Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Hull City pass 'il bogħod milli jagħmlu l-istorja ILĠURNATA tas-Sibt 17 ta' Mejju tista' tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' Hull City. Huwa fatt magħruf li diġà din id-data se tkun waħda storika għal dan il- klabb żgħir mill-Ingilterra hekk kif irnexxielu jasal sal-finali tat-tieni l-iktar kompetizzjoni importanti f 'dan il-pajjiż, l-FA CUP. Iżda jekk jirnexxielu jirbaħ din it-tazza żgur li din il- ġurnata tkun waħda ferm iktar memorabbli għal dan il-klabb fejn iżda se jkollu oppożizzjoni b'saħħitha minn Arsenal li f 'logħba li serviet bħala dress rehearsal għal din il-finali prestiġjuża li ntlagħbet ftit tal-ġimgħat ilu t-tim minn Londra rnexxielu jegħleb lil Hull City bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Ramsey u doppjetta ta' Podolski. Rigward il-Kampjonat Barclays Premier fil-bidu tal-istaġun Hull City kienu meqjusa mill-bookmakers Ingliżi bħala dak it-tim li l-iktar kellu ċans li jkun relegat fi tmiem l-istaġun iżda Hull City wettqu sorpriża kbira u meta għad fadal ftit logħbiet għat- tmiem tal-istaġun huma jinsabu pass 'il boghod milli jevitaw ir-relegazzjoni - xi ħaġa li tkun tfisser ħafna għal dan it-tim żgħir. U jekk jirnexxielhom jiksbu l-FA Cup nhar is-17 ta' Mejju s-sorpriża Hull City tamplifika ruħha bil-kbir! ILLUM tkellmet mal- partitarju ferventi u espert fuq dan it-tim f 'pajjiżna, Mario Mallia, fejn tana l-fehmiet tiegħu rigward kif ra lil dan it-tim jevolvi matul dan l-istaġun kif ukoll rigward x'ċansijiet jaħseb li għandhom Hull City biex jirbħu l-FA Cup speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li se jkunu qed jaffrontaw tim superjuri għalih u li għandu storja iktar glorjuża, Arsenal. Mallia afferma li "Għal Hull Cuty, dan kien staġun li għadda bħal ħolma, b'differenza li sar realtà taħt il-kowċ bravu Steve Bruce! Wara li s-sena l-oħra rnexxielna niġu promossi għat-tieni darba fl-istorja tal-klabb għall-ogħla diviżjoni tal-kampjonat Ingliż, l-għan prinċipali kien dak li nistabilixxu ruħna fil-Premier. Ma kinitx xi ħaġa faċli, imma bil-mod il-mod ninsab ferm fiduċjuż li wara l-punt f 'parità ta' 2-2 li ħadna kontra l-Fulham jirnexxielna nsalvaw. L-aktar ħaġa importanti anki kif kien iħobb jirrepeti l-kowċ bravu Steve Bruce hu li nsalvaw. Il-logħob tal-League Cup u dik tal-FA Cup kienu kollha bonus. Bħala partitarju ninsab ferm ferħan li kelli din l-opportunità li nara lit-tim favorit tiegħi jasal sal-finali. Għalkemm ma lgħabniex kontra timijiet diffiċli fl-FA Cup, xorta kull tim tana logħba. Il-logħbiet kienu kontra Middlesbrough, Southend, Brighton, Sunderland u Sheffield United. Is-semi-finali kienet logħba spettakolari ħafna fejn spiċċat b'rebħa ta' 5-3 favur The Tigers, kif inhuma iktar magħrufin Hull City. Kienet avventura sabiħa li bil-mod il-mod se ssir realtà nhar is-Sibt li ġej. Kull partitarju jistenna bil-ħerqa li t-tim tiegħu jasal sa finali. Hija logħba li lkoll qegħdin nistennew bil-ħerqa. Se tkun partita diffiċli ħafna. L-ewwel logħba kontra Arsenal li ntlagħbet f 'Diċembru spiċċat f 'telfa ta' 2-0. Ftit tal-ġimgħat ilu kellna logħba ġewwa darna fil-KC Stadium u tlifna bl- iskor ta' 3-0, għalkemm kellna prestazzjoni tajba ħafna u ngħid il-verità li l-iskor forsi jqarraq xi ftit. It-tim ta' Arsenal huwa tim verament qawwi u bi storja kbira. Huwa tim mimli bi plejers ta' esperjenza. Ir-ritorn ta' Ozil u ta' Ramsey naħseb li se jagħmel differenza kbira. Ninsabu sfavoriti immens. Tkun biss ħolma li wieħed joħlom li xi darba tista' tirbaħ lil xi tim kbir bħal Arsenal, imma ninsabu pożittivi u ma rridux naqtgħu qalbna. Min-naħa l-oħra t-tim tagħna jinsab ottimist li kapaċi nirbħu din il-loghba hekk diffiċli. Bruce żgur li bl-esperjenza kbira tiegħu kapaċi jorganizza tim li jkun ta' għadma iebsa għat-tim immexxi minn Wenger. Ninsabu ottimisti li jirritorna lura l-goalkeeper bravu Allan McGregor u Robbie Brady. Min-naħa l-oħra għandna liż-żewġ attakkanti li ġew akkwistati fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar, Shane Long u lil Nikica Jelavic li flimkien swew is-somma ta' 14-il miljun Sterlina, indisponibbli għaliex huma 'cup tied' minħabba l-fatt li diġà lagħbu ma' WBA u Everton rispettivament fl-FA Cup fil-bidu ta' dan l-istaġun. F'waħda mill-intervisti tiegħu li ta l-kowċ Steve Bruce ftit tal-ġimgħat ilu huwa qal hekk "M'hemmx dubju li dan kien l-aqwa staġun tiegħi fit-tmexxija ta' klabb. Qatt ma jkun faċli li wieħed jintroduċi klabb li jkun għadu kif ġie promoss fil-Kampjonat Barclays Premier, iżda li tibqa' f 'dan il-kampjonat u tikkonvinċi mingħajr qatt ma tesperjenza problemi partikolari, hija xi ħaġa mill- isbaħ. U dan mhux biss hekk kif nhar is-Sibt se nkunu qed naffrontaw finali tal-FA Cup. Kien staġun fantastiku għalina iżda għadu mhux kollox konkluż!" Wieħed irid ukoll jiftakar li kemm jekk l-Arsenal jispiċċaw fir-raba' post u anki jekk jirbħu l-FA Cup, Hull City jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League. Dan ikun ta' unur kbir - tim promoss li jikkwalifika fl- ewwel sena tal-promozzjoni tiegħu għall-UEFA Europa League. Qatt f 'mitt sena ma kien jgħaddili minn moħħi li xi darba għad inkunu f 'xi finali aħseb u ara fil-UEFA Europa League. Kif diġà spjegajt se tkun vera diffiċli kontra l-Gunners. Nisperaw li nuru l-logħob li urejna sa issa fil- kampjonat. Jiġri x'jiġri xorta ninsab kuntent b'dak kollu li konna kapaċi nakkwistaw matul dan l-istaġun. Ninsab vera onorat li nżomm ma' dan it-tim hekk żgħir, imma fl- istess ħin ninsab għatxan għal aktar suċċessi fil-futur," temm jgħid Mario Mallia. Hull City l-nali tal-FA Cup għall-ewwel darba -istorja tagħhom BSL Britannia Tours Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢349 FROM Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA ¢499 FROM 20-28 July IRISH SPAIN /GALICIA ¢569 FROM 13-21 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain … your holiday starts here!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014