Illum previous editions

illum 11 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 11 ta' Mejju 2014 | illum 23 Dikjarazzjonijiet qiegħed jisma' l-verità anke meta jkun qiegħed jgħidha. Lanqas ma hu l-każ li wieħed jgħid li biż-żmien jiġi jew jidra. Qabel xejn dik ix-xi ħaġa jew tkun fik jew ma tkunx. Aktar minn hekk, trid tkun konvint minn dak li tkun qed tgħid. Anke Simon qiegħed jirrealizza dan. Tant huwa minnu li dan l-aħħar kien kostrett jiddikjara li ma għandux jitqies bħala dgħajjef għaliex skont hu għandu stil kalm. Prova jiġġustifika li dan ġej mill-fatt li hu dera fil- klima tal-Parlament Ewropew. Anke Joseph Muscat kien fil-Parlament Ewropew u mingħajr ma noqgħod nidħol fil-paraguni hemm baħar jaqsam bejn it-tnejn. Bid- dikjarazzjoni li għamel mhux ser iberred lil min qiegħed jikkritikah internament, pjuttost ħoloq l-effett kuntrarju. Simon ma jistax jibqa' għaddej bl-iskuża li kien fil-Parlament Ewropew biex jiġġustifika għemilu. Jekk kien jaf li ser ikollu din id-defiċjenza, messu ħalla postu għal ħadd ieħor jew ma kkontesta xejn għal din il-kariga. Irridu ngħidu wkoll li ma tantx għandu għajnuna minn ta' madwaru. B'nies bħal Beppe Fenech Adami u oħrajn li kien għalihom għadhom fi sħubija mal-mitra u l-baklu, mhux faċli għal Simon jimxi maż-żminijiet. Għalhekk minn żmien għal żmien, biex ipatti għall- attitudni dgħajfa ta' tmexxija, jipprova jintgħoġob ma' dawk il-partitarji tal-bandiera, billi jaqbad ma' ħwejjeġ li huma frivoli. Waħda minn dawn il-kruċjati "kbar", kienet dik li ammont ta' Deputati Parlamentari Laburista ma daħlux id-dikjarzzjoni tagħhom ta' x'jaqilgħu fil- ħin skont il-kodiċi tal-etika. Dikjarazzjoni li sas-sena l-oħra lanqas id-Deputati Nazzjonalisti kollha ma daħluha fil-ħin. Anzi kien hemm min minnhom li ma kien daħħalha qatt. Kif kemm-il darba spjegaw speaker wara speaker, din id-dikjarazzjoni dejjem daħlet mhux bilfors f 'data preċiża, iżda tal-inqas minn naħa tad-Deputati Laburisti dejjem daħlet. Apparti minn dan, il-Ministri u Segretarji Parlamentari Laburisti kollha daħlu d-dikjarzzjoni fil- ħin skont il-kodiċi tal-etika għall-Ministri! Jidher li din id-darba dawk tal-Partit Nazzjonalista kollha daħluha fil-ħin, l-ewwel darba li qatt saret, u oħroġ il-għaġeb "kumbinazzjoni" ċirku ta' mezzi tax-xandir kollha ntebhu b'dak li qiegħed jiġri! Iżda sal-lum hemm dikjarazzjonijiet li ħadd għadu qatt ma staqsa dwarhom. Pereżempju ċertu mezzi tax-xandir ma jimxux l-istess ma' kulħadd. Meta l-Partit Laburista jippubblika l-kotba tal-finanzi tiegħu xorta jibqgħu ġejjin il-mistoqsijiet. Meta l-Partit Nazjonalista l-anqas kellu biex iħallas lill-impjegati tiegħu, ħadd ma qagħad jagħmel pressjoni biex jara x'ġara mill-finanzi tal-Partit Nazzjonalista. Sal- lum il-Partit Nazzjonalista għadu qatt ma ddikjara l-istat gravi tad-djun kbar li għandu u jagħti spjegazzjoni ta' x'ġara minn dawk il-miljuni ta' flus li ntefqu li waslu lil dan il-Partit jagħmel attivitajiet li kien jagħmilhom il-Partit Laburista fis-sittinijiet biex forsi jsalva. Illum nifhem għaliex Amminstrazzjoni Nazzjonalista dejjem tawlet u skartat li tagħmel il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Il-mexxejja tiegħu qatt ma riedu jagħmlu dikjarazzjoni għaliex ma jridu juru lill- partitarji tagħhom f 'liema stat miżeru ġabu lil dan il-Partit. Qatt ma għamlu xi dikjarazzjoni dwar il-mijiet ta' eluf ta' donazzjonijiet li rċevew mingħand l-iprem kuntratturi li kienu jieħdu l-iprem kuntratti pubbliċi. Dan ammettewh mingħajr ma qalu kemm! Iżda dawk l-istess nies li taw lilhom infushom żieda ta' mijiet ta' ewro minn wara dahar il-poplu, qatt ma ammetttew li dak li kienu ħadu ma kienx iddikjarawh pubblikament għaliex beżgħu minn nies. Qatt ma ddikjaraw li dak li ħadu ma kinux intitolati għalih, tant li kellhom irodduh lura. Nafu x'kelma nużaw is-soltu għal dawk li jroddu lura dak li ma kienx tagħhom! Sal-lum għadhom ma ddikjarawx b'mod ċar jekk raddewx kollox lura u kemm raddew! Simon għandu problema kbira... mhux biss huwa dgħajjef iżda mdawwar b'nies li ma huma xejn kredibbli! Dan ma kienx kollox: nhar il-Ġimgħa ġew arrestati wkoll bosta persuni akkużati b'tixħim f 'kuntratti t'appalt tal-Expo 2015. Dawn l-individwi kienu wkoll imdaħħlin għoxrin sena ilu fl-iskandlu kolossali ta' Mani Pulite: politiċi prominenti eks demokristjani li wara daħlu f 'Forza Italia kif ukoll Primo Greganti, il-famuż Compagno G, li kien funzjonarju komunista li ma kixifx is- sigrieti tal-Partit Kommunista minkejja li qatta' tliet snin il- ħabs. Kif qal xi ħadd, xoljew il- partiti u nbidlulhom l-ismijiet, imma l-pjaga tal-korruzzjoni baqgħet. U niftehmu sew, din mhix xi pjaga esklussivament Taljana. Ix-xahar l-ieħor is-segretarja tal-kultura tar-Renju Unit, Maria Miller kellha tirriżenja għaliex instab li kienet talbet rimbors eċċessiv tal-ispejjeż tagħha. Maria Miller hija xortiha tajba li ma tispiċċax il-ħabs bħal seba' politiċi Brittaniċi li wara l-2009 nstabu ħatja li talbu rimborsi eċċessivi għall-ispejjeż tagħhom. Dawn il-parlamentari ġew ikkundannati minn sitta sa sittax-il xahar ħabs. Mal- ġustizzja Ingliża ma tiċċajtax kif skopra Chris Huhne li kellu jirriżenja minn deputat u ministru fl-2012 wara li l-eks mara tiegħu ammettiet li kienet qed issuq karozza b'veloċità eċċessiva li fil-fatt kienet misjuqa minn Huhne. Huhne, li kien ikkontesta darbtejn għat-tmexxija tal- LiberalDemokratiċi u kien kważi rebaħ lil Nick Clegg, irvina karriera brillanti u spiċċa, flimkien mal-eks mara, ikkundannat tmien xhur ħabs. Anke l-Ġermanja m'hijiex sajma mill-iskandli politiċi. Il-President Christian Wulff kellu jirriżenja fi Frar 2012 fuq akkużi ta' korruzzjoni. Sentejn wara, Wullf instab mhux ħati imma intant tilef il-presidenza, karriera politika u anke l-mara. Żewġ ministri Ġermaniżi, wieħed tad-difiża u l-oħra tal-edukazzjoni kellhom jirriżenjaw minħabba plaġju fit-teżijiet universitarji tagħhom. Wieħed minnhom, il-Baruni zu Guttenberg ġie mlaqqam il-Baruni zu Googleberg! It-tnejn kienu ferm qrib ta' Merkel u Guttenberg, eks Ministru tad-Difiża, kien meqjus bħala suċċessur possibbli. Fi Frar li għadda, il-Ministru Kristjan Soċjali tal-Agrikolutura wkoll irriżenja wara li sar magħruf li bħala ministru tal-intern fil-gvern preċedenti kien informa lill-president tas- soċjaldemokratiċi li wieħed mill-parlamentari tagħhom kien qed jiġi investigat minħabba paedopornografija. Hans-Peter Friedrich stqarr li huwa dan għamlu sabiex dan il-parlamentari ma jiġix ikkunsidrat għall-pożizzjoni ministerjali peress li kienu għaddejin taħdidiet sabiex il-Ġermanja tkun immexxija minn koalizzjoni. Imma spiċċa kielha xorta. F'dawn il-każijiet kollha, min ġie akkużat b'nuqqas, anke relattivament venjali, assuma r-responsabbiltà politika u rriżenja u dan anke meta ma kien hemm l-ebda sentenza ta' qorti. L-eċċezzjoni hija ta' Silvio Berlusconi li minkejja li issa nstab definittivament ħati u kkundannat il-ħabs u minkejja li qed jaffaċja akkużi oħra ferm serji, għadu jgħajjat li s-sentenza tiegħu hija inġusta u motivata politikament. Din il-ġimgħa hawn Malta kellna imitatur ta' Berlusconi li wara li nstab ħati ta' akkużi ferm serji motivati minn sens akut ta' vendikazzjoni fil-konfront tal-eks maħbub tiegħu ħareġ jgħajjat li huwa ġie persegwitat politikament. Anke jekk dan huwa huwa l-każ minkejja li l-Pulizija mexxiet fuq il-kwerela tal- vittma, Cyrus Engerer messu kellu l-umiltà li jirrikonoxxi li huwa nstab ħati u japoloġizza mal-elettorat li kien ifittex li jaħtru membru Parlamentari Ewropew. Minn dan m'għamel xejn anzi baqa' jdoqq diska tal- persekuzzjoni politika. Diska li inkredibbilment daqqha wkoll il-Prim Ministru f 'attività politika nhar il-Ġimgħa li fiha Engerer ġie bbeatifikat. Ma kienx biżżejjed li l-Partit Laburista ma messu qatt ħalla lil Engerer jikkontesta meta kien qed jaffaċja akkużi daqshekk serji għax wara kollox Claudette Abela Baldacchino presubilment ma kkontestatx minħabba l-akkużi li qed taffaċċja. Imma minflok ma warrab lil Engerer wara l-kundanna definittiva, iċċelebrah bħala vittma ta' persekuzzjoni politika minkejja li l-kundanna oriġinat minn kwistjoni essenzjalment privata u li tinvolvi individwu minn familja Laburista b'ruħha u ġisimha. Jekk verament kien hemm persekuzzjoni politika, wieħed kien jistenna li Engerer jieħu l-passi meħtieġa sabiex jipproteġi l-pożizzjoni tiegħu. Ħaġa li mid-dehra s'issa m'għamilx forsi għax kien ultra-kunfidenti li l-qorti tal-appell sejra tikkonferma s-sentenza tal-ewwel qorti. U jekk il-Prim Ministru jaqbel ma' din it-teżi u jemmen li twettqet inġustizzja ma' Engerer, huwa obbligat moralment li jipproponi proklama ta' maħfra għal Engerer. Sar ukoll ħafna diskors, anke f 'xi ġurnali simpatetiċi miegħu, li Engerer rtira l-kandidatura tiegħu minkejja li ma kienx obbligat li jagħmel hekk. X'att erojku dan! Xi ftit xhur ilu l-liġi dwar l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew inbidlet biex tneħħiet l-iskwalifika ta' kandidati li jkollhom sentenza sospiża ta' aktar minn sena ħabs. Madankollu, il-Kodiċi Kriminali jagħmilha ċara li sentenza sospiża ta' ħabs hija wkoll sentenza ta' piena u għaldaqstant, jekk il-liġi tipprojbixxi min weħel aktar minn sena ħabs milli jikkontesta, tali projbizzjoni għandha tapplika wkoll għal min ikollu s-sentenza ta' ħabs sospiża. L-istampa messha staqsiet għala nbidlet il-liġi bil-mod kif inbidlet u jekk hux sew li min ikollu sentenza ta' ħabs sospiża għal aktar minn sena jikkontesta għall-elezzjoni. Diġà għandna l-eżempju ta' Norman Lowell li tħalla jikkontesta minkejja li ġie kkundannat ħmistax-il xahar ħabs sospiża għal tliet snin. Meta wieħed jiftakar li l-parlamentari huma n-nies li jgħaddu l-liġijiet u huma mistennija li jagħtu eżempju, wieħed jistaqsi huwiex sew li min ġie kkundannat il- ħabs, anke jekk tali sentenza ġiet sospiża, jitħalliex jikkontesta fl-elezzjonijiet. Altru li le u fid-dawl ta' dawn l-avvenimenti, huwa ferm evidenti li din il-bidla fil-liġi hija żbaljata u għandha tiġi riversjata. Dawn l-iżviluppi xejn sbieħ jistgħu biż-żmien jimminaw il-fiduċja tal-elettorat fis- sistema politika tagħna bħalma qed jiġri f 'pajjiżi oħra. Fenomenu xejn sabiħ li jagħti lok għall-proċess perikoluż ta' żbandament fis-soċjetà. Għalhekk, il-politiċi tagħna jagħmlu sew li joqogħdu attenti kif jimxu fi kwistjonijiet etiċi għax dak li jiżirgħu llum, forsi għal gwadann politiku limitat, jistgħu jaħsduh għada b'konsegwenzi xejn sbieħ Twitter - @ellisjoseph L-(Im)moralità Politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 11 may 2014