Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 7 "Qed nużaw id-doppju tal-ilma tal-pjan" – AD MALTA hi l-għaxar pajjiż l-iktar nieqes mill-ilma fid-dinja meta wieħed iqis ir-riżorsi tal-ilma għal kull persuna. Hekk sostna ċ-Chairperson tal- Alternattiva Demokratika Arnold Cassola waqt konferenza stampa lbieraħ filgħodu dwar l-użu ta' riżorsi pubbliċi naturali. Cassola qal li l-ilma f 'Malta hu skars u prezzjuż u preżentament qed nieħdu mill-ilma tal-pjan id-doppju tal-ilma li tipprovdi n-natura permezz tax-xita. Żied li jekk nibqgħu sejrin hekk fi żmien qasir in-nixfa f 'dan il-pajjiż ser tkun waħda totali. Fl-intervent tiegħu, id- Deputat Chairperson Carmel Cacopardo, ukoll qal li hu neċessarju li nipproteġu l-ilma tal-pjan. Cacopardo saħaq li tul is-snin ġie mtella' ħafna iktar ilma mill-pjan milli kienet qed tipprovdi n-natura. Tkellem ukoll dwar il-kontaminazzjoni tal-ilma minn pestiċidi, fertilizzanti artifiċjali u drenaġġ minn irziezet. Shulz jinsisti li kull ħajja għandha valur ILPOLITIKA komuni Ewropea dwar il-migrazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipju li kull ħajja hi importanti kif ukoll fuq is-solidarjetà, fuq il-bżonn li ħadd ma jispiċċa vittma tal- kriminalità, u fuq viżjoni fit- tul dwar il-migrazzjoni. Dan qalu Martin Schulz, President tal-Parlament Ewropew meta indirizza attività politika tal-Partit Laburista f 'Raħal Ġdid. Schulz, li żar Malta bħala parti mill-kampanja tiegħu ta' kandidat għall-Presidenza tal- Kummissjoni Ewropea, qal li jekk huwa jkun elett President tal-Kummissjoni Ewropea, se jimbotta din it-tip ta' politika li s'issa hi assenti fl-Ewropa. Żied jgħid li l-migrazzjoni kontrollata hi bżonjuża għall- kontinent Ewropew. Tenna wkoll li fl-Ewropa hemm bżonn politika komuni dwar il-migrazzjoni u li tinstab soluzzjoni għall-migrazzjoni permezz tas-solidarjetà, billi din tkun kwistjoni tal-pajjiżi kollha u mhux ta' pajjiż wieħed biss. Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qabel fuq il-ħtieġa ta' politika komuni dwar il-migrazzjoni u qal li l-Ewropa għandha diversi regoli burokratiċi, saħansitra fuq id-daqs tal-frott, iżda m'għandhiex politika ċara dwar il-migrazzjoni li taffettwa tant nies. Muscat żied li hu kburi li Malta qed tkun ta' eżempju għal pajjiżi oħra Ewropej rigward l-ekonomija, u dan għax mingħajr il-ħtieġa ta' miżuri ta' awsterità, anzi b'miżuri li jnaqqsu t-taxxi u l-piż fuq il-familji, l-ekonomija Maltija qed tikber xorta waħda. Tant hu hekk li f 'sena waħda t-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna kien erba' darbiet aktar minn tas-sena ta' qabel. Fi tmiem l-intervent tiegħu l-Prim Ministru qal li Martin Schulz jista' jwassal għal bidla fil-kwistjoni tal-migrazzjoni jekk ikun President tal- Kummissjoni Ewropea. Din hi raġuni oħra għala l-poplu għandu jivvota għall-kandidati Laburisti fl-elezzjoni tal-24 ta' Mejju, temm jgħid Muscat. Id-diffikultajiet tal- bdiewa fil-pitkalija ILBDIEWA huma mħassba mid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-pitkalija meta jiġu biex ibigħu l-prodotti li jipproduċu. Dan ħareġ waqt żjara li l-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel fil- Farmers' Market f ' Ta' Qali lbieraħ filgħodu. Il-laqgħa tal-bieraħ serviet ta' opportunità għall-bdiewa u r-raħħala biex jitkellmu ma' Simon Busuttil u jaqsmu miegħu l-ħsibijiet diversi. Fost oħrajn huma tkellmu dwar il-biża' li jogħlew il-prezzijiet tal-prodotti għaliex dan jaffettwa l-bejgħ, anke jekk il-frott, il-ħaxix u l-laħam huma prodotti bażiċi fid-dieta Maltija. Waqt iż-żjara Busuttil kien akkumpanjat mid-Deputat Speaker u Kelliem għall- Oppożizzjoni dwar il-Biedja u s-Sajd Ċensu Galea kif ukoll minn Ray Bugeja, Helga Ellul, Jonathan Shaw, u Francis Zammit Dimech – erba' mill-kandidati tal- Partit Nazzjonalista għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-24 ta' Mejju. Fi tmiem il-laqgħa mal- bdiewa, l-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista ltaqgħu u tkellmu wkoll ma' numru ta' familji li qattgħu l-għodwa tas-Sibt filgħodu jixtru l-prodotti friski direttament mill-bdiewa u r-raħħala lokali. "Is-solidarjetà għandha tkun kwistjoni tal-pajjiżi kollha mhux ta' pajjiż wieħed biss" - Shulz Il-bdiewa tkellmu dwar il-biża' tagħhom, b'mod speċjali ż-żieda fil- prezzijiet Malta hi l-għaxar pajjiż l-iktar nieqes mill-ilma fid-dinja