Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Il-waterpolo jkompli jagħmel isem għal pajjiżna f 'kull kategorija FILJIEM li għaddew it-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-16-il sena rebaħ it- tourrnament tat-8 Nations li ġie organizzat f 'Brno li hija t-tieni l-ikbar belt fir- Repubblika Ċeka. B'hekk il- waterpolo kompla jagħmel isem għal pajjiżna f 'kull kategorija wara li lkoll nafu kif it-tim nazzjonali tal- kbar kiseb diversi suċċessi ferm importanti fl-aħħar ġimgħat taħt it-tmexxija mill-aqwa ta' Karl Izzo u Anthony Farrugia. U kien propju ma' Karl Izzo li dan il-ġurnal għamel kuntatt biex jagħtina rendikont dettaljat ta' din l-esperjenza unika għal dawn il-plejers żgħażagħ f 'Brno li flimkien irnexxielhom iġibu dan l-unur ferm importanti fid-dinja tal-waterpolo taż-żgħażagħ lejn pajjiżna. Bħas-soltu Izzo kien ferm disponibbli magħna u saħaq li: "L-ewwel logħba kienet kontra l-Polonja li kienu f 'Brno jippartecipaw bl- Under 17s u mhux bħalna bl-Under 16s – ta' min jgħid li aħna kellna ħafna plejers ta' 15 u anki 14 -il sena fit-tim u r-riżultat li ksibna huwa akbar meta tikkunsidra dawn l-affarjiet ukoll. Wara bidu iebes irnexxilna nirbħu meritatament din il-logħba bl-iskor finali ta' 15-5. Waranofsinhar kellna t-tieni logħba kontra t-tim b'saħħtu ħafna tal-U17s tal-Isvizzera - kienet logħba fiżika ħafna għall-plejers tagħna. Kellna bidu u 3 sessjonijiet tajbin ħafna u rnexxielna nirbħu din ukoll bl-iskor ta' 11-6 - B'dan ir-riżultat konna matematikament kwalifikati għas-semi-finali. L-aħħar logħba tal-grupp kienet l-aktar waħda faċli u kienet kontra l-Iskozja fejn hawn lagħbu ħafna dawk il-plejers li ma tantx kienu lagħbu fil- logħba tal-ġurnata ta' qabel u spiċċajna rebbieħa komdi bl-iskor ta' 30-1. B'dawn ir-riżultati rbaħna l-grupp tagħna u ġejna semi-finali kontra l-Irlanda, tim veloċi u bi plejers validi. Kellna bidu iebes u b'xi plejers imdendlin bil-fawls imma għarafna nuru s-supremazija tagħna u fl-aħħar noħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 16-5. Kien riżultat eċċellenti bi plejers iżgħar kontra oppożizzjoni ikbar kemm fl- età kif ukoll fiżikament. Il-finali kienet l-għada l-Ħadd kontra t-tim tal- Awstrija, l-aqwa tim fl-opinjoni tiegħi fil- kompetizzjoni apparti aħna - tim li ilu flimkien u li apparti huwa wkoll U17, jieħu sehem regolari fil- Kampjonat Awstrijak - tim magħmul minn elementi b'teknika eċċellenti u tim li żgur li għandu futur sabiħ quddiemu. Konna nafu li kienet se tkun logħba diffiċli ħafna imma jien u l-plejers tiegħi konna konxji li għandna tim b'saħħtu li jista' jilgħab kontra kulħadd. Kienet logħba bilanċjata ħafna sal-aħħar u spiċċajna rebbieħa bl-iskor minimu ta' 9-8. Kellna plejers importanti li kienu bi 3 fawls u b'hekk ma setgħux jilagħbu tul il- logħba kollha, imma kull min kien fl-ilma lagħab għat-tim u l-kollettiv tana r-rebħa meritata li ppremjatna bit- tazza li dawn il-plejers tant ħadmu għaliha. Kien mument kommoventi meta wara li ngħataw il- midalji nstema' l-innu Malti, u kien wara dan li kien hemm ħin u lok għal ċelebrazzjonijiet mill-plejers u partitarji preżenti. Biex tkompli żżid fuq dan is-suċċess meritat, il-plejer tagħna Ben Plumpton rebaħ it-tazza għall-aqwa skorer tat- tournament kif ukoll għall- aqwa plejer tat-tournament. Nibda bih għax kien plejer strumentali fir-rebħa tagħna, captain eżemplari u għen plejers b'inqas esperjenza internazzjonali minnu meta kien hemm bżonn. Huwa laqat l-għajn ta' kowċis tat- timijiet l-oħra bil-movimenti fil-logħba u intelliġenza tattika. Lil Ben ili nsegwih minn meta kien plejer żgħir ma' Marsascala, emmint u nibqa' nemmen fih u ma jdumx jekk jibqa' juri din il- forma u titjib kostanti fil-livell tiegħu ma jkun miegħi fit-tim nazzjonali tal-kbar. Il-goalkeeper Jake Tanti kien sod fil-lasta u kien strumentali f 'mumenti delikati ta' logħbiet importanti, speċjalment fil- finali meta kien determinanti bis-saves tiegħu. Huwa goalkeeper li kiber ħafna fl- aħħar żminijiet, tjieb immens fil-logħob, u kien ta' appoġġ għat-tim kollu - nispera li narah malajr kemm jista' jkun jilgħab fil-kampjonat tal-kbar. Il-plejers Darren Zammit, Matthias Azzopardi, Malcolm Manara, Isaiah Riolo, Joseph Galea, Luke Calleja u Kyle Navarro flimkien ma' Ben Plumpton, kienu s-sinsla tat-tim tiegħi u l-bażi li fuqu qed nibni din l-iskwadra tant għal qalbi. Kellhom tournament eċċellenti u kienu ta' ispirazzjoni għat- tim bl-għawm u l-movimenti tagħhom tul il-logħbiet kollha. Manara u Calleja kienu kolonna fid-difiża u tjiebu logħba wara logħba. Azzopardi kien plejer li ftit kien jinqala' mill-ilma - plejer versatili li lagħab f 'kull pożizzjoni u kien strumentali biex jagħlaq fid-difiża fejn ma kinux jaslu sħabu - plejer li għamel progress kbir f 'dawn l-aħħar xhur. Riolo, plejer xellugi, veloċi u intelliġenti li minnu kienu jgħaddu ħafna mill-azzjonijiet fl-attakk tagħna - plejer dedikat ħafna u ta' eżempju. Zammit kien plejer effettiv ħafna kemm fil- pożizzjoni taċ-ċentru fejn ġab ħafna tkeċċijiet u skorja gowls importanti kemm fid-difiża fejn kellu l-inkarigu li jżomm l-aktar plejers perikolużi tal-avversarji. Galea kien il- mutur tat-tim. Hu wkoll ftit kien jinqala' mill-ilma. Huwa plejer veloċi fl-għawm tiegħu, iddefenda tajjeb u skorja gowls importanti u sbieħ. Galea kien kostanti fil-logħob tiegħu, plejer li għamel avvanz kbir f 'din is-sena u huwa pedament importanti f 'dan it tim. Navarro kien plejer li ta sehem importanti f 'kull logħba li lgħabna u kien fdat b'responsabbiltà li dejjem jimmarka plejers perikolużi tal-avversarji, jagħmel xogħol siewi fl-attakk u dejjem lagħab b'mod responsabbli u kien ta' għajnuna kbira għal sħabu. Importanti wkoll kien is-sehem tajjeb ħafna li taw Jerome Zerafa Gregory u Il-plejers tat-tim nazzjonali ta' taħt is-16 -il sena tal-warterpolo li rebħu t-tournament tal-8 Nations f 'Brno r-Repubblika Ċeka Il-plejers Maltin li pparteċipaw t- tournament tal-8 Nations f 'Brno Isaiah Riolo Sirens Jakob Sciberras Sirens Jeremy Abela Neptunes David Fenech Sliema Malcolm Manara Sliema Frederick Buhagiar - goalkeeper San Ġiljan Ben Plumpton San Ġiljan Darren Zammit San Ġiljan Joseph Galea San Ġiljan Jake Tanti - goalkeeper Neptunes Kyle Navarro Neptunes Luke Calleja Neptunes Matthias Azzopardi Neptunes Jerome Zerafa Gregory Neptunes Mikhael Cutajar Neptunes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014