Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 33 SPORTSillum Il-waterpolo jkompli jagħmel isem għal pajjiżna f 'kull kategorija Jeremy Abela fil-pożizzjoni taċ-ċentru meta ħadu post Zammit, David Fenech li huwa plejer versatili li utilizzajt f 'pożizzjonijiet differenti tul il-kompetizzjoni, u kellu ħafna ħin fl-ilma fil- finali, Mikhael Cutajar li kellu mumenti tajbin meta kien mgħajjat biex jilgħab u lagħab b'kunfidenza, il-goalkeeper ta' riserva Frederick Buhagiar li lagħab fil-logħbiet kolla ħlief fil-finali u wkoll iddistingwa ruħu b'saves tajbin u determinanti. L-aħħar imma mhux l-anqas irrid insemmi liż-żagħżugħ Jakob Sciberras - plejer imwieled fis-sena 2000, l-iżgħar plejer tat-tim tiegħi imma wkoll tat-tournament kollu, plejer li bid- dedikazzjoni tiegħu għamel progress kbir f 'din is-sena tant li ntgħażel ma' plejers li huma ikbar minnu. Sciberras ta sehmu fil-ħames logħbiet, lagħab f 'diversi pożizzjonijiet, u lagħab b'kunfidenza ta' veteran. Ringrazzjament minn qalbi jmur lejn l-assistent tiegħi Anthony Farrugia tax-xogħol kbir li jagħmel minn wara l-kwinti. Nirringrazzja wkoll lil Adrian Cachia għall- preparazzjoni eċċellenti tal- goalkeepers u lil Sandro Vella, il-fiżjo-terapista tat-tim li ħadem biex jagħtini l-plejers fl-aqwa forma fiżika possibli għal-logħob. Ringrazzjament importanti u xieraq imur lejn il- President tal-ASA, is-Sur Joe Caruana Curran li emmen fija u f 'dan it-tim u għamel flimkien mal-Eżekuttiv tal-ASA, sagrifiċċji kbar finanzjarji biex dawn it-tfal għamlu screening, kellhom l-opportunità li jmorru l-gym ipprovdut mill-ASA, waqt li ħallas l-akkomodazzjoni ġewwa r-Repubblika Ċeka. Nirringrazzja wkoll lill-klabbs tal-kollaborazzjoni li kellhom miegħi, imma l-aħħar u mhux l-anqas lill-ġenituri ta' dawn it-tfal għall- paċenzja, għall-fatt li kienu huma li ħallsu l-biljett tal-ajru tat-tfal tagħhom biex stajna morna Brno, u talli qatt ma kienu ta' ndħil lili u lill-ħaddiema tiegħi," temm jgħid Karl Izzo. "Kien mument fejn ħassejtni kuntenta" FTIT tal-jiem ilu, Badminton Malta organizzat it-43 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton, magħrufa wkoll bħala l-Paddy Stubbs Memorial Championships, li huma l-qofol fil-kalendarju sportiv tal-Għaqda u li fihom jieħdu sehem l-aqwa plejers lokali tal- badminton. Fiorella Sadowski serqet ix-xena tal-edizzjoni ta' din is-sena meta rebħet it-Triple Crown għall- ewwel darba. Fis-Singles tan-Nisa hija għelbet lil Marica Micallef 21-14, 21- 16. Il-logħba kienet waħda bilanċjata iżda Sadowski qatt ma kienet fil-periklu li titlifha. Fid-Doubles tan-Nisa Sadowski u Micallef ingħaqdu flimkien biex għelbu mingħajr tbatija lill-koppja żagħżugħa Sarah Fava u Cheryl Gilford 21- 11, 21-8. Ta' min jgħid li din il-koppja waslu fil-finali wara li ħadu walk-over fuq ir-rebbieħa tas-sena l-oħra - Jo'Anne Cassar/Jacqueline Grech Licari - minħabba li tal-aħħar weġġgħet. Sadowski għaqqdet it- Triple meta żammet it-titlu tal-Mixed Doubles flimkien ma' Stephen Ferrante. Huma għelbu lil Jo'Anne Cassar/Edmond Abela f 'logħba li pproduċiet l-ewwel sett bilanċjat li spiċċa 22-20, iżda mbagħad ħadu l-kmand fit-tieni sett u rebħu faċilment b'21-13. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Sadowski nnifisha fejn talabha tfissrilna l-emozzjoni li ħasset wara li rebħet din it-Triple Crown. Hija kienet pronta wieġbet li: "Kien mument fejn ħassejtni kuntenta ħafna bil-karriera tiegħi f 'dan l-isport però żgur mhuwiex id- destinazzjoni." Is-Singles tal-Irġiel rat ir-ritorn ta' żewġ eks champions li ma ħadux sehem fl-edizzjoni tas-sena l-oħra - Kenneth Vella u Stefan Salomone. L-ewwel sett beda bilanċjat iżda Salomone malajr mar fuq quddiem u mexxa 11-3. Vella pprova jagħmel reazzjoni iżda Salomone żamm il-kontroll u spiċċa rebaħ 21-8. Fit-tieni sett Vella mar 4-0 quddiem iżda Salomone għamel reazzjoni u rnexxielu jmur fuq quddiem 11-8. Minn hawn 'il quddiem Salomone kompla kabbar il-vantaġġ sakemm rebaħ is-sett 21-12 u b'hekk rebaħ is-seba' titlu tiegħu. Id-Doubles tal-Irġiel li kellha tintlagħab ukoll ġiet posposta għal data oħra minħabba li l-koppja champions renjanti u difensuri tat-titlu Samuel Cali/Stephen Ferrante kienu mweġġgħin. Dan sar wara qbil mal-koppja finalista l-oħra Aldo Polidano/Stefan Salomone. Badminton Malta, min- naħa tagħha, ferħet lil din il-koppja għall-ġest sportiv tagħha. Badminton Malta rringrazzjat lill-isponsors kollha, speċjalment lis- Sinjura Janatha Stubbs u lid-ditta Fort Blocks, kif ukoll ferħet lil kull min ħa jew ta sehem biex din l-edizzjoni laħqet il-livell u s-suċċess mixtieq. Fiorella Sadowski -azzjoni L-Education jirbħu n-Knock-Out tal-futbol organizzat mill-MESA NHAR l-Erbgħa, 30 ta' April wasal fi tmiemu l-istaġun tal-futbol organizzat mill-MESA meta ntlagħbet il-final tan-Knock-Out bejn l-AFM u l-Education – l-aktar żewġ timijiet li rebħu unuri tal-football fl-aħħar snin. Infatti AFM kienu ċ-champions għal dawn l-aħħar sentejn waqt li Education rebħu din il- kompetizzjoni sena ilu. Kif mistenni, il-finali rriżultat f 'waħda ferm akkanita bir-riżultat jibqa' inċert sa l-aħħar suffara tar-referee Paul Apap. Kienu AFM li fetħu l-iskor permezz ta' Daniel Farrugia wara ftit minuti logħob, iżda sal-mistrieħ Education skurjaw darbtejn grazzi għal goals ta' Miguel Ciantar u Julian Briffa biex daħlu jistrieħu 2-1 minn fuq. Fit- tieni taqsima AFM ħarġu fuq l-attakk u rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs b'goal ta' Lydon Micallef, imma ftit minuti biss wara Miguel Ciantar reġa' skorja għal Education għal dak li kellu jkun il-goal tar-rebħ. Inutli kienu l-aħħar sforzi tal-plejers tal-AFM għax l-iskor baqa' ma nbidilx sat- tmiem biex Education ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2. Fi tmiem il-logħba, is- Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, l-Onorevoli Chris Agius, ippreżenta t-tazzi u l-midalji lill-plejers taż-żewġ timijiet finalisti. It-tim tal-Education imkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSport, l-Onorevoli Chris Agius