Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 3 Il-vantaġġ li tkun fuq nett tal-lista "Żewġ kandidati se jibdew b'vantaġġ ta' 4,000 vot" FLEWWEL elezzjoni tal-Parlament Ewropew (2004), iż-żewġ kandidati li kienu fuq nett tal-lista kienu telgħu sparati. Għall-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien ġab l-ammont massiċċ ta' kważi 59 elf vot, filwaqt li fil-kamp Laburista John Attard Montalto kien kiseb 25 elf vot. Waqt il-wirt, it- tieni kandidat fuq il- lista Laburista Glenn Bedingfield kien irnexxielu jgħaddi lil Joe Debono Grech mill-wirt ta' Owen Bonnici, iżda l-alfabett ma kienx biżżejjed biex mill-wirt tal-istess Debono Grech jilħaq lil Louis Grech għalkemm kien naqqas id-distakk għal madwar elf vot. Eventwalment Bedingfield kien tela' biss għal Brussell fl-2008 fl- elezzjoni każwali għal post battal ta' Joseph Muscat li kien ħa t-tmexxija tal- Partit. Fl-2009, l-alfabett kellu rwol ħafna akbar waqt il- wirt tal-voti. David Casa, li kien it-tieni fil-lista wara Simon Busuttil, kien l-aktar li gawda mill-voti ta' Busuttil biex minn sitt elef u ħames mitt vot tela' għal aktar minn 21 elf. Iżda l-effett kien akbar fil-kamp Laburista, fejn l-alfabett wassal biex John Attard Montalto jaqbeż lil żewġ kandidati ta' quddiemu Marlene Mizzi u Joseph Cuschieri. Dan wassal biex Attard Montalto jitla' Brussell minflok Cuschieri, li kellu jistenna r-ratifikazzjoni tat-trattat ta' Lisbona biex tela' bir-raba' siġġu f 'nofs leġislatura. Mizzi kienet ġiet eletta biss f 'April 2013 bl- elezzjoni każwali ta' Edward Scicluna, li kien irriżenja mill-Parlament Ewropew biex isir ministru. L-alfabett fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew "Jinħass l-effett tat-tnaqqis fil-kontijiet" DIN il-ġimgħa ħareġ mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Kummisjoni Ewropea, il-Eurostat, il-figura uffiċjali tal-inflazzjoni għal Malta għax-xahar ta' April 2014. Din tindika li r-rata ta' inflazzjoni f 'Malta naqset għal 0.5% biss. Xahar qabel ir-rata ta' inflazzjoni kienet 1.4%. Dan it-tnaqqis fl-inflazzjoni kien ikkawżat direttament mill- miżura tal-Gvern li jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u tal- ilma. Fil-fatt informazzjoni mogħtija fi stqarrija għall-istampa tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li t-tnaqqis fil-prezzijiet tad-dawl u tal-ilma waslu biex l-indiċi tal-prezzijiet f 'Malta jonqos b' 0.7%. Din hija konferma jekk hux veru li l-kontijiet raħsu. Il-figuri maħruġin illum huma verifikati kemm mill- aġenzija internazzjonali Eurostat kif ukoll mill-bord tar-Retail Price Index, li fih membri indipendenti mill- Gvern u appuntati mill-Korpi Kostitwiti. Dawn jindikaw li l-miżura tal-Gvern waslet għal tnaqqis sostanzjali fl- għoli tal-ħajja. Mingħajr din il-miżura r-rata tal-inflazzjoni f 'April 2014 kienet tkun ta' 1.2% u mhux ta' 0.5%. B'din il-miżura l-Gvern naqqas bin- nofs l-inflazzjoni fil-pajjiż. Ta' min ifakkar li r-rata medja tal-inflazzjoni taħt Gvernijiet preċedenti kienet ta' 2.5% u li diġà allura l-pizijiet għall- familji Maltin u Ghawdxin bdew jonqsu mindu daħlet amministrazzjoni ġdida. Dan it-tnaqqis fl-inflazzjoni se jagħmel differenza kbira għall-familji Maltin u Għawdxin. Fejn fi snin preċedenti l-paga kienet togħla b'anqas mill-għoli tal- ħajja, fis-snin li ġejjin tbassir tal-Unjoni Ewropea jindika li l-ħaddiema se jibdew ikollhom aktar flus fil-but wara li tikkunsidra kemm ikunu żdiedu l-prezzijiet. Dan se jwassal għal aktar infiq u għal aktar tkabbir ekonomiku. Il-miżura tal-Gvern se tgħin ukoll biex ikun hemm titjib fil- kompettitività tal-pajjiż billi tnaqqas il-bzonn ta' żidiet kbar fil-pagi biex jagħmlu tajjeb għal rata ta' inflazzjoni f 'Malta li tkun akbar minn dik fl-Ewropa. Fil-fatt taħt Gvern Laburista, kontra dak li kien jiġri qabel, l-inflazzjoni f 'Malta hija anqas minn dik fl-Ewropa. Dan qiegħed jgħin biex jixpruna t-tkabbir ekonomiku, tant li fl-2013 kellna tkabbir ekonomiku erba' darbiet dak tas-sena ta' qabel u żieda fl-impjiegi full- time d-doppju minn dik ta' snin oħra. Xahar qabel ir-rata ta' inflazzjoni kienet 1.4%. Dan it-tnaqqis fl-inflazzjoni kien ikkawżat direttament mill-miżura li jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014