Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Il-qtil ta' għassies 23 sena ilu f 'Ħal Qormi Sparati seba' tiri b'wieħed biss ikun fatali KAŻ li l-Pulizija kienu jemmnu li jistgħu jaslu biex ikun solvut huwa dak ta' Joe Borg li nqatel meta kien xogħol bħala għassies fil- fabbrika tal-għaġin f 'Ħal Qormi. Borg inqatel wara li kienu sparati mill-inqas seba' tiri fid-direzzjoni tiegħu b'wieħed ikun fatali. Joe Borg kellu 30 sena meta fid-29 ta' Settembru 1990 inqatel kiesaħ u biered hekk kif sab quddiemu grupp ta' ħallelin li daħlu jisirqu mill-fabbrika li kien għassa magħha. Daħlu bl-intenzjoni li jwettqu serqa L-għan tal-qattiela ta' Joe Borg ma kienx li joqtluh, iżda wieħed jista' jgħid li Borg kien fil-post ħażin fil-ħin ħażin. Fil-fatt l-għan tal-kriminali kien li jwettqu serqa mis-safe tal-kumpanija United Macaroni fi Triq Valletta f 'Ħal Qormi. Mhux magħruf jekk fil- fatt il-ħallelin kinux marru għall-flus li kien hemm fis-safe jew kienx hemm xi ħaġa oħra li s-sidien tal- kumpanija lanqas kienu konxji u li setgħet tpoġġiet hemm minn xi ħadd minn ġewwa. Meta kont tkellimt ma' diversi sorsi kien hemm min allega li l-ħallelin ippjanaw kollox u marru bl-intenzjoni li xejn u ħadd ma kien se jżommhom milli jwettqu l-operazzjoni li kienu daħlu għaliha. Il-Pulizija kienu sabu mqass kbir li bih il-ħallelin qaċċtu l-ħadid tat-tieqa, iżda ma kinux sabu xi għodda oħra jew apparat ieħor li jintuża biex jisgassaw is-'safe'. Is-sorsi kienu jemmnu li dawn setgħu tqabbdu minn persuni oħrajn li kienu jafu li kien hemm xi ħaġa fis-'safe' li allegatament iddaħħlet mal-konsenja tad-dqiq, li l-istess sorsi għadhom jisħqu li d-diretturi tal-kumpanija setgħu ma kinux konxji. Il-qattiela ta' Borg marru armati b'aktar minn arma waħda tan-nar. Prova ta' dan huwa l-fatt li Joe Borg intlaqat b'tiri sparati minn armi differenti. Daħlu fil- fabbrika billi użaw imqass li jaqta' l-ħadid u daħlu minn tieqa żgħira. Dawn kellhom informazzjoni tajba u kienu jafu li Joe Borg kien iqatta' xi ħin barra mill-fabbrika jitkellem ma' għassiesa oħrajn, fosthom ma' dawk ta' stabbiliment li kien hemm John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-vittma Joe Borg Il-kadavru ta' Joe Borg mgħotti b'liżar quddiem il-fabbrika tal-għaġin f 'Ħal Qormi 450,000 sigarett mingħajr dazju Gonzi f 'konferenza fil-Vatikan L-ewwel solar farm ŻEWĠ irġiel Maltin ġew arrestati lbieraħ għal ħabta ta' nofsinhar u ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ wara li l-Pulizija mill-iskwadra Kontra Reati Ekonomiċi, flimkien mal-Pulizija mis-sezzjoni tal-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva (ALE), interċettaw cabin cruiser suspettuż li kien għadu kif daħal ġewwa l-Port il-Kbir. Jirriżulta li waqt tfittxija li saret fuq l-imsemmi bastiment, instabu 45 master case, li kien fihom madwar 450,000 sigarett mingħajr dazju, kif ukoll żewġ armi tan-nar. Iż-żewġ irġiel Maltin li ġew arrestati kienu abbord il-bastiment. Bil-każ ġie infurmat il- Maġistrat tal-Għassa, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. LEKS Prim Ministru ta' Malta Lawrence Gonzi indirizza konferenza internazzjonali annwali fil-Vatikan bit-tema: 'The Good Society and the Future of Jobs: Can solidarity and fraternity be part of business decisions?' Gonzi indirizza din il-konferenza fuq stedina tal-Fondazione Centesimus Annus Pro Pontifice li hija għaqda volontarja li tippromwovi l-istudju tad-duttrina tal- Knisja Kattolika kif espressa fl-enċiklika 'Centesimus Annus' tal-Papa San Ġwanni Pawlu II. Fid-diskors tiegħu Gonzi tkellem dwar l-effett li ħalliet il-kriżi finanzjarja fuq id-dinja, speċjalment l-effett li ħalliet fuq l-impjiegi u x-xogħol. Hu semma wkoll kif l-edukazzjoni u l-avvanz fit-teknoloġija huma ċ-ċavetta għall-ħolqien tax- xogħol. Lawrence Gonzi qal li l-politika għandha tfittex dejjem il-ġid komuni u tevita ideat populisti. Huwa temm l-intervent billi għamel enfasi fuq il-valuri, l-etika u l-moralità fin-negozju u l-kummerċ, li huma neċessarji biex negħlbu l-isfidi fl-ekonomija dinjija. BĦALISSA għaddejja ħidma biex ikun hawn l-ewwel razzett għall-enerġija mix-xemx f 'Malta. Dan qed isir hekk kif iż-żieda fl-istallazzjoni ta' panelli fotovoltaiċi f 'pajjiżna qed tieħu żvolta ġdida. Dan is-solar farm li hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fil- gżejjer Maltin u se jkun qed jiġġenera 2.05MW. B'kollox se jiġu installati madwar 8,200 pannella. Il-proġett qed isir fuq l-imħażen li l-kumpanija Medserv għandha fil-Port Ħieles f 'Birżebbuġa. Il- kumpanija magħżula biex tikkummissjona dan il-proġett ambizzjuż hi Electro Fix li hi mistennija tlesti l-proġett fit- tieni kwart ta' din is-sena. B'kollox hu kkalkulat li dan il- proġett meta jitlesta se jkun qed jipproduċi medja ta' 3,420 MW kull sena. Dan hu biżżejjed biex jipprovdi biżżejjed enerġija għal sena għal madwar 700 familja li jkollhom konsum ta' madwar 12 KWh kuljum. Hu mistenni wkoll li dan il-proġett se jnaqqas l-emissjonijiet u t-tniġġis mid- dijossidu tal-karbonju b'2,975 tunnellata metrika.