Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 31 Pjazzetta/Kummercjali Dar Darun DAR Darun jidher li qajjem mewġa ta' interess hekk kif 300 biljett għal din il- produzzjoni teatrali nbiegħu fl-ewwel 24 siegħa. Dan l-interess idur kollu ma' mistoqsija waħda: x'jiġri meta ħames ġuvintur jiddeċiedu li jiċċelebraw il-bachelor's party ta' ħabib tagħhom ġewwa dar li ilha ma tinfetaħ sebgħin sena. B'direzzjoni ta' Clive Piscopo, b'kitba ta' Andre Mangion u Clive Piscopo u b'koreografija ta' Warren Bonello, Dar Darun hija produzzjoni teatrali bil-Malti b'kast ta' atturi żgħażagħ b'talent mill-aqwa. Dan il-proġett beda ftit xhur ilu meta l-producer Clive Piscopo nieda l-idea li jintgħażlu numru ta' atturi li għadhom mhumiex stabbiliti u flimkien jaħdmu fuq esperjenza teatrali memorabbli. B'kollox applikaw 130 ruħ biex jieħdu sehem f 'dan il-proġett. Minnhom setgħu jintgħażlu biss 20. "Kont veru sorpriż bir- reazzjoni tal-pubbliku għal Dar Darun," qal Piscopo, li dderieġa ż-żewġ drammi rebbieħa fil-Festival tat-Teatru Soċjali f 'sentejn konsekuttivi. "Tat sinjal pożittiv li t-teatru Malti għadu ħaj, u hemm interess qawwi minn talent ġdid sabiex jipparteċipa u jikkollabora f 'proġetti teatrali tal-aqwa livell.' Dar Darun turina l-istorja ta' Jason, Tiziano, Austin u Zack li flimkien jiddeċiedu li jorganizzaw il-bachelor's party ta' seħibhom Bobby ġewwa dar antika u abbandunata fit-tarf ta' villaġġ kwiet. L-idea kienet li jgħaddu lejl flimkien kif kienu jagħmlu meta kienu iżgħar, ftit kienu jafu għal x'kienu deħlin. Dar Darun hija l-vjaġġ mhux mistenni u divertenti ta' dawn iż-żgħażagħ. Din il-produzzjoni hija miktuba minn Clive Piscopo li riċentament kiteb is- serje Angli: Kapitlu ġdid fuq TVM, kif ukoll minn Andre Mangion, li s-sena l-oħra rċieva l-premju 'Promising Young Writer 2013' fil-Konkors Letteratura Żgħażagħ bin-novella tiegħu Tattoo. Sabiex il-produzzjoni tkun waħda ta' kwalità mill-aqwa, Piscopo stieden numru ta' persuni b'esperjenza kbira fit-teatru bħal Mario Philip Azzopardi, Malcolm Galea, Warren Bonello u David Micallef sabiex jikkollaboraw mal-atturi u jipprovdulhom it-taħriġ neċessarju. Dawn ix-xahrejn kienu impenjattivi b'taħriġ, xogħol u esperimenti artistiċi. It-tim, b'ħafna entużjażmu, ingħaqad mill-ewwel u dan jawgura tajjeb sabiex Dar Darun tkun spettaklu teatrali mill-aqwa għal kull min imur jaraha. Dar Darun se tkun lejla ta' daħk, spettaklu u teatru mill- isbaħ. Dar Darun għandu l-appoġġ tal-Malta Arts Fund u se jittella' nhar il-Ġimgħa 30 u s-Sibt 31 ta' Mejju u l-Ħadd l-1 ta' Ġunju, fit-8pm fis-City Theatre l-Belt. Il-biljetti bi prezz ta' €10 jistgħu jinxtraw mis-sit www.ticketline.com. mt jew direttament mill- Embassy Cinemas box office l-Belt. Dar Darun se ssir fit-30, u l-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju fis-City Theatre, il-Belt Valletta Il-captain ta' Hibs tirbaħ l-unur tal-BOV ILCAPTAIN tat-team tan-nisa ta' Hibernians FC Dionne Tonna rebħet l-aħħar unur ta' BOV Plejer tax- Xahar għall-istaġun tal-futbol 2013/2014. Hibernians urew id- dominanza tagħhom fil-Kampjonat BOV tan- nisa, fejn barra li rebħu l-kampjonat, kaxkru l-biċċa l-kbira tal-unuri individwali b'Tonna tirbaħ dan l-unur għax-xhur ta' Novembru, Diċembru u April filwaqt li Dorianne Theuma rebħet l-unur fi Frar u Marzu. Tonna kienet ta' ispirazzjoni kbira lil sħabha l-plejers waqt il-playoff tal-Kampjonat BOV tan-nisa kontra Birkirkara, kemm matul il-partita regolari, kif ukoll waqt l-għoti tal-penalties li fl- aħħar rawha tgħolli t-trofew f 'għeluq staġun ta' suċċessi għal Hibernians. John Paul Abela, Manager Media & Community Relations fil-Bank of Valletta ppreżenta l-unur ta' BOV Plejer tax-Xahar għal April 2014 lil Dionne Tonna. vacancies Fruitland Co. Ltd a leader in the importation and distribution of fresh fruit is seeking to strengthen its sales distribution team: The main responsibilities include: · Loading and unloading light commercial fruit vehicles; · Dealing directly with local stores including fruit and vegetable hawkers; · Handling fresh/dried fruits both at the warehouse and during deliveries. The ideal candidate should possess: · A secondary level of education; · A valid and clean driving licence including C. · Be able to work on own initiative and possess good communication skills. The chosen candidate will avail from a basic pay and a sales performance bonus. Spot Sales & Delivery Person If you possess the right competencies and you are condent to full our expectations, we would like to hear from you. Please send your application and cv at hr@famalco.net or by post to: The HR Department, Fruitland Co Ltd, Triq il-Pitkali, Attard ATD2214 by not later than 18th May 2014. For a full list of vacancies please visit www.famalco.net or like our facebook page to stay updated with new career opportunities within the Group. Fruitland-Sales&Del_vacancy-2014-ENG.indd 1 06/05/2014 15:05 Dionne Tonna ta' Hibernians tikseb l-aħħar unur tal-istaġun