Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 17 Jien ġejt ippreżentat bil-kredenzjali mill-President George Abela fi Frar. In-nies li semmewha dik jista' jkun li għamluha mhux għax insew iħabbruni imma biex jagħtuni gambetta. Forsi biex jagħtu x'jifhem li jien mhux interessat fil-kandidatura għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li mhux il-każ. Bħala membru parlamentari Ewropew, int tkun ambaxxatur għal Malta u jien diġà qiegħed ambaxxatur għal żewġ pajjiżi li huma fl-Unjoni Ewropea. Apparti li jien ukoll nagħti diversi pariri lill-pajjiżi oħra. Dik hija r-realtà. Meta nbidlet l-amministrazzjoni tal-gvern kien kellimni l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella, li għandi rispett kbir lejh. Jien mal- Bulgarija għandi relazzjoni tajba ħafna u għamilt id-dottorat hemm kif ukoll ngħallem hemm bħala visiting lecturer. Jien għandi anke l-firma ta' Perit biex niffirma pjanti ġol-Bulgarija. Il-Ministru kien kellimni kemm għall-Bulgarija kif ukoll għar-Rumanija minħabba li dawn iż-żewg pajjiżi jitqiesu flimkien f 'ħafna oqsma. Jiġifieri, jien ili li ġejt appuntat Ambaxxatur imma l-istqarrija tal-istampa qatt ma ħarġet. Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali ssir meta l-Kap tal-Istat jagħtik id- data sabiex issir il-preżentazzjoni ċerimonjali. Ġeneralment dawn jgħaqqdu numru ta' pajjiżi flimkien kif ġara fil-każ tiegħi fejn il-President tar-Rumanija għaqqad seba' pajjiżi f 'salt biex issir ċerimonja waħda. Ġimgħa qabel saret iċ-ċerimonja fir-Rumanija, jien irċevejt il-kredenzjali mingħand l-Eċċellenza Tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca sabiex inkun nista' ngħaddihom lill-President Rumen. F'dawn il-kredenzali jkun hemm protokol fejn il-President Rumen jintalab jirtira l-ambaxxatur ta' qabli u jaċċetta lili bħala l-ambaxxatur il-ġdid għal pajjiżu. Issa, bħala Ambaxxatur għal Bulgarija u r-Rumanija, jien non-resident, li tfisser li jien naħdem minn Malta. Illum bit-teknoloġija tal-informatika, li jien nemmen fiha u nużaha l-ħin kollu, kollox jista' jsir fil- ħin u mingħajr ħafna skariġġ. Jum il-votazzjoni jinsab magħna. Kif qed tħares lejn dan il-jum fejn il-poplu jista' jbidillek ħajtek? Għalija jien din hija vokazzjoni. Kont naf għalxiex dieħel u jekk inkun elett se jkolli nirriżenja minn ħafna affarijiet però ma narahiex li se tbidilli ħajti. Jien se nibqa' l-istess Lino li jien illum. Imma l-fatt li trid tqatta' ħafna ħin barra l-pajjiż ma tbiddillekx ħajtek? Hold your horses. Jekk nitla' jien se naħdem b'mod differenti. Hemm il-kostrezzjonijiet li hemm bżonn isiru Brussell minħabba li jridu jittieħdu l-voti. Però jien mhux se ninsa li l-vot ta' nhar is-Sibt huwa vot tal-Maltin u ta' pajjiżi. Għalhekk, jekk inkun elett, se jkolli tliet uffiċċji għas-spejjeż tiegħi u l-unika talba li se nagħmel hi biex ningħata xahar ċans sakemm inkun nista' nibda nuri x-xogħol u l-ħidma tiegħi. Fejn għandi bżonn se mmur Brussell imma llum għandna t-teknoloġija u nista' naħdem minn diversi postijiet, inkluż minn Malta stess. Jekk il-poplu jagħtini l-fiduċja tiegħu se nkun nista' nxammar il-kmiem biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti. "Magħhom imma mhux tagħhom" Lino Bianco Perit u gradwat fil-filosofija, fil- psikoloġija u fis-soċjoloġija Speċjalizza wkoll fil-ġeoloġija u l-istorja tal-arkittetura Għandu dottorat fil-politika u l-arkitetttura Ambaxxatur ta' Malta fir-Rumanija u l-Bulgarija "Jekk inkun elett, se jkolli tliet uċċji għas- spejjeż tiegħi u l-unika talba li se nagħmel hi biex ningħata xahar ċans"