Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
20 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 KULL elezzjoni ġġib għażla magħha. Għażla bejn partit u ieħor. Għażla mhux dwar il-passat, iżda dwar il-preżent u l-futur. Għażla mhux dwar il-gimmicks imma dwar is-sustanza. Elezzjoni ġġib magħha għażla bejn politiki u oħra. Għaxar snin ilu sseħibna fl-Unjoni Ewropea. Infetħu opportunitajiet differenti u f 'oqsma differenti, għal kulħadd. Illum it-tfal u ż-żgħżagħ li qegħdin fis-sekondarja u l-post sekondarja ftit li xejn jiftakru lil pajjiżna mhux fl- Unjoni Ewropea. U l-vantaġġi tas-sħubija jmissuhom b'idejhom... kuljum... mill- interactive whiteboards fil-klassijiet għal-laboratorji MATUL dawn l-aħħar ġimgħat rajna l-kampanja negattiva tal-Partit Nazzjonalista, anke permezz tal-MEPs tiegħu, iħeġġu lin- nies biex jipprotestaw kontra l-Gvern billi ma jivvutawx fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dawn huma manuvri ta' min ipoġġi interess partiġġjan qabel l-interess ta' pajjiżu. L-ewwel u qabel kollox jien Maltija li nemmen f 'pajjiżi u fil-Maltin u Għawdxin. Malta għalkemm huwa pajjiż żgħir, huwa teżor ta' kapital uman. Inħares lura u nirrealizza l-avvanzi li saru tul l-aħħar sena ta' Gvern Laburista, kemm fil-qasam soċjali iżda wkoll f 'settur għal qalbi, dak tal-industrija u l-ekonomija. Napprezza l-iżviluppi li saru biex aktar nisa joħorġu jaħdmu u jkollhom opportunità ta' karriera xierqa. Napprezza lil fl-ewwel sena tal-leġislatura l-Gvern Laburista għamel ħafna biex il-poplu jibqagħlu aktar flus fil-but, biex jgħix aħjar. Iva jiena kburija li jiena Maltija għal ċertu valuri li ROBERTA METSOLA Vuċi Waħda favur persuni b'diżabbiltà PN: Malta Aħjar Kburija li jien Maltija Vuċi waħda fil-Parlament Verament nixtieq li l-Parlament jitkellem b'vuċi waħda favur persuni b'diżabbiltà u b'vot unanimu jivvota favur il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni mwettqa fuq dawn il-persuni. Dan ikun messaġġ li l-poplu Malti u Għawdxi kiber fil- ħsieb tiegħu u sar poplu li jara l-abbiltajiet flok id- diżabbiltà. Din mhix kwistjoni li għandha jkollha kulur politiku. Nemmen li ż-żewġ partiti politiċi għandhom għal qalbhom il-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà u l-familja tagħhom. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista fil- gvern għamel ħidma twila f 'dan il-qasam jidher li hemm volontà anke minn Gvern Laburista sabiex ikompli l-ħidma f 'dan il-qasam. Vuċi waħda fil-Parlament twassal messaġġ qawwi anke lil persuni b'diżabbiltà u l-familji tagħhom. Dan mhux biss għaliex tassiguralhom id-dritt li jsejħu lill-gvern quddiem qorti sabiex jirrispondi għal xi għemil li jkun poġġa lill-persuni b'diżabbiltà fi żvantaġġ, iżda jagħtihom ukoll dik l-għodda li għandhom bżonn sabiex ikollhom fuq xiex iressqu l-argument tagħhom. Bl-introduzzjoni ta' projbizzjoni ta' diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabbiltà fil- Kostituzzjoni tat lil persuni b'diżabbiltà u l-familja tagħhom rikonoxximent formali u pedament fuq xiex jistgħu bi dritt jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà. L-Emenda Proposta Il-proposta li ressaq quddiem il-Parlament, Dr Stephen Spiteri bħala kelliem tal-Oppożizzjoni dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà, hija waħda sempliċi fil-forma tagħha iżda kbira fit-tifsira tagħha. Dan għaliex filwaqt li se tiġi inkluża biss kelma waħda f 'żewġ artikli tal- Kostituzzjoni, l-inklużjoni ta' din il-kelma tfisser LE għal diskriminazzjoni fuq persuni b'diżabbiltà. L-emenda se tassigura li persuni b'diżabbiltà mhux biss ikollhom aċċess effettiv sabiex igawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom iżda se jkollhom protezzjoni kontra l-Istat stess. Fejn il- gvern iwettaq liġi, politika, miżura jew deċiżjoni li titratta b'mod differenti lil persuna b'diżabbiltà minħabba d-diżabbiltà li tesperjenza dik il-persuna u mingħajr raġuni valida, allura dik il-vittma tista' titlob il-protezzjoni tal-qorti. Il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni mhiex qiegħda tiġi limitata għal xi tip wieħed ta' diżabbiltà. Anzi kull tip ta' diżabbiltà qiegħda tiġi indirizzata u għalhekk kull diskriminazzjoni fuq persuna b'diżabbiltà fiżika, intellettwali, sensorja jew mentali hija projbita. Id- diżabbiltà trid tkun għal żmien twil u tali li tillimita lil persuna milli tipparteċipa b'mod sħiħ u effettiv fis- soċjetà b'mod ugwali daqs l-oħrajn u milli teżerċita d-drittijiet fundamentali tagħha b'mod ugwali. L-istess Drittijiet L-emenda b'ebda mod ma tagħti x'tifhem li persuni b'diżabbiltà huma differenti u allura għandhom drittijiet differenti. Anzi tagħmel il- kuntrarju. Għaliex persuni b'diżabbiltà jgawdu l-istess drittijiet fundamentali bħal dawk mingħajr diżabbiltà hemm bżonn li s-soċjetà tneħħilhom l-ostakli li bniet fil-konfront tagħhom. Taħt il-Kostituzzjoni kull persuna għandha d-dritt għal proċess ġust, għal ħajja, għall-espressjoni, għar-reliġjon u għal proprjetà. Il-Kostituzzjoni ma tgħidx li dawn huma drittijiet għal persuni li ma għandhomx diżabbiltà biss. Però l-Kostituzzjoni tgħid li fit-tgawdija ta' dawn id-drittijiet xi gruppi ta' persuni ma għandhomx jiġu ddiskriminati. U meta ssemmi dawn il- gruppi li huma identifikati b'karatteristika tonqos milli tinkludi d-diżabbiltà. Taħt il-Kostituzzjoni xi gruppi ta' persuni identifikati b'karatteristika, bħal dik ta' reliġjon, razza, sess, orjentazzjoni sesswali ma jistgħux jiġu diskriminati mill-gvern bit-tħaddim ta' xi liġi, miżura jew deċiżjoni. Però l-Kostituzzjoni hawnhekk ma tidentifikax diżabbiltà u għalhekk ma tagħtix lil persuni b'diżabbiltà protezzjoni minn diskriminazzjoni. Dan għandu jitbiddel u l-Kostituzzjoni għandha tirrikonoxxi li jekk persuna tiġi diskriminata minħabba d-diżabbiltà li hija tesperjenza dan huwa ħażin u mhux aċċettat fis-soċjetà tagħna. Għalhekk hemm bżonn ta' din l-emenda. Kull persuna tiswa Soċjetà Ewropea ġusta hija dik inklussiva u l-inklussività tippermetti lil kull individwu membru ta' dik is-soċjetà jipparteċipa u jikkontribwixxi fiha b'mod sħiħ. Il-kontribuzzjoni ta' kull persuna bil-mod li jista' u skont l-abbiltajiet tagħha mhumiex biss ta' ġid għal persuna individwali iżda għas-soċjetà sħiħa. Malta diġà tqegħdet fost l-aħjar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' persuni b'diżabbiltà. B'liġijiet u politika li thejjiet sa mis- sena 2000 u anke b'servizzi ta' kura u respite, persuni b'diżabbiltà ġew mogħtija l-poter li jgħixu fis-soċjetà u jikkontribwixxu għaliha. Mhux il-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea laħqu l-livell tagħna fil-qasam regolatorju u l-provista ta' servizzi f 'dan is-settur. Però jien irrid li nkompli nassiguraw li Malta tibqa' fost l-aħjar f 'dan il-qasam. Therese Comodini Cachia hija kandidata għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista. THERESE COMODINI CACHIA "Malta diġà tqegħdet fost l-aħjar pajjiżi fl- Unjoni Ewropea fir- rigward ta' persuni b'diżabbiltà"