Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 5 Iż-żgħażagħ u l-Ewropa f 'Reporter IŻŻGĦAŻAGĦ u l-Ewropa se jkunu l-punt prinċipali tad- diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu Alex Saliba – President tal- Forum Żgħażagħ Laburisti u Matthew Agius – President tal-Moviment Żagħżagħ Partit Nazzjonalista. Iż-żgħażagħ għandhom irwol importanti fil-politika speċjalment dik Ewropea iżda ftit li xejn rajnihom attivi matul din il-kampanja elettorali. Balzan se jistaqsi l-mistiedna x'inhuma l-ħsibijiet tagħhom dwar il-ħatra ta' President ġdid tal-Parlament Ewropew kif ukoll x'inhuma, fl-opinjoni tagħhom, il- kwalitajiet meħtieġa f 'membru Parlamentari Ewropew. Jistaqsi wkoll x'inhuma l-kwistjonijiet lokali li huma bħala żgħażagħ iqisu bħala importanti għall- futur tagħhom. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il-programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm 12-il sena ħabs għal Kenneth Ellul KENNETH Ellul ta' 39 sena minn Wied il-Għajn ġie kkundannat 12-il sena ħabs mill-Imħallef Laurence Quintano wara li nstab ħati li flimkien ma' żewġ persuni oħra serqu u aggredew lil- eks Membru Parlamentari tal-Partit Laburista, l-Professur Anthony Zammit. Il-każ kien seħħ fid-dar ta' Zammit stess f 'Ħaż Żebbuġ sitt snin ilu. Ellul ġie akkużat u misjub ħati li seraq aktar minn €2,329 f 'affarijiet u flus, li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar mingħajr liċenzja, li hedded biha, li kkawża ħsarat f 'residenza privata u li seraq vettura. Hu nstab ħati b'seba' voti kontra tnejn bis-serqa u l-aggressjoni fuq il- Professur Anthony Zammit. Is-sentenza ngħatat aktar minn siegħa wara li l-ġurati ħarġu bil-verdett tagħhom, wara kważi seba' sigħat ta' deliberazzjoni. Waqt il-ġuri, l-Professur Zammit spjega kif fil-ħin tas-serqa, hu kien ġie marbut, imsawwat u anke mhedded li jaqtgħulu swaba' ta' jdejh jekk ma jagħmilx kif jgħidulu. Fis-sentenza tiegħu l-Imaħallef Quintano qal li dan huwa reat serju fejn wieħed li jkun jinsab id-dar għall-kwiet jiġi attakkat u misruq bil-mod kif seħħ il-każ fil-konfront tal-vittma. Qal li dan huwa reat serju għax seħħ fir-residenza tal- Professur Zammit stess u fis-satra tal-lejl. Huwa semma wkoll il-fatt li wara din is- serqa l-akkużat ikkommetta reat ieħor, dejjem kif turi l-kondotta tiegħu. L-Imħallef Quitano semma wkoll il-fatt li Ellul issa rranġa ħajtu, imma fl-istess lok b'għemilu ħalla persuna, il-vittma jbati mill- konsegwenzi ta' trawma sal- ġurnata tal-lum. Ellul, li dejjem ċaħad l-involviment tiegħu fil-każ mistenni jappella mill- verdett. Dan kien l-aħħar ġuri li ppreseda l-Imħallef Quintano peress li x-xahar id-dieħel se jispiċċa bl-età tal-pensjoni. L-eks Membru Parlamentari Laburista, il-Professur Anthony Zammit, safa misruq, marbut u mhedded

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014