Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

DIN il-ġimgħa tnieda grupp ta' ħidma Parlamentari dwar id-Dijabete fuq inizjattiva tal-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. Il-grupp ta' ħidma informali li hu kompost minn membri miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati jinkludi lil Marlene Farrugia, Deo Debattista u Franco Mercieca min-naħa tal-Gvern u Simon Busuttil, Claudio Grech, Claudette Buttigieg, Marthese Portelli, Frederick Azzopardi, Clyde Puli u Michael Gonzi minn naħa tal-Oppożizzjoni. L-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia nħatar unanimament bħala President tal-Grupp ta' Ħidma. Fl-indirizz tiegħu Busuttil sostna li r-rata ta' difużjoni ta' din il-kundizzjoni hija allarmanti u tpoġġi fuq kull Membru Parlamentari responsabbilità kbira li jindirizza l-kundizzjoni b'mod effettiv lejn titjib fil- kwalità tal-ħajja ta' min huwa milqut bid-dijabete. Hu qal li jinsab determinat li flimkien mal-membri sħabu jaħdem fil-qrib ta' professjonisti u persuni oħrajn fil-qasam tad-dijabete biex jitressqu proposti konkreti lill-gvern għal azzjoni f 'dan ir-rigward. Esprima ruħu persważ li jekk kull membru jiġbed ħabel wieħed din il-ħidma kapaċi tiswa mitqlu deheb għal dawn in-nies. F'Diċembru li għadda Simon Busuttil ġie appuntat Viċi President tal-Global Forum of Parliamentary Champions for Diabetes f 'Assemblea li saret f 'Melbourne ġewwa l-Awstralja. Intant, fl-Ewropa biss madwar 32 miljun ċittadin qegħdin ibatu mill-marda tad-dijabete. Miljuni oħrajn qegħdin f 'riskju li titfaċċalhom din il- kundizzjoni matul ħajjithom. Kull żewġ minuti, ċittadin fl-Unjoni Ewropea jitlef ħajtu kaġun tad-dijabete. F'Malta madwar 10% tal- popolazzjoni qiegħda tbati minn din il-marda apparti oħrajn li għadhom mhux konxji mill-kundizzjoni. 10 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Rebħet fuq l-infertilità u ġellieda kontra l-faqar John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt JOSETTE Busuttil hi mara ta' 46 sena li ssieltet mal-ħajja, rebħet dak li qatt ma ħolmot li setgħet tirbaħ, meta saret omm kontra kull tbassir mediku. It-twelid ta' bintha kien meqjus bħala 'miracle baby'. Mariah hi l-mimmi t'għajnejha iżda kienet f 'xifer li titlifha meta kienet bullied l-iskola ta' 8 snin u din it-tifla ċkejkna saħansitra kienet tikkontempla suwiċidju. Issieltet kontra dan kollu u rnexxielha tirbaħ fuq il- problemi kollha. Għalhekk iddeċidiet tagħti lura lis-soċjetà minn dak li rnexxielha tirbaħ. Josette ħolqot grupp ta' voluntiera u bdiet battalja oħra din id-darba kontra l-faqar u t-tbatija ta' ħaddieħor. Bl-uniku sodisfazzjon ikun l-ħarsa ferrieħa tat-tfal li hi tkun għenet jew temgħet. Bdiet ġlieda kontra l-faqar, l-aktar dak tal-injoranza fejn anke ssib min jabbuża mill-qalb karitattiva tagħha. Kellha ħolma li tiftaħ ċentru għall-kura tat-tfal iżda ma ngħatatx permess. Kien hemm żmien li kienet saret negattiva fejn anke spiċċat bla xogħol sal-ġurnata tal-lum. Iżda l-problemi f 'ħajjitha xorta ma jaqtgħulhiex qalbha li tkompli tgħin lil ħaddieħor b'mod volontarju u fl-istess ħin tieħu ħsieb mill-aħjar li tista' lill-anġlu tagħha u lir-raġel li ħabbha minn meta kellha 13-il sena mingħajr kundizzjoni. Jekk hawn gladjatur li ma jaqta' qalbu minn xejn u jiġġieled kontra kull negattività li toffri l-ħajja, din mhi ħadd għajr Josette Busuttil. Mort niltaqa' ma' Josette fir- ramla s-sabiħa ta' Birżebbuġa u flimkien ma' bintha Mariah ta' 11-il sena ntfajna fuq bank fil-bandli fuq din ir-ramla u bdejna nitkellmu dwar it-twelid u d-diffikultajiet li għelbet Mariah u l-problemi li tħabbat wiċċha magħhom ta' kuljum Josette fil-ġlieda tagħha biex tgħin lil min hu fil-bżonn. Josette fil-fatt hi minn Raħal Ġdid u twieldet fis-6 ta' Ġunju 1968. Ta' 13-il sena ltaqgħet mal-uniku maħbub tagħha li kellu 16-il sena, Saviour miż-Żejtun u żżewġu meta kellha 21 sena. Anke l-ġurnata tat-tieġ tagħha bdiet bil- problemi meta kellha tibdilha għax kienet mietet oħtha ta' 37 sena u estendiet id-data tat-tieġ minn Frar għal Mejju. Ħidma fil-Parlament dwar id-Dijabete Kull żewġ minuti, ċittadin fl-Unjoni Ewropea jitlef ħajtu kaġun tad-dijabete

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014