Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 43

2 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt Espert tas-sistema elettorali Maltija jemmen li l-kandidati li qegħdin l-ewwel fil-lista taż-żewġ partiti ewlenin se jibdew minn vantaġġ li jvarja bejn 3 elef u 4 elef vot. Hermann Schiavone, li kiseb id-dottorat tiegħu bi studju dwar is-sistema elettorali ta' Malta, qal li dan il-vantaġġ hu minħabba dak li jissejjaħ bħala donkey voting, il-prattika li numru ta' nies jimmarkaw il- preferenza tagħhom fuq il-vot minn fuq għal isfel. Għaldaqstant, kandidati b'kunjomijiet li jibdew bl- ewwel ittri tal-alfabett ikunu vvantaġġjati fuq l-oħrajn. Fil-każ tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, in-Negozjant Ray Bugeja u l-Perit Lino Bianco huma l-ewwel kandidati li wieħed isib fil-listi tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista rispettivament. Skont Schiavone, il- vantaġġ għal kull kandidat ikun ta' madwar 250 vot f 'kull distrett, u tapplika għal listi taż-żewġ partiti politiċi ewlenin. "Mill-istudji li għamilt jirriżulta li l-elettorat jimmarka b'mod metikoluż l-ewwel tliet preferenzi tiegħu, imma mbagħad ikompli jimmarka mingħajr wisq ħsieb, ħafna mid-drabi minn fuq għal isfel. "F'dan il-kuntest hu żball miż-żewġ partiti ewlenin li ppreżentaw lista twila ta' kandidati għal sitt siġġijiet biss. Iktar mal-lista tkun twila, aktar in-nies se jivvutaw minn fuq għal isfel," qal Schiavone. Hu jżid jgħid li raġuni oħra għalfejn numru sostanzjali jivvutaw b'dan il-mod hu minħabba l-fatt li din hija meqjusa bħala elezzjoni sekondarja. "Se jkun hemm ħafna li jmorru jivvutaw għal partit imma ma jkollhomx xi kandidat partikolari preferut." Iżda kollox jidher li d-donkey voting se jkollu rwol importanti fil-wirt tal-voti, possibilment aktar mill- għadd tal-ewwel preferenzi. Fuq kollox, din is-sistema kienet diġà kruċjali fil-passat biex iddeterminat min jitla' Brussell u min le. "Dak li ġara fl-2009 ma kienx eċċezzjoni meta Attard Montalto ġie elett flok Marlene Mizzi u Joseph Cuschieri. L-alfabett jinfluwenza kull elezzjoni u ma neskludix li jerġa' jkollu sehem fl-elezzjoni li ġejja," iwissi Schiavone. SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 26˚Ċ L-INQAS 14˚Ċ TEMP: Imsaħħab u b'xi ftit xita għall-ewwel, li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Lvant għax-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 u anke forza 6 kultant, li jsir mil-Lvant għall-Grigal BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir moderat għal qawwi lokalment qawwi Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 27˚Ċ L-INQAS 16˚Ċ TEMP: Imsaħħab u bix-xita kultant li jsir ftit imsaħħab filgħaxija VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Grigal għal-Lvant forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għall-ewwel, li jsir lokalment forza 4 għal 5 BAĦAR: Qawwi li jsir moderat għal qawwi billejl SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 12 39 60 50 4 31 68 18 Il-vantaġġ li tkun fuq nett tal-lista "Żewġ kandidati se jibdew b'vantaġġ ta' 4,000 vot" Ray Bugeja u Lino Bianco jibdew b'vantaġġ ta' 4,000 vot €6,000 għat-telefon u l-mobile Tkompli minn paġna 1 KIEN hemm ukoll il- backbenchers Jean Pierre Farrugia, Frans Agius, Jesmond Mugliett u Jeffrey Pullicino Orlando li bejniethom bejn l-2008 u l-2013 fi ħlas ta' onorarji bħala membri parlamentari u ħlasijiet oħra bħala ċermen jew ta' xi Kumitat Parlamentari jew ta' xi awtorità pubblika tħallsu mal-€430,000. Il-Perit Joe Falzon, backbencher ieħor Nazzjonalista, tħallas €17,500 oħra bħala r-rappreżentant tal-Prim Ministru fuq il-MEPA. Fil-maġġoranza assoluta tagħhom dawn il- backbenchers Nazzjonalisti kienu jirċievu wkoll €6,000 oħra fis-sena għat-telefon u l-mobile. Ma' dawn iż-€2 miljuni mħallsa lill-backbenchers Nazzjonalisti, iridu jiżdiedu €1.3 miljun oħra bħala żieda li l-membri tal-aħħar Kabinett Nazzjonalista taw lilhom infushom bejn l-2008 u l-2012. Kien hemm ukoll il-każ ta' Richard Cachia Caruana li biex irtira minn Ambaxxatur wara li ġie sfiduċjat mill-Parlament, skont il-kuntratt li kellu tħallas terminal benefit ta' €167,000, tliet xhur global emoluments ta' €36,500 u €35,000 oħra għal-leave kollu li ma kienx ħa. Fl- istess ħin għal sentejn tħallas allowance ta' €5,900 oħra fix-xahar. Permezz ta' dan il-kuntratt Cachia Caruana se jkun ingħata b'kollox €380,000 fuq deċiżjoni li kien ħa l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Richard Cachia Caruana b'kollox se jkun ingħata €380,000 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta DARWIN Pharmacy, 152, Triq il-Kbi- ra San Guzepp, Ħamrun LANTERN Pharmacy, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera ST. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida BALLUTA Pharmacy, 30, Triq il-Kbi- ra, San Ġiljan DRUG Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema IKLIN Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta EL Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla CILIA'S Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ BAĦRIJA Pharmacy, Triq Raddet ir- Roti C/W Triq l-Iskola, Baħrija FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana GOZO Chemists, Mġarr Road, Xewkija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014