Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
l-appoġġ sħiħ tagħha għall- pożizzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi kontra dan il-proġett. Żied jgħid li jekk il-proġett jitħalla jsir dan jista' jkollu effetti negattivi fuq ir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza li hija l-aktar komunità li tgħix viċin is-sit. Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 9 Ġie ppubblikat l-istħarriġ tal-Knisja! LISFIDI pastorali għall- familji ġew diskussi waqt it-tielet assemblea ġenerali tas-sinodu tal-isqfijiet. Dawn l-isfidi ħarġu minn kwestjonarju li ntbagħat mill-Vatikan bħala parti mill-preparazzjoni għas- Sinodu straordinarju tal-isqfijiet li mistenni jsir f 'Ottubru li ġej. Kienet ix-xewqa tal-Papa Franġisku li jintbagħat dan il-kwestjonarju bħala parti mill-proċess preparattiv u dan inkluda l-familji Maltin u Għawdxin. B'kollox, lokalment, imtlew mas-sebat elef kwestjonarju. Fost il-konklużjonijiet li ħarġu minn dan l-istħarriġ, 72% stqarrew li mhumiex familjari mat-tagħlim tal-Bibbja u tal-Knisja fuq il-familja filwaqt li 17% ikkonfermaw li għandhom għarfien tajjeb. F'70% tal-każijiet, it- tagħlim tal-Knisja fuq il- familja huwa selettivament aċċettat. It-tagħlim li s-sagrament taż-żwieġ ma jinħallx u jobbliga fedeltà bejn il-koppja hu wkoll aċċettat iżda 19% isibuha diffiċli li jimxu mat-tagħlim tal-Knisja fuq il-kontraċettivi u l-kontroll tat-twelid. 62.5% ta' dawk li rrispondew jaċċettaw l-unjoni bejn mara u raġel bl-iskop li jibnu familja bħala liġi naturali tal- ħajja. Kwart ta' dawk li wieġbu l-kwestjonarju ma rrispondewx din id- domanda. 25% qalu li ma jaqblux li nies li mhumiex ta' twemmin Kattoliku, jew Kattoliċi li jkunu żgarraw mal-Knisja, għandhom jitħallew jiżżewġu bil- Knisja. 44% esprimew iktar tolleranza dwar din il-kategorija ta' nies filwaqt 22% huma tal- opinjoni li l-Knisja għandha taċċettahom. Meta mistoqsija dwar it- talb, 62% qalu li għadhom jitolbu flimkien bħala familja filwaqt li 20% ddikjaraw li rarament jitolbu flimkien. 65% tal-parteċipanti qalu li għalihom l-attendenza tal- quddiesa tal-Ħadd hija ħaġa regolari. Meta kienu mistoqsija jekk il-Knisja Maltija hijiex tipprovdi biżżejjed għajnuna lill-koppji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet waqt iż-żwieġ, 47% wieġbu fl-affermattiv filwaqt li 11% esprimew l-opinjoni tagħhom li l-Knisja mhux qed tipprovdi biżżejjed għajnuna f 'dan ir- rigward. 30% ta' dawk li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ stqarrew li jafu b'minn tal- anqas sitt familji li jgħixu flimkien barra ż-żwieġ. 37% jafu bejn tnejn u ħames koppji filwaqt li 9% jafu minn tal-anqas koppja waħda li jgħixu flimkien imma mhux miżżewġin. 29% tal-Maltin jgħidu li l-koppji li jgħixu flimkien barra ż-żwieġ jemmnu li għalkemm Alla jifhimhom, il-Knisja teskludihom. 41% stqarrew li ma jafux x'inhi tagħmel il-Knisja biex tgħin nies divorzjati jew lil dawk li reġgħu żżewġu biex jibqgħu qrib t'Alla. Meta kienu mistoqsija dwar l-attitudni tal-Knisja lejn l-istat li illeġisla l-unjoni ċivili għal persuni tal-istess sess, 27% qalu li l-Knisja kellha attitudni negattiva u li opponiet il-liġi mingħajr riżervi. 30% qalu li t-tfal kollha għandhom ikunu meqjusa ugwalment, inkluż tfal li jkunu addottati minn koppji gays f 'unjoni ċivili. 65% qalu li għalihom il-quddiesa tal-Ħadd hija regolari Il-UĦM toġġezzjona ITTAQSIMA Servizz Pubbliku tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), ilbieraħ kellha laqgħa dwar il-mod ta' kif se jiġu integrati l-Uffiċjali Pubbliċi fi ħdan l-aġenzija Identity Malta. Il-UĦM tinnota li tali proċess mhux se jsir kif rikjest mil-liġi permezz ta' proċess ta' detailing mill-ħaddiema eżistenti li qegħdin fid-Dipartimenti li ser jiġu integrati f 'din l-aġenzija. Il-UĦM fakkret li uffiċjali pubbliċi li ma jiġux detailed għandhom kull dritt li ma jiħdux ordnijiet mingħand persuni fl-amministrazzjoni li mhumiex uffiċjali pubbliċi. Intant fl-istess laqgħa l-amministrazzjoni infurmat lill-unions li l-proċess se jsir billi jinħarġu espressjoni ta' interess miftuħa għall-Uffiċjali Pubbliċi kollha. Il-UĦM saħqet li dan mhux aċċettabbli għax hu inġust mal-ħaddiema preżenti li jixtiequ jkomplu karriera fi ħdan l-aġenzija. Il-UĦM proponiet ukoll sabiex dawk l-Uffiċjali Pubbliċi li akkost ta' kollox ma jridux imorru mal-aġenzija għandu jintlaħaq qbil dwar kemm għandu jkun il-perjodu li fih jingħataw ir-rilaxx u f 'liema perjodu l-union lesta taċċetta li jingħata l-handing over la darba jkun magħruf meta se jiġu rilaxxati minn mal-aġenzija. Fl-għeluq ta' din il-laqgħa ntlaħaq qbil li ssir laqgħa oħra fejn ikunu involuti l-PAHRO u l-PACBU bil-għan li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha qabel jitkompla l-proċess. Fil-fatt tali proċess se jibqa' miżmum sakemm ikun hemm aktar negozjati. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, numru ta' amministraturi ta' Identity Malta, l-GWU u l-UĦM. Id-delegazzjoni tal-UĦM kienet komposta minn Mario Sacco, Senior Secretary, flimkien ma' tliet rappreżentanti tal-ħaddiema. Is-Sindku tas-Siġġiewi joġġezzjona għall-MEPA Karol Aquilina, is-sindku tas-Siġġiewi flimkien mad-Dar tal-Providenza qed jilmentaw għal razzett tat-tiġieġ minħabba l-irwejjaħ u l-intejjen Skont il-Knisja, 62% tal-familji Maltin qalu li għadhom jitolbu flimkien