Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
18 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 JEKK qatt kien hemm bżonn konferma li l-partit Nazzjonalista fil-Gvern nesa lil Għawdex u lill-Għawdxin huwa dak li qal Simon Busuttil dan l-aħħar. Fil- jiem li għaddew il-Kap tal- partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-partit Nazzjonalista ħadem biex ikkommetta 10% tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għall- gżira Għawdxija. Qal ukoll li l-membri tal-partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jaħdmu biex din il-gżira tiġi rikonoxxuta bħala reġjun. Dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet li għamel il- kap tal-Oppożizzjoni huma l-akbar ċerifikat ta' falliment li Simon Busuttil jista' jagħti lilu nnifsu u lill-partit tiegħu. Dwar il-fondi mhux minnu li Gvern Nazzjonalista ħadem biex f 'Għawdex jonfoq 10% tal-fondi Ewropej għaliex għal kuntrarju ta' dak li ntqal Gvern Nazzjonalista nefaq biss 8% tal-fondi Ewropej allokati għal Malta. Kien biss bis-saħħa ta' Gvern Laburista li €16-il miljun inqas milli kien imwiegħed ġew mgħoddija lil gżira Għawdxija. Fil-manifest elettorali ta' 5 snin ilu l-partit Nazzjonalista b'Simon Busuttil fuq quddiem kien wiegħed li "qabel il- programm il-ġdid ta' fondi mill-2014 'l quddiem isir studju dwar il-ħtiġijiet speċjali ta' Għawdex ħalli tkun tista' tegħleb l-insularità doppja u tibqa' tgawdi minn sehem xieraq ta' fondi mill-Ewropa." Illum Simon Busuttil qed jgħidilna li dan l-istudju ma kienx hemm bżonnu għaliex il-fondi allokati għal Malta kienu aktar minn biżżejjed. Din id-dikjarazzjoni tikkonferma kemm il-partit Nazzjonalista falla fil-ħidma tiegħu dwar Għawdex. Jirriżulta li gvern Nazzjonalista tul iż-żmien falla li jikkonvinċi lill- Unjoni Ewropea li Għawdex, bħala gżira reġjun, kien jimmeritah fondi separati minn Malta biex jindirizzaw ir-realtà ta' gżira reġjun. Dan meta bid-dikjarazzjoni dwar Għawdex annessa mat-trattat ta' sħubija, Gvern Nazzjonalista b'Simon Busuttil dak iż-żmien kap tal-MIC, Għawdex mhux biss kellu jiġi rikonoxxut bħala reġjun imma wkoll kellu jibbenfika minn miżuri li jindirizzaw b'mod speċifiku l-iżvantaġġi strutturali tagħha. Apparti minn hekk il- Gvern, fid-dikjarazzjoni dwar Għawdex, intrabat li kellu jagħmel studju dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali t'Għawdex qabel kull perjodu baġitarju imma qabel il-baġit finanzjarju 2007 - 2013 dan l-istudju ma sarx filwaqt qabel il-baġit finanzjarju 2014 - 2020 r-risposta li rċevew mill- Kummissjoni Ewropea għall-argumenti li preżentaw ma kinux aċċettati. Bis-saħħa ta' dawn il- fondi, li bit-trattat ta' sħubija Għawdex seta' jikkwalifika għalihom, Gvern Nazzjonalista tellef lill-Għawdxin għajnuna finanzjarja li setgħet tgħin biex tegħleb l-isfidi dwar Għawdex bħall-insularità doppja u l-inugwaljanza fil-livell ta' żvilupp soċjali u ekonomika bejn Għawdex u Malta. L-impenn tiegħi fil- Parlament Ewropew, jekk kemm-il darba niġi elett bħala r-rappreżentant tal- poplu, jkun li nkun il-vuċi soda tal-Għawdxin bħal ma naspira li nkun il-vuċi soda tal-Maltin. Imma fuq kollox naħdem biex Għawdex jieħu dak kollu possibbli li bi dritt huwa tiegħu. Dan kollu qed ngħidu fl-isfond ta' żjajjar u laqgħat li ta' kull ġimgħa qed ikolli f 'Għawdex fejn hemmhekk qed nifhem dejjem aktar kemm ir- realtajiet tal-gżira fuq livell Ewropew jeħtieġ li jiġu indirizzati b'pożizzjonijiet soda u iebsin fl-interess ta' Għawdex u l-Għawdxin. Charlon Gouder hu kandidat għall-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista. Il-falliment ta' Busuttil hu Busuttil innifsu CHARLON GOUDER Il-Ġustizzja Politika u l-Appuntamenti mal-Istorja Żagħżugħ, Pożittiv u Enerġetiku LEBDA bniedem onest f 'dan il-pajjiż ma jista' jiċħad il-fatt li matul iż-żminijiet dejjem kien il-Partit Nazzjonalista li żamm l-appuntament mal- istorja u ħa d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex ikunu jistgħu jitwettqu bidliet kbar u sabiex dan il-pajjiż seta' jimxi 'l quddiem fil- prosperità. Ħadd ma jista' jiċħad lanqas il-fatt li kien il-Partit Nazzjonalista li kellu l-kuraġġ jieħu deċiżjonijiet diffiċli li għalkemm meta ttieħdu setgħu dehru ħorox u awsteri żżejjed fl-aħħar mill-aħħar kienu kruċjali sabiex jiġi evitat kollass finanzjaru u ekonomiku f 'pajjiżna, kienu kruċjali sabiex jiġu evitati xenarji bħal tal-Greċja, Spanja, il-Portugall u ta' Ċipru. Il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien ikkritikat ferm, illum kulħadd itih raġun. Politika mingħajr viżjoni ma twassal imkien, anzi tipperikola l-kisbiet li pajjiż ikun kiseb u tnaqqar il- fiduċja tal-investituri u ta' pajjiżi oħra. Huwa faċli li tilgħab għal platea, li tidher sabiħ mal-eletturi, li tuża kliem sabiħ u li tilludi lil dawk li tawk fiduċja u twegħedhom l-ilma jiżfen. Iżda l-irġulja u s-sens ta' dover politiku jitlob ferm aktar minn hekk. Il-problemi jridu jiġu indirizzati b'responsabbiltà u kull min juża tattiċi li bihom mingħalih jaljena l-poplu jkun qiegħed jiżbalja bil- kbir. Din it-tattika dejjem kienet għal qalb il-Gvernijiet TLIET kelmiet li fl-opinjoni tiegħi jiddeskrivu b'mod perfett dan il-gvern. Dan huwa gvern żagħżugħ. Żagħżugħ għax dan il- gvern mimli b'ħeġġa u determinazzjoni sabiex jibdel fejn hemm bżonn li jbiddel mingħajr ebda biża' u jġedded u jsaħħaħ fejn hemm bżonn tat- tiġdid. Bħal żagħżugħ dan il-gvern jaħdem bla heda sabiex jara lil Malta tagħna timxi 'l quddiem u tipprogressa 'l quddiem. Bħal żagħżugħ ukoll dan il-gvern jaspira li jara futur aħjar u jistinka sabiex jilħaq l-aspirazzjonijet tal-poplu Malti u Għawdxi. Wara kollox dan huwa gvern kompost ukoll minn numru ta' żgħażagħ li huma eletti kemm fil-qasam lokali kif ukoll fil-Parlament Malti li dejjem jagħtu l-enerġija kollha tagħhom sabiex dan il-poplu jkollu gvern li jixraqlu. Però dan huwa wkoll gvern pożittiv. Pożittiv il-għaliex dejjem iħares lejn il-pożittività ta' kull sitwazzjoni li tista' tinqala'. Gvern li minflok qagħad jilmenta fuq id-djun u l-problemi li wiret minn għand l-amministrazzjoni preċedenti, medd għonqu għax-xogħol u diġà ġurnata wara ġurnata qiegħed jagħti riżultati pożittivi. Fuq kollox, dan huwa gvern enerġetiku. L-enerġija fi ħdan il-membri parlamentari tagħna, il-kandidati tagħna tal- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-individwi kollha li hemm jassistuhom tidher ċara. Enerġija li qiegħda tinħass mill-poplu kollu. Enerġija li bidlet id-direzzjoni ta' dan il-pajjiż. Enerġija li tabilħaqq kien hemm bżonn DAVID CASA CLINT CAMILLERI "Kien Gvern Nazzjonalista li nefaq biss 8% tal-fondi Ewropej allokati għal Malta" - Charlon Gouder