Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 9 Il-qtil ta' għassies 23 sena ilu f 'Ħal Qormi Sparati seba' tiri b'wieħed biss ikun fatali faċċata ta' fejn kien jaħdem hu. Għaldaqstant għal xi ħin Borg ma tantx kien se jkun ta' xkiel. Minkejja dan huma xorta waħda ma ħadu ebda riskju u marru armati b'armi tan-nar. Kienu wkoll konxji li Joe Borg kien raġel mibni u b'saħħtu u probabbli kienu jafu li ma kienx se jirnexxielhom iżommuh bil-forza. Fil-fatt Borg kien ġuvni twil u robust. Huwa kien jaħdem ix-xatt iġorr il-ħadid u fi tmiem il-ġimgħa kien jagħmel xogħol ta' għassies ma' din il-kumpanija. Kif il-ħallelin kienu fil- fabbrika, Borg kien fuq in- naħa l-oħra tat-triq jitkellem ma' għassies ieħor. Peress li kienu spiċċawlu s-sigaretti huwa qal lil sieħbu li kien se jmur fil-locker fejn kellu pakkett sigaretti. Għall- ħabta tas-6.30pm Borg daħal fil-fabbrika u ġie wiċċ imb wiċċ mal-qattiela tiegħu u x'aktarx li anke ssara ma' wieħed minnhom. L-ewwel ma nstemgħu kienu tliet tiri li x'aktarx laqtu lil Borg f 'koxxtu. Huwa ħareġ mill-fabbrika biex jitlob l-għajnuna, iżda sakemm laħaq ħareġ mill-fabbrika l-kriminali marru warajh u sparawlu erba' tiri oħra. Din id-darba waħda mill- bullets laqtet lil Borg f 'dahru u kienet din il-balla li qatlitu fejn spiċċa minn tulu fl-art fuq it-tarmak ftit metri 'l bogħod mit-taraġ tal- fabbrika. Qabel ma waqa' fl-art għal mejjet, Borg laħaq instema' jgħid "Tlieta qegħdin". Huwa baqa' jitkaxkar mal-art biex jersaq lejn it-triq tant li ħwejġu kienu mċappsin bit- trab u anke żejt ta' karozza. Informazzjoni mhux ikkonfermata kienet tgħid li dak il-ħin fi Triq Valletta kien hemm erba' żgħażagħ jistennew ħabib tagħhom u x'aktarx li raw lill-qattiela jaħarbu f 'karozza ħamra. Tnejn mis-suspettati mietu f 'każi traġiċi Dwar dan l-omiċidju l-Pulizija kellha suspetti serji f 'żewġt irġiel mit- tlieta li wettqu r-reat. Fil- jiem li għaddew tkellimt ma' sorsi li kienu qrib l-investigazzjonijiet. Huma qaluli li dak iż-żmien l-investigaturi kellhom suspetti imma mhux biżżejjed provi biex dawn jitressqu l-Qorti. Tnejn minn dawn mietu f 'każi separati. Wieħed minnhom miet kawża ta' bomba u ieħor b'overdose ta' droga. Il-qraba tal-vittma Dwar dan il-qtil kont tkellimt mal-qraba ta' Joe Borg, fosthom ma' ommu u tnejn minn ħutu. Margaret Borg, omm Joe, kienet qaltli li ħadd ma kien taha xi tip ta' sodisfazzjon u l-każ baqa' ma ssolvix. "Mix-xogħol għad-dar u mid-dar għall-korsa tal-Marsa. Kien iħobb iż- żwiemel u kellu ħafna ħbieb hemm. Kienu jirrispettawh għax kien raġel kwiet. Kien tifel sew li l-inkwiet kien jevitah," kien qalli ħuh Louis. Dakinhar li nqatel kien is-Sibt. Joe Borg ħareġ mid- dar fis-6am u għall-ħabta tas-1.30pm, Louis u ħabib tiegħu marru u ħadulu l-ikel. Kemm Louis kif ukoll Joe kienu jaħdmu bħala għassiesa fi tmiem il-ġimgħa fl-istess post. Nofs siegħa qabel seħħ il-qtil, Rose, oħt il-vittma kienet sejra lura d-dar mill- Belt u kif kienet fuq tal-linja u għaddiet minn quddiem il-fabbrika, Joe raha u għamlilha sinjal b'idejh biex teħodlu x'jiekol. Ommu kellha l-ikel lest u kif Rose waslet u qaltilha li Joe qiegħed jistenna l-ikel din kienet se tmur bih, iżda ma marritx għax riedet tmur oħtu l-oħra, Marthese. Dakinhar Louis kien xogħol in-Naxxar, fejn kien qed jaħdem bħala wejter. Ftit wara s-7.30pm ra lil martu, li dak iż-żmien kienu għadhom mhux miżżewġin, u lil missierha resqin lejh. X'ħin rahom Louis mill-ewwel ħaseb ħażin imma mhux dak li marru biex jgħidulu. Huwa ħaseb li kienu marru biex jinfurmawh li kien miet missieru. Min-Naxxar sa Ħal Qormi ma qalulu xejn, iżda kif waslu d-dar sab xena quddiemu li qatt mhu se jinsa. "Sakemm wasalt kelli kuraġġ kbir għax peress li kont waħħaltha f 'rasi li kien missieri, allura kont qisni ppreparat. Iżda meta qaluli li kienu qatlu lil ħija Joe, waqajt fl-art. Mort minn saqajja", kien irrakkontali Louis. Fost l-ewwel qraba li marru fuq il-post tad-delitt kienet oħtu Marthese. Kif saret taf marret mill-ewwel u kif ratu mal-art dawritu biex tagħtih in-nifs artifiċjali, xi ħaġa li tgħallmet fejn kienet taħdem. Iżda Joe kien mejjet. Meta Marthese marret lura d-dar, il-ġirien ma ħallewhiex tidħol ħdejn ommha peress li kellha ħwejjiġha mċappsin bid- demm. Il-ġimgħa d-dieħla Nhar il-Ħadd li ġej inkomplu naraw aktar dettalji dwar dan il-qtil. Naraw kif omm Joe Borg saret taf, x'qalulha li kien ġara. Naraw ukoll x'għamlet oħtu kif ukoll fejn saru l-eżamijiet tal-marki tas- saqajn li elevaw l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat u dettalji oħrajn. Appell Bħalma qed nagħmlu ma kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. PROGRAMM OPERATTIV II - POLITIKA' TA' KOEŻJONI 2007-2013 SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI INSAĦĦU ĦILITNA GĦAL AKTAR IMPJIEGI U KWALITÁ TA` ĦAJJA AĦJAR L-Awtorita' ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika' ta' Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Ministeru għall-Affarjiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, tixtieq tgħarraf li qed tniedi sejħa għall-proposti ta' proġetti taht il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) 2007-2013. Applikanti eliġibbli huma mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta' Prijorità 4: Insaħħu l-Kapaċità Istituzzjonali u Amministrattiva għal dawn is-Setturi: TISĦIĦ TAR-RIFORMA FIS-SETTUR PUBBLIKU TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA GĦAS-SETTUR PUBBLIKU TISĦIĦ TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI TAL-IMPJIEGI PROMOZZJONI TA' DJALOGU SOĊJALI U ĊIVIKU AKTAR EFFETTIV F'MALTA Total indikattiv ta' finanzjament: €2 miljun (bil-possibilità li jiżdied skont l-ammonti li ma jkunux ġew allokati) IS-SEJĦA TAGĦLAQ NHAR il-ĠIMGĦA 20 ta' ĠUNJU 2014 F'NOFSINHAR (12:00 hrs) Applikanti prospettivi huma mgħarrfa li l-Programm Operattiv, il-Formola tal-Applikazzjoni u n-Noti Gwida kif ukoll informazzjoni oħra jistgħu jinkisbu mill-sit elettroniku http://eufunds.gov.mt/opencalls. Applikazzjonijiet jintlaqgħu fl-uffiċċju tal-PPCD Triq il-Kukkanja, Santa Venera, SVR 1411 SESSJONI TA' INFORMAZZJONI Għal aktar informazzjoni, applikanti prospettivi huma mħeġġa li jattendu s-Sessjoni ta' Informazzjoni li se ssir nhar it-Tnejn, 19 ta' Mejju 2014 fis-2.00pm. Dawk interessati jistgħu jirreġistraw onlajn fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta' nhar Ġimgħa, 16 ta' Mejju 2014. Il-postijiet huma limitati u għaldaqstant se jkunu riżervati skont minn japplika l-ewwel. In-numru ta' parteċipanti minn kull organiżżazzjoni jista' jkun ristrett skont il-bżonn. Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku: http://eufunds.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 'Insaħħu Ħilitna għall Aktar Impjiegi u Kwalitá ta` Ħajja Aħjar Sejħa kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rati ta' kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek