Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 11 Dawn ukoll ħerġin għall-Ewropa Nhar is-Sibt 24 ta' Mejju huwa l-jum li fih l-elettorat qed ikun mistieden jeleġġi s-sitt kandidati prospettivi li ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew. Fuq id-dokument tal-vot, apparti l-partiti Laburista u Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika se jkun hemm ukoll dawn il-kandidati mill-partiti ż-żgħar. Din hi ħarsa ħafifa dwar dawn il-partiti u l-kandidati tagħhom. elettorali għall-elezzjonijiet lokali tal-2013 li fihom kien jiġbed folol kbar ta' nies li kienu l-aktar interessati jgħaddu siegħa żmien. bżonn li t-turist ikun jista' jpejjep il-kannabis liberament waqt li jkun hawn Malta kif ukoll il-ħtieġa ta' bajjiet tan- nudisti li skont hu, tista' ġġib ħafna flus lejn Malta. Jean Pierre Sammut jiġi t-tifel tal-kittieb magħruf Żebbugi Frans Sammut li fi tmiem is-snin sittin waqqaf il-Moviment Qawmien Letterarju flimkien ma' kittieba oħra. Bejn l-1996 u l-1998, Frans Sammut kien il-konsulent tal-Prim Ministru Dr. Alfred Sant dwar il-kultura. Fl-2006 Normal Lowell kien tressaq il-qorti mixli li nċita mibgħeda razzista. Huwa nstab ħati fuq dawn l-akkużi u ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba snin, liema deċiżjoni kienet imnaqqsa mill-Qorti tal- Appell għal tlettax-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn. Kandidat: Nazzareno Bonnici Kandidati: Norman Lowell, Antoine Galea u Arlette Baldacchino Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil poodle@ mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Il-pastażun Xmun Iva, ma hemmx kelma oħra għal Xmun. Għal programm ta' Salvu Balzan dak li jaħseb li hu xi ġurnalist prim wasal 22 minuta tard. Ħalla l-Prim Ministru jistenna hekk qishu iblah. Mur ara kieku kien Muscat li ħalla lil Busuttil jistenna. Ajma ħej. Mela issa nafu. Li l-aħjar rigal għal Xmun ikun arloġġ li jaħdem ħażin jiġifieri jaħdem 20 minuta 'l quddiem. Reserved għal Konrad Spjegawli ftit il-mara ta' Konrad li tgħix iċ-Ċina, għalfejn għandha bżonn reserved għal karozza tagħha f 'Tas- Sliema. Kont għaddej minn ħdejn il-karozza ta' Konrad fejn hemm ir- reserved meta xammejt il-pipi li kont għamilt fuq il-karozza u l-għatba ħames xhur ilu. Indunajt ukoll li l-karozza baqgħet fl-istess post, ħlief għal darba meta ħasluha. Insomma xorta waħda ngħid li lil Konrad niffansjah. Cyrus is-suldat tal-azzar Kemm iddispjaċini għal Cyrus, ara vera ma hemm xejn ħażin li tibgħat ritratti tal-eks maħbub tiegħek għaddej qisu fenek. Anzi naħseb li meta tagħmel dawn l-affarijiet tispiċċa tkun eliġibbli biex tispicca suldat tal-azzar. U ħallina Muscat, jekk Cyrus suldat tal-azzar, il-kuġin il-kbir li spiċċa fil-miżbla huwa suldat tat-titanju. U mhux billi jgħid, Cyrus missu telaq minn kullimkien u mhux baqa' konsulent. Għax mhux billi tgħid Helena ma tantx hija kuntenta li ser taqla' l-flak kollu. Defni miġnuna? Iva, ikollna nistaqsu din il-mistoqsija. Mela din Defni dik il-ħaġa moħġaġa li għandha warrani kbir daqs rota ta' trakk kitbet li r-raġel ta' Marlene Mizzi seta' kkonfoffa mal-Imħallef Michael Mallia biex joħroġ deċiżjoni kontra Cyrus biex Marlene tmur minn fuq. Isma, jien ma nafx imma l-Prim Imħallef Silvio Camilleri ser joqgħod għal dawn l-allegazzjonijiet serji. Jaqaw hu wkoll jibża' minn din il-miġnuna? Uno għal Casa Kemm ħadt pjaċir nara l-Casa l-aħħar darba. Kemm hu differenti meta jkun liebes ġlekk blu u ingravata blu. U kemm qata' xagħar pulit, qisu surġent flick. Jiena nafu differenti tafux, liebes qalziet issikkat u t-shirt abjad bil-biżla mqabbża. Kemm jogħġobni wkoll b'dak in-nuċċali oranġju jdur ma' wiċċu kollu żlajt, nuċċali li jħobb jilbes meta joħroġ ma' ħbiebu fi Brussell. Ikolli ngħidilkom li għandkom tivvutaw għal Casa. Tuh l-uno. Għax qabel l-uniku gay li seta' kellna Brussell kien Cyrus, u issa Casa biss jista' jirrappreżentana. U għalhekk, flimkien ngħajtu. "I know I'm gay, vote Casa any day!" Tal-BA mażżetti Li ħallew riklam ta' Norman Lowell, hija prova kemm tal-BA ixommu fejn jaqblilhom ixommu. Wisq aktar meta ħallew dik il-ħniżrija ta' riklam. Ma jiġux jgħidu li ma kinux jafu, kienu jafu imma naħseb jaħsbuha bħal Lowell dak il-faxxist u apoloġista tal-ħolokawst. Insomma vera każ li l-BA aħjar jikkunsidraw jisparixxu mid-dinja. Luiġi Bondi mhux merċenarju! Jekk hemm baħnan li jaqla' eluf ta' ewros fix-xahar, grazzi għall- benevolenza ta' Joseph Muscat mhuwiex. Jekk hemm xi ħadd li jaħseb li s-sur Bondi qed jaqla' bejn €40,000 u €70,000 jgħolli subgħajh issa. Li ma nistax nifhem hi għalfejn hawn min jobgħod lil Bondi. Huwa bniedem onest, mhux ipokrita, ma jħobbx jissemma, dejjem kien fidil mas-sieħba, mhux bniedem minfuħ bih innifsu, huwa bniedem li dejjem għażel ħbieb sinċieri, u qatt ma kiel min fuq il-gvern tal-ġurnata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014