Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 43

16 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Kif tiddeskrivi lilek innifsek fi ftit kliem? Jiena persuna li nemmen fl-umanità sħiħa u li jiena parti minn din is-sistema li fiha hemm jien, int u diversi nies oħra. Hemm kreaturi oħra kif ukoll in-natura u l-ambjent. Kulħadd għandu t-talent tiegħu kif ukoll in-niċċa tiegħu. Finalment ix-xemx titla' għal kullħadd. Dak hu l-mod kif jien inħares lejn il- ħajja. Għal ħafna nies, int wiċċ ġdid fix-xena politika. Kemm ilek attiv politikament u għaliex mal-Partit Laburista? Kien Dr Alfred Sant li ressaqni lejn il-Partit Laburista. Dan għamlu billi involvieni ħafna bejn l-1996 u l-1998. Kien jaf li politikament jien kelli opinjoni differenti però dejjem ħallieni naħdem. Minn dak iż-żmien, kont mitlub inressaq diversi pariri u opinjonijiet professjonali. Personalment, jien dħalt fil-politika biex inbiddilha u mhux biex il-politika tibdilni. Lest li nevolvi imma mhux li ninbidel. Rigward għaliex il-Partit Laburista, jkolli ngħid li l-Partit Nazzjonalista llum mhux il-Partit Nazzjonalista li naf jien. Illum inħossni aktar komdu mal-valuri li jippreżenta l-Partit Laburista u nħoss ċerta armonija bejn dak li nemmen jien u l-manifest tal-Partit Laburista. Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid dwarek: "Waħda mill-affarijiet li togħġobni f 'Lino Bianco, hija s-serjetà, serjetà ta' bniedem li jidħol għal biċċa xogħol b'umiltà u sinċerità, mingħajr pretensjonijiet." Għaliex jiddeskrivik b'dan il-mod? Onestament aħjar issaqsi lilu biex jirrispondiha. Jiena personalment dejjem nara kull problema bħala sfida u dejjem nindirizza l-verità. Nemmen li jekk il-verità mhijiex ovvja, tista' tippruvaha. Dawn in-nies ilhom jafuni għal iktar minn sittax-il sena u jafu l-korrettezza li jien nimxi biha. Ħdimna fuq diversi proġetti flimkien fosthom il-każ tar-Ramla, il-każ ta' Sant'Antnin, il-Pjan għan-Nofsinhar ta' Malta u bosta oħrajn. Il-verità u l-korretezza huma prinċipji li jien inħaddan f 'kollox. Is-slogan tiegħek f 'din il-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jgħid: 'Magħhom, mhux Tagħhom' għaliex għażilt dan is- slogan? Aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea bl- idea li nirranġaw oqsma fejn waħedna konna nemmnu li m'aħniex tajbin. Nista' nsemmi eżempji bħal ma hu l-Ambjent. Dħalna bħala impotenti bl-isperanza li l-Unjoni Ewropea se tkun qisha l-għalliema li tikkoreġina. Din kienet l-attitudni tagħna. Rajt u esperjenzajt nies li hawn Malta huma nies b'arroganza li tkessħek u li meta jkunu fl-Ewropa jidħlu f 'qoxorthom. Ejja nieħdu l-kaċċa bħala eżempju. Jien favur l-għasafar, imma kien hemm bżonn li mmorru nitqatlu quddiem l-Unjoni Ewropea biex insibu soluzzjoni? M'aħniex kapaċi niddeċiedu bejnietna? Inħoss li aħna għadna ma fhimniex il-proċess ta' kif inhi magħmula u ffurmata l-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea hi għaqda ta' stati differenti u l-kunċett Ewropew li jgħaqqad dan kollu hu unità fid- diversità. Din id-diversità tagħmel l-Unjoni Ewropea bħala xi ħaġa unika. Madwar il-mejda tal-Unjoni Ewropea, aħna stat daqs kull stat ieħor. Aħna stat kbir bħal kull stat ieħor u għandna l-identità tagħna. Il-kobor tal-istat ma jitkejjilx bil-qies imma bir-ruħ. Allura aħna daqshom imma mhux tagħhom u kull inferjorità minn naħa tagħna trid titneħħa. Riċentement iddeskrivejt lil Malta bħala pajjiż fqir fejn jidħlu riżorsi naturali imma sinjur fl-umanità tiegħu. Għidt ukoll li kull wieħed u waħda minna huwa imprezzabbli. Jiena nemmen fid-dinjità umana assoluta. Kull kreatura hija unika. Qegħdin f 'sitwazzjoni dinamika l-ħin kollu. Ngħixu f 'dan il-pajjiż żgħir fejn kważi kulħadd jiġi minn xulxin. Missirijietna ħadmu bla heda biex aħna qegħdin hawn illum. Aħna pajjiż sinjur ħdejn pajjiżi oħra. F'dan il- pajjiż żgħir tagħna ma tmutx bil-ġuħ, anqas qattus, aħseb u ara n-nies. Fi żmien missirijietna l-insularità tagħna kienet aktar akuta milli hi llum. Imma inkredibbli kif huma rnexxillhom jgħelbu dan kollu bil-bżulija u l-għaraq ta' ġbinhom. Il-filosofija ta' missirijietna kienet, "ħabib fis-suq, aħjar minn skud fis-senduq." Dak hu propju xi jfisser networking u grazzi għal missirijietna llum għadna ngawdu dan il-pajjiż sabiħ li ngħixu fih. L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ studenti żgħażagħ sabiex jiksbu esperjenzi ta' xogħol u taħriġ mingħajr ħlas f 'forma ta' Internships madwar l-Ewropa kollha. Int però tikkritika dawn l-esperjenzi bħala inaċċetabbli, għaliex? Jien ma naqbilx mal-mistoqsija tiegħek. Minn fejn tista' tikkwotahieli li tgħid mingħajr ħlas? Sibili fid-data tal-Unjoni Ewropea. Jien argumentajt din il-prattika fl-Unjoni Ewropea. Sewwa li lill-uliedna għax iridu jitgħallmu u jaħdmu ngħasruhom billi neħdulhom xogħolhom mingħajr ħlas? Jew li ntuhom xi ħlas miżeru ta' €1.25 fis-siegħa? Dawn huma żgħażagħ li l-għan tagħhom hu li jikkumplimentaw ix-xogħol waqt li jitgħallmu u mhux biex ngħasruhom. Ara meta jkunu Brussell fuq xi internship dawn jitħallsu. Allura għaliex m'għandhomx jitħallsu f 'kull post ieħor? Għaliex student li qed jieħu l-formazzjoni, eżempju miegħi, m'għandix inħallsu? Mhux xogħol ukoll qed jagħmel? Jien ħriġt b'żewġ soluzzjonijiet. Waħda minnhom hi li dawn jieħdu l-paga minima. It-tieni soluzzjoni hi li hemm 80 biljun għar- riċerka. Għax ma naqbdux 10 jew 20 fil-mija minnhom u nagħtuhom liż-żgħażagħ sabiex ninċentivawhom u ntuhom dinjità? Li nħaddmu studenti bla ma jitħallsu hu abbuż u forma oħra ta' skjavitù. Dan jien argumentajtu ma' Johannes Swoboda li hu l-President tas- Soċjal Demokratiċi li spiċċa tani raġun. Bħala perit x'ifisser għalik l-Ambjent fuq din il-gżira żgħira li ngħixu fiha u li hi maħnuqa mill-iżvilupp urban? Daħħalt ħafna kunċetti f 'din il- mistoqsija, ħa nipprova nissimplifika. L-ambjent u l-iżvilupp imorru flimkien. Il-problema hija l-ispekulazzjoni. Ma tistax titkellem fuq ambjent bla ma titkellem fuq żvilupp. Fi gżira żgħira bħal ma hi Malta rridu nżommu quddiem għajnejna li dan huwa l-ġid komuni tagħna. Għalhekk irridu nżommu f 'moħhna ġenerazzjonijiet futuri. Dari kien hemm ħafna żvilupp meta kkomparat mal-lum imma l-iżvilupp ta' dari kien żvilupp kwalitattiv. Illum ma nipproduċux arkitettura. Illum nipproduċu biss bini. Uħud mill-postijiet li nibnu llum huma agħar minn gaġeġ. L-aħbar tal-ħatra tiegħek bħala Ambaxxatur għar-Rumanija u l-Bulgarija tħabbret biss permezz ta' ritratt maħruġ mid-dipartiment tal- informazzjoni ġimagħtejn ilu. Jidher iżda li int kien ilek li ġejt maħtur f 'din il-kariga ferm qabel. X'ġara eżattament? Insew iħabbruk? "Magħhom imma mhux tagħhom" Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Lino Bianco, perit u bħalissa Ambaxxatur ta' Malta għall-Bulgarija u r-Rumanija. Jinsisti t-twemmin tiegħu fuq il-verità u l-korrettezza u li x-xemx titla' għal kulħadd l-istess Lino Bianco, waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ta' nhar is-Sibt li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014