Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

22 illum | Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 F i ftit anqas minn sena ilu, meta saret l-aħħar elezzjoni ġraw żewġ affarijiet li ħadd ma antiċipa li se jiġru daqshekk malajr. Il- partit fil-Gvern ma damx ma sab saqajh kontra kull tbassir u problemi li sab. Il-partit Nazzjonalista ma damx biex isib Kap, anke hawn kontra kull tbassir li kien sar. Dan kollu tajjeb għall-partiti u tajjeb għall-pajjiż. Iżda ħadd ma jista ma jinnotax id-differenza li teżisti bejn il-Prim Minsitru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Mingħjar ma noqgħod nagħmel il- paraguni ngħid biss li bħalissa fil-kamp tal-Oppożizzjoni hemm sensazzjoni qawwija jekk l-għażla tal-Kap kinitx waħda tajba. Wara aktar minn sena ta' gaffes politiċi minn Simon Busuttil, qiegħda tqum il-mistoqsija jekk dan jawgurax tajjeb għall-pajjiż u għall-Partit fl-Oppożizzjoni. Internament Simon Busuttil qiegħed ikollu jiffaċċja kritika interna li mhux qiegħed ikun iebes u konvinċenti. Qiegħed ikun ikkritikat li kull meta jitkellem kellu dik ix-xi ħaġa nieqsa li kellhom il-predeċessuri tiegħu. Hemm xi ħaġa f 'diskorsu li meta jitkellem min ikun qiegħed jisimgħu ma jkunx konvint li Dikjarazzjonijiet MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "IXSHOW hi waħda stupida u jien ma narahiex. Dan spettaklu dwar nies disfunzjonali f 'ċirklu uman. Jekk ikunu żgħażagħ tant l-aħjar, għax dawk imġienen." Dan hu l-mod kif jiddeskrivi l-programm tiegħu Jerry Springer, ir- Re tat-televiżjoni ċinika manipulattiva, li dan l-aħħar kien intervistat minn Steven Sackur f 'Hard Talk (BBC News). Springer ilu mill-1991 jospita nies lesti biex jagħmlu kummiedja bihom infushom, jaqbdu u jinsulentaw lil xulxin b'nies tas-sigurtà jferrquhom. Bosta drabi x-show hi ppreparata u mhejjija minn qabel f 'kamra apposta. Jerry Springer hu mdeffes ukoll fil-politika Amerikana, u jiddeskrivi lilu nnifsu bħala liberali u progressiv li jappoġġja lil Barack Obama. Nannietu kienu mietu f 'kamp tal-konċentrament u jemmen li ultimament, fid-dinja għad jirbaħ il-liberaliżmu. Dwar il-politika, jgħid li għalih, din hi reliġjon u għalhekk ma riedx jużaha biex jagħmel il- flus minnha. Minflok għażel li jkun entertainer biex jaqla' x'jiekol. Imma ma jaħsibx li meta jkeskes in-nies kontra xulxin fl-istudjow ikun qed iwaqqagħlhom id-dinjità, jew meta jinkoraġġihom jikxfu l-borom ta' xulxin? Le. Springer ma jara xejn skandaluż jew manipulattiv f 'dan: Elfejn u ħames mitt sena ilu kien isir l-istess fil-pjazez tal- Greċja Klassika, u mbagħad ta' Ruma Imperjali. In-nies kienet tedha tikxef l-għawar, b'ħafna seksik. Id-differenza ta' żmienna hi li għandna t-televiżjoni u mezzi oħra tekonloġiċi biex dawk ix- xeni u dak is-seksik iduru globalment. Ġieli ġara li f 'Malta kien hemm it-tentazzjoni li l-programm Xarabank sata' jitqabbel ma' show ta' Jerry Springer. Anki jien ġieli ħsibt hekk. Imma minkejja l-populiżmu tiegħu, il-programm ta' Peppi Azzopardi immatura maż- żmien, naqqas sew id-dożi sensazzjonalisti u daħal għall-ġurnaliżmu ta' ċertu piż nazzjonali. Matul il-programm tiegħu mill-1991 'l hawn, Springer stieden b'kollox mal-44,000 persuna għall-kummiedja umana. Iżda qatt ma ntriga b'politiċi u isqfijiet. Xarabank ma beżax mill-isfida. B'dan kollu, bħalma jinsisti Jerry Springer, Azzopardi jgħid li jrid jagħti vuċi lil dawk li m'għandhomx. TRADUZZJONIJIET TA' DOKUMENTI SKONT L-UE: ĊAJTA OĦRA MALTIJA Fuq l-istazzjon nazzjonali (TVM) deher espert minn kumpanija lokali tal-assigurazzjoni. Insista li meta jinxtraw il-poloz tal-assigurazzjoni, il- konsumaturi għandhom jaqraw sew il-materjal relatat mal-kundizzjonijiet. Qal li l-Unjoni Ewropea insistiet li dan il-materjal ikun miktub b'mod sempliċi, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmuh. Imbagħad ir-rappreżentant stqarr li dan il-materjal ikun bl-Ingliż biss, għax bil- Malti ma jeżistix, minħabba d-diffikultà lingwistika fit-traduzzjoni. Għalhekk, il- materjal, sfortunatament, irid bilfors jinqara bl-Ingliż, anki meta hu tekniku. Tistagħġeb bi stqarrijiet bħal dawn li jaslu, minn żmien għall-ieħor, b'kumbinazzjoni, mill-mezzi tax-xandir lokali. Jekk materjal bil-Malti għal sempliċi polza tal- assigurazzjoni ma jeżistix, mela x'inhi tagħmel fi Brussell u / jew Lussemburgu dik l-armata ta' tradutturi, b'salarji u bonusijiet qawwijin, li suppost qed taqleb id-dokumenti fi lsienna? Tgħid qed jittieħdu minn ħalq il-poplu miljuni ta' Ewro għar-riħ bla xita? Din tidher ċajta tipika oħra Maltija. IL-LIBJA BLA KONTROLL TA' XEJN Ironika. L-ewwel il-Libja insistiet man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Istati Uniti, man- NATO u mad-dinja biex jeħilsuha minn Gaddafi. U l-alleanza daħlet u għamlet ħerba sħiħa u instigat biex jinqatel il-Kurunell. Issa l-Libja, f 'abbiss liema bħalu, qed titlob lin- Nazzjonijiet Uniti u lid-dinja biex teħlisha mill-bombi u l-vjolenza tat-terroristi. Gaddafi kien insista li fil-Libja, qabel ma nqatel, infitrat l-Al Qaeda, imma l-Alleati tal-Punent ma kinux jaqblilhom jemmnuh. Illum il-Libja trid tagħmel il- kontijiet magħha nfisha, ma' kif se tikkontrolla l-gruppi ta' milizzji armati li ma jridu xejn ħlief jaħtfu l-petrodollari u l-poter. Gaddafi aktar minn kull ħaġa oħra, kien buffu fuq il-palk internazzjonali. Imma meta nqatel, il-Libja nbidlet f 'infern ta' biża' u l-palk ħa n-nar. TVPM U CORAZON Hemm ħafna x'jingħad favur il-programm li l-kantanta Corazon Mizzi tippreżenta fuq TVM. Insa l-parentesi pubbliċitarja, li ddgħajjef il-programm u twaqqaflu r-ritmu naturali tiegħu, imma TVPM, bi preżentazzjoni kariżmatika, jaf jaqbad argument serji u jesponihom b'dinjità. Fi programm riċenti kien diskuss kif il-mezzi tax-xandir qed joħolqu spekulazzjonijiet li jesponu lit-tfal u ż-żgħazagħ għal ħafna kontradizzjonijiet. "L-esperti" fl-istudjow ma qablux jekk għandux jintwera kollox. Kien hemm min inħass irid jipproteġi s-sensibbilità tat-tfal u kien hemm min sostna li l-libertà tal-mezzi tax-xandir għandha tkun suprema. Tqanqlet ukoll il-kwistjoni dwar kif il-mezzi tax-xandir qed jisforzaw lill-poplu jiġġudika skont l-għidut tat-triq, b'mod li ma tibqax tagħraf l-għidut mill- verità. TVPM dan l-aħħar introduċa (kull ħmistax) monologi miktubin u interpretati minn Mario Micallef li mbagħad jiġu diskussi minn panel fl- istudjow. IĊ-ĊIRKLU UMAN TA' JERRY SPRINGER K ienet ġimgħa interessanti, u mhux Malta biss. Fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, nhar il-Ħamis li għadda ġie arrestat l-eks Ministru tal-Intern Claudio Scajola. Scajola hu politiku kapaċissimu imma li spiss spiċċa f 'nofs kontroversji. Huwa eks demokristjan u kien eks koordinatur ta' Forza Italia fl-elezzjoni tal- 2001 li fiha kien ġab riżultat straordinarju. Ġie arrestat fuq suspett li għen fil-ħarba ta' eks deputat ieħor li ntbagħat ħames snin ħabs minħabba appoġġ estern f 'assoċjazzjoni mafjuża. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il-bniedem li kien minn ta' quddiem biex iħajjar lil Silvio Berlusconi jidħol fix-xena politika, Marcello Dell'Utri, ġie kkundannat definittivament għal seba' snin ħabs, ukoll minħabba appoġġ estern f 'assoċjazzjoni mafjuża. Dell'Utri, eks senatur ta' Forza Italia, instab ħati li għal snin twal kien il-medjatur bejn Berlusconi u l-Mafja li permezz tiegħu Berlusconi kien jgħaddi flus lill-Mafja sabiex iħallu lilu, lill-familja tiegħu u n-negozju tiegħu bil-kwiet. Kien Dell'Utri li ngaġġa mafjuż żagħżugħ li wara sar boss prominenti, Vittorio Mangano sabiex fid-deher jieħu ħsieb l-istalel ta' Berlusconi fil-villa tiegħu f 'Arcore. Madankollu, l-iskop reali ta' din il-mossa kien appuntu sabiex ħadd ma jmiss lil Berlusconi, il-familja u l-interessi tiegħu. Dell'Utri bħalissa jinsab arrestat Beirut fejn ħarab xi xhur ilu u tiegħu qed tintalab l-estradizzjoni lejn l-Italja. Nhar il-Ġimgħa wkoll l-istess Berlusconi beda jservi s-sentenza ta' erba' snin ħabs minħabba frodi fiskali. Berlusconi skampah il-ħabs minħabba amnestija u liġi li kien għadda l-gvern tiegħu stess u minflok irid iqatta' ftit sigħat fil-ġimgħa għal xi għaxar xhur f 'dar ta' anzjani b'diżabbiltà ħdejn Milan. Madankollu, minħabba din is-sentenza, spiċċa tkeċċa mis- Senat. Imma hu interessanti li issa tliet fundaturi ta' Forza Italia, Berlusconi, Dell'Utri u l-eks avukat ta' Berlusconi, Cesare Previti ngħataw sentenzi ta' ħabs. Għandu tassew biex ikun kburi l-Partit Populari Ewropew li tiegħu Forza Italia jifforma parti. L-(Im)moralità Politika TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014