Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 19 Il-Ġustizzja Politika u l-Appuntamenti mal-Istorja Żagħżugħ, Pożittiv u Enerġetiku Soċjalisti, li dejjem għażel it- tlellix flok is-serjetà, li dejjem għażel jagħti ħobża minflok għallem lin-nies kif jagħmlu l-ħobż. Illum wara sena u erba' xhur ta' Gvern Soċjalista diġà qegħdin naraw ħafna minn dawn it-tattiċi, forsi l-aktar famuża hija t-tnaqqis b'żewġ ċenteżmi fil-prezz tal-petrol. Il-poplu Malti jixraqlu ħafna aktar minn hekk, il-poplu Malti jixraqlu li jkollu garanzija li dawk li qegħdin imexxuh qegħdin jieħdu deċiżjonijiet mhux biex jigglorifikaw lilhom infushom u lil ta' madwarhom iżda sabiex jaċċertaw it-tkattir tal-ġid komuni. L-għajta tal- meritokrazija li tant ħambaq fuqha l-Partit Soċjalista, intfiet u llum mhi xejn aktar minn karba fid-deżert. Il-vot huwa arma b'saħħitha ħafna, u hekk kif l-elettorat iddeċieda li jwassal messaġġ lill-Partit Nazzjonalista fl- elezzjoni ġenerali li għaddiet hekk ukoll issa fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ftit ġimgħat oħra naħseb illi jkun mument opportun sabiex din id-darba l-elettorat jibgħat sinjal lill-Gvern Soċjalista preżenti li ma jistax jgħaddi romblu minn fuq kulħadd. Aktar minn hekk nemmen ukoll li hija opportunità sabiex issir ġustizzja politika mal-Partit Nazzjonalista li dejjem emmen li l-aħjar triq għal pajjiżna hija sħubija fl-Unjoni Ewropea, li dejjem ħadem sabiex Malta tkun suċċess fl-Unjoni Ewropea, u li għamel isem għal pajjiżna fil-fora fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Dan jikkuntrasta ferm mas- Soċjalisti li għamlu minn kollox biex iċaħħdu lil dan il-pajjiż minn dan id-dritt li nsiru parti minn familja waħda Ewropea. Jikkuntrasta ferm mal-għajta li aħna makku hekk kif sejħilna eks Prim Ministru Laburista u li llum huwa wieħed mill- Kandidati stilla tas-Soċjalisti. Naħseb li wasal il-mument li l-Partit Nazzjonalista li tant ħadem fil-Parlament Ewropew minkejja li kellu nofs in-numru ta' membri, ikollu rappreżentanza xierqa, rappreżentanza li tiggarantixxi aktar ġid għall- pajjiż, rappreżentanza li mhux xettika, rappreżentanza li għandha għal qalbha l-ġid ta' Malta u tal- Ewropa, għaliex għall-Partit Nazzjonalista, Malta hija l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea hija Malta. Bħalma dejjem kellhom viżjoni l-mexxejja Nazzjonalisti tal-passat, hekk issa wkoll, il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Simon Busuttil għandu viżjoni. Dik li dan il-pajjiż jerġa' jqum fuq saqajh u li jaċċerta ruħu li l-poplu jieħu verament dak li jixraqlu. L-ebda maġġoranza kbira kemm hi kbira m'għandha dritt issikket leħen is-sewwa, u l-Partit Nazzjonalista, bħalma dejjem għamel anke fl-agħar żminijiet ħa jkun hemm sabiex jaċċerta ruħu li dan ma jseħħx. Il-Partit Nazzjonalista kien, għadu u jibqa' l-Partit tal-Poplu! David Casa hu kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista. sabiex verament naspiraw li nagħmlu minn pajjiżna l-aqwa fl-Ewropa. Opportunitajiet għaż- Żgħażagħ Dan il-pajjiż għandu x-xorti li għandu gvern li jemmen fiż-żgħażagħ u Prim Ministru li jagħraf l-potenzjal li hemm fihom. U għalhekk din is- sena stess il-gvern daħħal għall-ewwel darba f 'pajjiżna l-garanzija żgħażagħ. L-ewwel parti bdiet tindirizza 350 żagħżugħ u żagħżugħa fejn wara li dawn jispiċċaw l-iskola jew mingħajr impjieg, ser jingħataw xogħol ta' kwalità, tisħiħ fl-edukazzjoni jew apprentistat. Però ma waqafniex hemm. Il-gvern ftit tal-jiem ilu saħħaħ din l-iskema fejn qiegħda tindirizza b'mod partikulari t-tisħiħ fl-edukazzjoni taż- żgħażagħ tagħna. Permezz ta' din l-estensjoni, 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa ser ikollom il-possibbiltà ta' klassijiet ta' reviżjoni għal dawk li ma jgħaddux mill-O Level jew iridu jtejbu l-grad li ġabu; klassijiet ta' reviżjoni għal studenti tal-MCAST li ma jgħaddux mill-eżamijiet; u aktar minn hekk din l-estensjoni ser tieħu ħsieb li dawk l-istudenti li ma għandhomx ħiliet u ser toffrilhom l-opportunità li jattendu klassijiet vokazzjonali fis-sajf sabiex anke huma jkunu jistgħu jirnexxu. Però dan il-gvern filwaqt li qiegħed jieħu ħsieb lil min jaqa' lura fl-edukazzjoni, qiegħed ukoll jinċentiva dawk li diġà kienu suċċess permezz ta' numru rekord ta' boroż ta' studju bħall-iskema Master It. Minn naħa tiegħi bħala żagħżugħ ukoll, kemm- il darba nkun elett fil- Parlament Ewropew, ser naħdem bla heda sabiex insaħħaħ l-oppotunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna. Nemmen li ż-żgħażagħ tagħna jixraqilhom mhux biss edukazzjoni u xogħol kwalunkwe, iżda xogħol u edukazzjoni tal-ogħla livell. U għalhekk, anke minn ġewwa l-fora Ewropej se nkun qiegħed nagħmel ħilti kollha sabiex nilħqu dan il- għan. Reġjonalità Ir-reġjonalità għal gżira Għawdxija hija ta' importanza kbira kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta. Preżentament Għawdex jassorbi 10% tal-fondi Ewropej allokati għal Malta. Kemm-il darba Għawdex ikun meqjus bħala reġjun, ikun jista' japplika u jieħu fondi għalih diretti mill-Unjoni Ewropea. Dan ikun ifisser li bħala pajjiż kollu, Malta u Għawdex, niggarantixxu li nakkwistaw aktar fondi lejn il-gżejjer tagħna. Dan ifisser ukoll aktar proġetti u aktar għajnuna għal Maltin u l-Għawdxin. Fejn il-gvern u l-MEPs Nazzjonalisti fallew, aħna tal-PL ser naħdmu bla heda sabiex fl-aħħar il-gżira Għawdxija tkun meqjusa bħala reġjun separat u distint minn dak ta' Malta. Però dan il-gvern ħadem ukoll sabiex Għawdex jitkattar ix-xogħol. Fl-ewwel ftit xhur ħriġna EOI għal cruise liner terminal u yacht marina għal gżira Għawdxija. Dan sabiex f 'dan il-qasam Għawdex jagħmel ukoll suċċess. Għamilna numru ta' inizjattivi oħra bħala Gozo Free Travel Weekend fejn inċentivajna turiżmu intern li żamm ħaj lil din il-gżira anke fix-xhur tax-xitwa. Pajjiżna qabad ir-rotta għas- suċċess. Pajjiżna mistenni wkoll ikollu t-tielet l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Dan huwa l-avvanz, l-progress u l-istabbiltà li jixraqlu dan il-pajjiż. Din hija wkoll l-enerġija pożittiva li rnexxilna ndaħħlu fit- tmexxija ta' Malta tagħna. Għalhekk nemmen ukoll li t-tim ta' kandidati tal-Partit Laburista jista' joffri l-aqwa viżjoni għal Malta tagħna - viżjoni ta' Malta l-aqwa fl-Ewropa. Clint Camilleri hu kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista. "Dan għandu jkun mument opportun biex l-elettorat jibgħat sinjal lill-Gvern li ma jistax jgħaddi romblu minn fuq kulħadd" "Ser naħdmu bla heda sabiex fl-aħħar il- gżira Għawdxija tkun meqjusa bħala reġjun separat" "L-irġulija u s-sens ta' dover politiku jitlob ferm iktar minn kliem sabiħ u li l-wegħdi tal- ilma jiżfen" "Permezz ta' din l-estensjoni, 2,000 żagħżugħ u żagħżugħa ser ikollom il-possibbiltà ta' klassijiet ta' reviżjoni"