-pass miegħi imma ma setax u kellu jċedi. Komplejt inżid il-pass għax ridt niftaħ vantaġġ tajjeb qabel ir-rota. Bdejt id-39km rota b'vantaġġ ta' 35 sekonda. Ma kienx il-vantaġġ li xtaqt għax naf li Spiteri għandu rota tajba. Allura kelli nagħmel rota b'saħħitha. Fil-fatt qbadt pass tajjeb u l-vantaġġ żidtu għal 45 sekonda sa nofs ir-rota. Imma f 'nofsha qabadni bugħawwieġ li beda jtellifni. Spiteri beda jnaqqas il-vantaġġ li kelli. Bqajt kalm u bqajt nagħfas ħalli namministra l-vantaġġ li kelli. Bdejt it-tieni girja ta' 4.35 km b'40 sekonda vantaġġ. Kelli ħafna bugħawwieġ f 'saqajja imma bqajt nagħfas kemm niflaħ biex inkabbar il-vantaġġ. Batejt tbatija kbira imma fl-aħħar ħriġt rebbieħ f 'ħin ta' 1.45.40, minuta vantaġġ fuq Spiteri. B'dan il-ħin ksirt ir-rekord tal- korsa li kien tal-istess Spiteri b'żewġ minuti. Dan ir-rebħ tal-kampjonat tfisser ħafna u ħafna għalija. Vera kuntent għax din il-ġurnata biex nieħu lura l-kampjonant kont ilni nistennieha sena sħiħa u għax dan huwa t-tieni kampjonat tad-duathlon fil-karriera tiegħi. Nixtieq niddedika din ir-rebħa lill-mara tiegħi Elizabeth. Is-sena l-oħra għaddejt minn perjodu vera diffiċli wara t-telf tal- kampjonat u kien grazzi għall- mara tiegħi li ħriġt minn dan il-perjodu iktar b'saħħti u ridt nagħti risposta li jien l-aħjar bil-fatti. Huwa grazzi għalija li erġajt irbaħt il-kampjonat kif ukoll għal Elizabeth li baqgħet temmen fija, baqgħet tgħinni u jien erġajt bdejt nemmen fija li fil-ħajja xejn mhu impossibli! Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kowċ tiegħi Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħi Catalin Stan, lill-ġenituri tiegħi u lill-ġenituri tal-mara tiegħi. Nirringrazzja wkoll lill-isponsors tiegħi Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon u lil Starbene Shop tal-Mosta tal-appoġġ kollu li jagħtuni," temm jgħid it- triatleta Keith Galea. Keith Galea l-quċċata tal-podju bħala Champion tad-Duathlon għat-tieni darba l-karriera tiegħu Jason Peplow jirbaħ il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-isnooker ILFINALI tal-kampjonat tal-isnooker tal-Ewwel Diviżjoni, intrebħet minn Jason Peplow, li f 'din il-finali għeleb lil Nicky Spiteri, bil-punteġġ ta' ħames frames, kontra wieħed, (finali li kienet fuq l-aħjar minn disa' frames). L-ogħla break kien dak ta' Jason Peplow, b'49 punt. Fis-semi-finali preċedenti, Peplow elimina lil Mark Saffrett, filwaqt li Spiteri kien elimina, lil Joe Debono. Ta' min jinnota, li Jason Peplow, qed jirritorna, fix-xena lokali tas-snooker, filwaqt li Nicky Spiteri, huwa plejer, relattivament ġdid, f 'dan l-isport. Fl- istaġun li ġej, dawn iż-żewġ plejers, se jikkompetu, fil- Kampjonat Premier. Fi tmien din il-finali, Peplow, bħala rebbieħ, ġie ppreżentat bit-trofew, mis-Segretarju tal-MBSA, is-Sur Ivan Attrd, filwaqt li Spiteri bħala runner up, ġie ppreżentat bit-trofew, mill-PRO tal-MBSA, is-Sur Neville Chetcuti. Din il-finali, li ntlagħbet fil-każin, La Vincitrice tal- Isla, kienet irrefjata minn Charles Vella. Iż-żewġ nalisti Jason Peplow u Nicky Spiteri mar-referee Charles Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014