Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 43

10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Dawn ukoll ħerġin għall-Ewropa Nhar is-Sibt 24 ta' Mejju huwa l-jum li fih l-elettorat qed ikun mistieden jeleġġi s-sitt kandidati prospettivi li ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Parlament Ewropew. Fuq id-dokument tal-vot, apparti l-partiti Laburista u Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika se jkun hemm ukoll dawn il-kandidati mill-partiti ż-żgħar. Din hi ħarsa ħafifa dwar dawn il-partiti u l-kandidati tagħhom. L-Alleanza Bidla LALLEANZA Bidla hija alleanza ta' diversi gruppi u individwi u tinkludi fosthom il-Front Maltin Inqumu. Alleanza Bidla tirrappreżenta faxxa ta' nies li ma jaqblux mas-sistema preżenti li tħaddan l-Unjoni Ewropea. L-Ewroxettiċi Ewropej, inkluż Alleanza Bidla, jemmnu li t-Trattat ta' Liżbona, jiġifieri dak li jagħti l-poter lil Brussell, għandu jitwarrab u jsir wieħed ġdid. Jemmnu li s-sovranità għandha tingħata lura għand il-pajjiżi membri, jiġifieri d-deċiżjonijiet politiċi jeħodhom il-pajjiż innifsu u mhux Brussell. Ivan Grech Mintoff jiġi n-neputi tal-Ex Mexxej Laburista Duminku Mintoff. Hu jqis lilu nnifsu bħala soċjalist. Grech Mintoff hu wkoll iċ-chairman tal-Bord tal-Adozzjoni u kmieni din il-ġimgħa ddeskriva d-dritt għall-adozzjoni minn koppji tal-istess sess bħala process li ġie mbażwar fil-liġi tal-unjoni ċivili. Anthony Calleja jiddeskrivi lilu nnifsu bħala eks attivist Nazzjonalist tas-snin 70 li temm ir-relazzjoni mal-Partit Nazzjonalista wara l-mod kif l-istess partit ittratta lill-eks Prim Ministru George Borg Olivier. Żaren tal-Ajkla NAZZARENO Bonnici, magħruf aħjar bħala Żaren mill-Partit tal-Ajkla, jemmen li l-partiti l-kbar daħku bin-nies, l-aktar bil-kaċċaturi u n-nassaba. Bonnici jinsisti li Malta m'għamlet xejn fl-Ewropa għall-kaċċaturi. Żaren Bonnici jiftaħar li fl-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet, ħadd ma kien kapaċi jgħaqqad il-poplu Malti daqs il-partit tal-Ajkla. Bonnici jinsisti li hemm bżonn il-partit tal-Ajkla biex jgħid il-verità lin-nies. Bonnici jisħaq li l-partiti l-kbar iridu jinqdew bil- poplu sakemm taqdihom bil-vot u l-għada jarmu lil kulħadd. Żaren Bonnici jibqa' mfakkar għal meetings li organizza matul il-kampanja Alleanza Liberali JEAN Pierre Sammut mill- Alleanza Liberali jħoss li n-nies mhux infurmati biżżejjed dwar kif jaħdem il-Parlament Ewropew. Sammut iwiegħed li jekk hu jkun elett jaħdem fuq il- kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari. Jisħaq ukoll li hemm bżonn li Kemmuna ssir Ibiza oħra fil-Mediterran u għalhekk Kemmuna hija l-qofol tal-manifest tal- Alleanza Liberali. Sammut jemmen li hemm Imperium Ewropa LIMPERIUM Ewropa temmen li bin-numru ta' immigranti li hawn Malta, il-futur mhux wieħed sigur. Jikkritikaw lill- Partiti l-kbar li qed jaħbu kwistjonijiet serji u jinsistu li l-politika tal-qasma tal- piż falliet. Norman Lowell ilu għaxar snin iħambaq fuq il- problema tal-immigrazzjoni illegali u jgħid li issa donnu n-nies qed jiftħu għajnejhom. Lowell jinsisti li jekk din il-problema ma tkunx indirizzata se teqridna. Riċentament Lowell ikkritika wkoll lill-eks President ta' Malta George Abela li qal li l-multikulturaliżmu jsaħħaħ l-identità tal-pajjiż. Lowell jgħid li l-Kummissarju Ewropew għall-Intern Cecilia Malmstorm qed tinkwieta li se jkun hemm qawmien mill- partiti tal-lemin fl-Ewropa u jinsisti li dan huwa minnu u li l-partiti tal-lemin se jieħdu l-Ewropa. Bħala partit, Imperium Ewropa jisħqu li ma jridux dilettanti fi Brussell kif kellna s'issa. Kandidati: Anthony Calleja u Ivan Grech Mintoff Kandidat: Nazzareno Bonnici Kandidat: Jean Pierre Sammut Kandidati: Norman Lowell, Antoine Galea u Arlette Baldacchino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014