Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
8 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Proġett għat-tħaddir tal- komunitajiet f 'erbat ibliet ILMINISTRU għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil- Klima Leo Brincat nieda proġett pilota maħsub biex iħaddar il-komunitajiet f 'erba' lokalitajiet ewlenin; il-Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat, Għawdex. Brincat fisser kif dan il-proġett ġie varat bl-involviment tal-Kunsilli Lokali rispettivi u qal li jekk il-proġett pilota jirnexxi fis-snin li ġejjin dan mistenni jkompli jinfirex fil-lokalitajiet kollha ta' gżiritna. Il-Ministru qal li r-responsabbiltà għall-kisba tal-permessi meħtieġa bħal MEPA fost oħrajn, ser tkun f 'idejn il-Kunsilli nfushom. Iżda apparti minn dan kollu ser jkollhom id-dmir li jinvolvu mill-aħjar li jistgħu lill-istakeholders kollha, lir- residenti u anki lin-negozji tal-madwar. Min-naħa l-oħra biex tkun żgurata trasparenza sħiħa u l-proċess tat- tendering ser isir mill-Gvern innifsu skont l-proċeduri stabbiliti. Brincat wera x-xewqa li jara s-sehem ukoll tal-iskejjel u studenti fl-ibliet ikkonċernati kif ukoll ir-residenti nfushom jiġu inkoraġġuti biex iżejnu l-gallariji tagħhom. Il- Kunsilli ser jiġu nkoraġġuti li jallokaw parti mis-somma li ser jgħaddilhom l-Gvern sabiex jintlaħaq dan il-għan ħalli kulħadd ikun qed jagħti sehem dirett f 'dan il-proċess tat-tħaddir tal-komunità rispettiva tagħhom. HEKK kif ilbieraħ filgħaxija fl-10pm skada l-ħin li wieħed jista' jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu mill-għassa tal-Pulizija, jidher li kien għad hemm madwar 30,000 vot mhux miġbura. Intant ilbieraħ beda l-proċess tal-votazzjoni fid-djar tal-anzjani kif ukoll dawk l-anzjani li jinsabu residenti f 'San Vinċens de Paule. Dan qed isir bħala parti minn proċess biex jiġi evitat skariġġ żejjed għall-anzjani li qabel kienu jinħarġu u jinġarru anke b'ambulanzi sabiex jivvutaw fil-postijiet tal-votazzjoni tal-lokalità fejn kienu jgħixu. Dan il-proċess se jkompli nhar il-Ħamis li ġej fl-Isptar Karen Grech kif ukoll fl- Isptar Monte Karmeli. Matul il-jum tal-ġimgħa mbagħad ikun imiss li jivvutaw l-uffiċjali li matul il-jum tas-Sibt 24 ta' Mejju se jkun xogħol waqt il-proċess tal- votazzjoni. B'kollox f 'din l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew qed jikkontestaw 32 kandidat li minnhom sitta jridu jiġu eletti biex jirrappreżentaw lill-pajjiżna fil-parlament Ewropew. Minn nhar it-Tnejn id- dokumenti tal-vot jistgħu jinġabru personalment mill-uffiċċju elettorali, Evans Building, Misraħ Sant'Iermu, il-Belt Valletta, jew, għall-votanti reġistrati f 'Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir- Rabat Għawdex. Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista' jiġbor id-dokument għall- votazzjoni huma t-Tnejn 19, it-Tlieta 20 u l-Erbgħa 21 ta' Mejju, 2014: mit-8am sas- 2pm u mit-3pm sad-9m u l-Ħamis, 22 ta' Mejju, 2014 (l-aħħar jum): mit-8am sas- 2pm u mit-3pm sa nofsillejl. Biex jinġabru l-voti, kull persuna trid tmur personalment u trid tieħu magħha l-karta tal-identità jew id-dokument tar- residenza. Ma nġabrux 30,000 vot L-Isqfijiet f 'messaġġ lill-elettorat HEKK kif nhar is-Sibt 24 ta' Mejju l-poplu qed ikun imsejjaħ joħroġ jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Isqfijiet Maltin ħarġu messaġġ li fih esprimew it-twemmin tagħhom li l-progress veru tal-bniedem u tas-soċjetà jkun assigurat jekk ikunu mħarsa dawk il-prinċipji fundamentali li ma nistgħux nilagħbu magħhom. Fost dawn il-prinċipji l-Isqfijiet semmew: id-dritt għall-ħajja umana li għandha tiġi mħarsa sa mill-mument tat-tnissil sa dak tal-mewt naturali; it-tisħiħ tal-familja naturali, mibnija fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara; id-dritt tal-bniedem għal xogħol dinjituż u li jkollu paga ġusta; it-tħaddim meqjus tal-prinċipji tas-solidarjetà u s-sussidjarjetà fin-nisġa tal-qafas tar-relazzjonijiet soċjali; it-trattament uman lill-immigranti u tgħinhom jintegraw ruħhom; ir-rispett lejn l-ambjent. L-Isqfijiet fakkru fid-dritt u d-dmir ta' kull ċittadin Nisrani biex jivvota f 'dawn l-elezzjonijiet biex hekk huwa jkun qed jagħti s-sehem tiegħu biex il- proġett Ewropew ikun verament b'risq il-bniedem. Is-Sindku tas-Siġġiewi joġġezzjona għall-MEPA ILKUNSILL Lokali tas- Siġġiewi flimkien mad- Dar tal-Providenza u tliet għaqdiet ambjentali qed jinsistu li l-MEPA m'għandhiex tapprova l-ħruġ ta' permess għall- bini ta' razzett għat- trobbija tat-tiġieġ fiż-żona Tad-Dikkiena, limiti tas- Siġġiewi. Is-Sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina spjega f 'konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, li jekk il-proġett jitħalla jsir dan se jikkawża ammonti konsiderevoli ta' rwejjaħ u ntejjen mill-ammont kbir ta' tiġieġ li se jkunu qegħdin jitrabbew fir-razzett li qiegħed ikun propost. Aquilina żied li l-bini tar-razzett u l-faċilitajiet marbuta miegħu se jħallu wkoll impatt viżwali negattiv minħabba l-bini tal-erba' tined kbar għat-trobbija tat-tiġieġ. Qal ukoll li jekk il-proġett ikun approvat, dan se jkun ta' riskju għall- kontaminazzjoni fl-ilma partikolarment fil-wied magħruf bħala Tal-Lewża. Tkellem ukoll id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef li kien akkumpanjat minn tnejn mir-residenti tad- Dar tal-Providenza. Fr Micallef spjega li d-Dar tal- Providenza qiegħda tagħti Karol Aquilina, is-sindku tas-Siġġiewi flimkien mad-Dar tal-Providenza qed jilmentaw għal razzett tat-tiġieġ minħabba l-irwejjaħ u l-intejjen Il-Ministru Leo Brincat ħabbat it-tħaddir tal-Fgura, l-Imsida, San Pawl il-Baħar u r-Rabat, Għawdex "Il-progress tas-soċjetà jitqies mill-prinċipji fundamentali" - l-Isqfijiet