Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 43

4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 L-MEPs u l-użu tar-roti MINN fost it-tnejn u tletin kandidat Malti għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew, tlieta biss kienu dawk li ħadu sehem fi stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tar- roti. Il-tliet kandidati kienu Arnold Cassola f 'isem l-Alternattiva Demokratika, Ray Bugeja u Kevin Plumpton f 'isem il- partit Nazzjonalista. Kevin Plumpton kien l-uniku wieħed li fattwalment kien juża r-rota waqt ċerta qadi ta' dmirijietu. Din l-informazzjoni ħarġet minn stħarriġ li sar mill-European Cyclists Federation. B'kollox kien hemm 364 kandidat prospettiv minn fost il- pajjiżi membri fi ħdan l-Unjoni Ewropea li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ li sar speċifikament qabel l-elezzjoni ta' nhar is-Sibt li ġej. It-tliet kandidati Maltin irrispondew l-istħarriġ favur aktar miżuri ta' sigurtà fit- toroq bħala inċentiv biex iħajru aktar nies jużaw ir-roti bħala mezz ta' trasport. 89% tal-kandidati kollha li ħadu sehem fl-istħarrig esprimew il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tgħolli l-livell tal-arja nadifa f 'livell kumparabbli mal-livelli stabbiliti mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). 92% tar-rispondenti fl- istħarriġ irrakkomandaw ukoll li l-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea għandhom jintegraw aktar miżuri dwar l-użu tar-roti bħala parti minn proċess għal ħajja ta' saħħa aħjar. Hu mifhum li ż-żieda fl-użu tar-roti jista jiffranka lill- Unjoni Ewropea mal-€120 biljun fis-sena f 'servizzi tas-saħħa kif ukoll nuqqas ta' konġestjoni ta' traffiku u arja aktar nadifa. Intant ILLUM ħa l-kummenti ta' Kevin Plumpton f 'dan ir-rigward. Plumpton qal li apparti li l-użu tar-rota jgħin l-ambjent permezz t'arja aktar nadifa, ir-rota hija mezz effettiv ta' trasport speċjalment fuq distanzi qosra. Żied li hu kien juża r-rota kuljum meta kien jattendi l-post- sekondarja però llum waqaf minħabba nuqqas ta' sigurtà fit-toroq tagħna. Saħaq li hemm bżonn aktar għarfien kemm għaċ-ċiklisti u kemm għas-sewwieqa kif ukoll kampanja popolari informattiva dwar toroq iktar siguri. Jemmen li dawn il- miżuri huma meħtieġa sabiex l-użu tar-rota f 'pajjiżna jkun jista' jirpilja. 580 arrest fl-ajruport ta' Malta FLAĦĦAR erba' snin saru 580 arrest mill-pulizija fl-ajruport internazzjonali ta' Malta, li minnhom 517 tressqu quddiem il-Qorti. Minn informazzjoni li ħarġet fil-parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal kif bejn l-2010 u Ottubru tal- 2013, saru medja ta' 145 arrest fis-sena. L-aktar reat 'komuni' f 'dan il-perjodu kellu x'jaqsam ma' offiżi relatati mal- immigrazzjoni b'total ta' 306 arrest, li ħlief għal eċċezzjoni waħda, kollha tressqu l-Qorti. L-istatistika ppubblikata turi li d-droga kienet it-tieni l-aktar reat li wassal għal arresti mill-pulizija. Infatti, f 'dan l-istess perjodu saru 238 arrest li minnhom, 211 spiċċaw quddiem il-qorti. Każijiet oħra kienu jinkludu passiġġiera fl- ajruport b'pussess ta' armi jew munizzjon, bi ksur tal-ordinanza tal-armi. Kien hemm ukoll diversi każi ta' ksur ta' kundizzjonijiet ta' libertà proviżorja mogħtija mill-Qorti, kuntrabandu ta' tabakk, frodi, serq, u pussess ta' flus kontanti f 'ammonti eċċessivi. Fl-2013 kien hemm ukoll każ ta' reat sesswali fl-ajruport u 'attakk' fuq magna tal-bank (ATM), biż-żewġ każi separati jitressqu l-Qorti. Matul l-2013, il-pulizija arrestat ukoll żewġ persuni li l-pulizija ssusspettat li kienu qed jiġu traffikati, kif ukoll sitt persuni oħra fuq falsifikazzjoni ta' dokumenti, b'dawn tal- aħħar jitressqu l-Qorti. Sena Persuni arrestati fl-ajruport Imressqa l-Qorti Mhux Imressqa 2010 158 137 21 2011 137 123 14 2012 143 129 14 2013 (Jan – Ottubru) 142 128 14 L-istatistika ppubblikata turi li d-droga kienet it-tieni l-aktar reat li wassal għal arresti mill-Pulizija Tliet kandidati biss ħadu sehem fi stħarriġ mill-Unjoni Ewropea f 'kuxjenza ta' arja aħjar, Arnold Cassola, Kevin Plumpton u Ray Bugeja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014