Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
0.90 18 ta' Mejju 2014 • Nr 396 NEWSPAPER POST Tel: 2122 3999 Meta ntefqu €2 miljun għall-backbenchers tal-PN NOFS id-deputati tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li fil-leġislatura ta' bejn l-2008 u l-2013 ma kinux membri tal- Kabinett, tħallsu bejniethom maż-€2 miljun fuq il-medda ta' dawn il-ħames snin. Fl-aħħar leġislatura, tmien backbenchers Nazzjonalisti kienu nħatru bħala Assistenti Parlamentari wara li kien beda jidher ċar li kien hemm skuntentizza bit-tmexxija ta' Lawrence Gonzi. Kull wieħed mill-Assistenti Parlamentari ngħata b'kollox €127,000. It-tmien backbenchers Nazzjonalisti li kienu nħatru bħala Assistenti Parlamentari kienu Beppe Fenech Adami, illum Viċi Kap tal-PN, David Agius, Robert Arrigo, Stephen Spiteri, Franco Debono, Frederick Azzopardi, Philip Mifsud u Charlo Bonnici. Bejniethom dawn ħadu €1 miljun fuq medda ta' 5 snin. Tmien backbenchers oħra kienu nħatru bħala ċermen jew ta' xi Kumitat Parlamentari jew ta' xi awtorità pubblika. Minn dawn il-backbenchers jispikkaw Francis Zammit Dimech, li llum huwa kandidat għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Edwin Vassallo u Ċensu Galea. Bejn l-2008 u l-2012, Zammit Dimech kien l-ewwel ċermen tal-Kumitat li jistudja l-abbozzi tal-liġijiet, fejn ingħata €43,000 waqt li iktar tard inħatar ċermen tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej minn fejn ingħata €76,000 oħra. B'kollox jiġifieri Zammit Dimech tħallas €120,000 fl-aħħar leġislatura. Edwin Vassallo minn naħa tiegħu kien ċermen tal-kumitat għall-Affarijiet Soċjali għal ħames snin sħaħ, minn fejn ingħata €110,000. Minn naħa l-oħra Ċensu Galea bejn l-2008 u l-2012, kien qed jieħu mingħand il-gvern salarju bħala membru parlamentari, salarji bħala deputat speaker u salarju bħala ċermen tal-kunsill tal-industrija tal-bini. Bħala membru parlamentari Galea tħallas €35,500. Bħala Deputat Speaker tħallas €76,800. Bħala ċerman tal-kunsill tal-industrija tal-bini tħallas €76,000 oħra. Biex b'kollox f 'ħames snin dan il-backbencher Nazzjonalista tħallas €188,300. B. Fenech Adami F. Zammit Dimech Edwin Vassallo Censu Galea Frans Agius J.P. Farrugia Joe Falzon Jesmond Mugliett J. Pullicino Orlando David Agius Robert Arrigo Stephen Spiteri Franco Debono F. Azzopardi Philip Mifsud Charlò Bonnici "Prim Ministru li jinqabad f 'gidba jkollu jirriżenja" – Busuttil Il-Knisja tiżvela l-istħarriġ 62% qalu li għadhom jitolbu flimkien mal-familja Il-PL b'7% minn fuq Stħarriġ li sar dil-ġimgħa juri li l-partit Laburista għandu vantaġġ ta' 7%. L-istħarriġ hu ppubblikat fil- gazzetta MaltaToday Ara paġna 2 Ara paġna 9 R. Cachia Caruana Ara paġna 7