Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 35 SPORTSillum L-aħwa Camilleri jirbħu l-Motocross NHAR il-Ħadd li għadda l-"Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi" (ASMK) kompliet bil-programm ta' tiġrijiet mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Dan il-programm kien jikkonsisti f 'tiġrijiet mis- sezzjoni Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-ġurnata fejn fis-sezzjoni tal-muturi Motocross ikkompetew fis-sitt attività tal-istaġun. Għal darb'oħra Clayton Camilleri fuq mutur KTM reġa' ddomina l-ġurnata bir-rebħ tiegħu fil- Heats kollha tal-Motocross Lucas Oil Klassi A. Clayton kien segwit mill-aħwa Paul Muscat fuq mutur KTM u Trevor fuq mutur Honda li rebħu t-tieni u t-tielet post rispettivament. Fil-Motocross Lucas Oil Klassi B rajna lil Kyle Camilleri fuq mutur Suzuki 85cc jirbaħ l-ikbar punteġġ fil-ġurnata minkejja li ma rnexxielux jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata. Kyle rebaħ 72 punt fil-ġurnata u kien segwit viċin tiegħu minn Ludvic Muscat bi tliet punti inqas. Ludvic Muscat isuq mutur KTM 250cc. Fit-tielet post spiċċa Clinton Calleja fuq mutur Yamaha 250cc. Is-Sezzjoni tal-Karozzi Autocross ikkompetew fit- 13-il attività tal-Kampjonat Nazzjonali. Il-ġurnata kienet waħda impenjattiva u kompettitiva sal-aħħar tal-Finali A u B. Gordon Johnson biss fuq Peugeot 205 rebaħ il-heats kollha tal- ġurnata u daqstant assigura postu fil-finali Autocross Lucas Oil Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Kurt Sammut fuq Ford KA, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Melo Zammit fuq Ford Escort, Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo u Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Galea flimkien ma' Zammit, Grech u Farrugia, b'Galea jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Zammit u Grech quddiem Farrugia. Wara erba' laps u diversi attakki fuq Galea, Farrugia għamel l-ewwel attakk b'suċċess fuq Galea u fi ftit sekondi ħa postu wara Zammit. Farrugia kompla l-pressjoni fuq Zammit u ma damx wisq ma ssupera lil Zammit li minkejja ta' azzjoni anti-sportiva min-naħa ta' Zammit l-azzjoni spiċċat tat vantaġġ lil Farrugia li issa tela' fit-tieni pożizzjoni u fi ftit ħin Farrugia kien diġà wasal viċin Galea il-leader tat-tiġrija imma t-tiġrija kienet waslet fil-bandiera tal-Last Lap u tat-tmiem. Intant, f 'din il-finali Galea rebaħ it-tiġrija Klassi A segwit viċin minn Farrugia u Zammit. Fir-raba' post spiċċa Sammut u fil-ħames post Johnson. Grech irtira minħabba ħsara mekkanika. Għall-finali Autocross Lucas Oil Klassi B rajna jikkwalifikaw lil Ryan Scerri fuq Opel Corsa, Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Christian Apap fuq Ford Fiesta, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova u Malcolm Borg fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Vella li kellu ħruġ tajjeb ħafna tant li ħalla lil kumplament tas-sewwieqa kollha warajh sat-tmiem it-tiġrija. Vella ħa t-tmun tat-tiġrija segwit minn Pisani u Apap. Abela li kien qed isegwi lil Apap b'azzjoni anti-sportiva min-naħa ta' Abela spiċċa biex ħalla lil Apap ikompli t-tiġrija mill- aħħar post. Abela ġie mwissi b'Warning Flag mir-referee tal-ġurnata. B'din l-azzjoni Borg avvanza pożizzjoni u spiċċa jsegwi lil Pisani. Intant, l-attenzjoni marret lejn l-aħħar tliet kompetituri li kienu mwaħħlin wara xulxin jistennew dak iċ-ċans ta' xi żball minn xi wieħed minnhom biex wieħed ikompli javvanza. Scerri li deher b'saħħtu ħafna mill- aħħar post beda javvanza, fejn mill-ewwel issupera lil Abela mbagħad issupera wkoll lil Borg tant li l-finali spiċċat b'Vella jirbaħ mad- disa' lap u kien segwit minn Pisani u Scerri. Fir-raba' post spiċċa Abela segwit minn Borg. L-attivitajiet tal-ASMK issa jkomplu nhar is-Sibt li ġej fejn tidħol it-tradizzjoni ta' kull sena li torganizza l-aħħar żewġ attivitajiet tard filgħaxija u matul il-lejl. Għal iktar informazzjoni tista' żżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Tiġrija Autocross bil-leader Christian Apap fuq Ford Fiesta Ritratt: Jonathan Cole La Salle jirbħu kollox għal tliet staġuni konsekuttivi LA Salle Handball Club temmew l-istaġun tagħhom fuq nota pożittiva meta rebħu n-knock out fil- kategoriji tan-nisa u tal- irġiel. Fl-ewwel finali, La Salle ZT Developments iltaqgħu maċ-champions il-ġodda Aloysians Żmerċ fil-kategorija tan-nisa. Għalkemm kienu qed igawdu vantaġġ ta' 6 gowls, La Salle żammew vantaġġ minimu ta' żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, Aloysians għamlu rimonta tajba u saħansitra ħadu vantaġġ ta' żewġ gowls. Hekk kif deher li se jieħdu d-double, kienet l-esperjenza ta' La Salle li għamlet id-differenza hekk kif it-tim immexxi minn John Falzon dawwar ir- riżultat favorih biex għeleb liċ-champions il-ġodda 25-20. Fil-finali tal-irġiel, La Salle BHS iltaqgħu ma' Luxol. L-ewwel taqsima rat logħob b'ritmu mgħaġġel fejn Luxol żammew tajjeb kontra ċ-champions renjanti La Salle, iżda dawn xorta kellhom vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima. Minkejja n-nuqqas tal-plejer kowċ Kristjan Olschleger, La Salle kienu f 'forma mill-aqwa fit- tieni taqsima u rnexxielhom jirbħu t-12-il trofew konsekuttiv fil-kategorija tal-irġiel meta għelbu lil Luxol 35-24. B'din ir-rebħa, La Salle kitbu paġna ġdida fl-istorja tal-handball Malti fejn saru l-ewwel tim li rebħu kull trofew offrut mill-Malta Handball Association għal tliet staġuni konsekuttivi. It-tim tan-nisa ta' La Salle jiċċelebra wara r-rebħ tan-Knockout It-tim tal-irġiel jiċċelebra wara r-rebħ tan-Knockout Ritratti: Patrizia Val Madiona