Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 25 Georgie b'għajnejna magħluqa lil xulxin. Meta rajtu l-ewwel darba, l-impressjoni li ħadt kienet li kien xi wieħed ta' arani u tkellimnix. Ma ninsa qatt meta fl-ewwel sena tagħna fil-kors tal-liġi ġie ħdejja u qalli "Nista' noqgħod ħdejk xbin?" Postu żammu ħdejja għal bqija tas- snin li konna flimkien fil-kors. George kien ġej minn familja relattivament tat-tajjeb. Missieru kien magħruf għall-għasel. Għalkemm ma kienx xi wieħed magħruf għall-karizzi, kultant żmien kien jagħtini flixkun għasel u kien jgħidli "Ħa, agħtih 'l ommok… tajjeb għall- irjiħat." Kien iħoss li għandu jipproteġini għaliex kien jaf li ma tantx kont tat-tajjeb. Mhux l-ewwel darba li konna nkunu fil-canteen tal-Università u minn taħt l-ilsien kien jgħidli: "Il-ħobża u l-Coca tiegħek lesti." Taħt il-karattru "goff " li kellu, kien hemm persuna oħra li ftit li xejn kienu jafu biha nies. Kien hemm bniedem ieħor li jaf jagħder u jħenn. Meta darba kont qiegħed l-isptar b'attakk qawwi ta' pnemonja ġie jarani darbtejn. Kull darba biex jinkini kien jgħidli "Ibża' għan-nifs. Ser ikollok bżonnu għax fl-elezzjoni li ġejja ser naqtgħuhulkom!" Il-battuti politiċi tiegħu, bħal ma jiena kelli tiegħi għalih, kienu maħsuba mhux biex iweġġgħu iżda biex jinki u jiċċajta. Okkażjoni oħra li qatt ma nista' ninsa kienet meta ħriġt għal deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Infetħu l-kanuni kollha fuqi. Bħalma kien hemm min faħħarni kien hemm min ħareġ kontra tiegħi qatta' bla ħabel. Bdew jgħidu minn kollox fuqi. Mingħajr ma qalli George ħareġ jiddefendini f 'gazzetta lokali bl-Ingliż. Bħal ma jien ser ninsa qatt lil dawk li waqqgħuni għar-ridikolu, b'uħud minnhom illum jinsabu fil-Partit Laburista, qatt ma ninsa lil George joħroġ rasu għalija. Qisu ried jgħidli: "Forsi miegħek jiena m'iniex, iżda ħdejk kont fil-kors u ħdejk se nibqa'!" Għal xi raġuni jiena u George kellna rispett lejn xulxin mingħajr ma ddikjarajnih. Għal ħabta tal-1992 sabni u qalli "Jiena u ħuti sibna uffiċċju Ħ'Attard trid tidħol magħna!" Biex niċċajta għidtlu li jekk inkunu flimkien tgħidx kemm nagħtu. Qalli qatt ma tajna fil-kors ħdejn xulxin ser nagħtu issa kamra ma' kamra, b'ħajt jifridna? Staqsejtu fejn kien dan l-uffiċċju. Weġibni b'nofs tbissima: "Bieb ma' bieb mal- każin tal-Partit Nazzjonalista!" Għall-ewwel ħsibt li qed jiġbidli saqajja iżda kien minnu. Ili f 'dan l-uffiċċju ħdejh, kamra ma' kamra miegħu għal dawn l-aħħar 22 sena. Li riedni ħdejh kien sinjal ta' fiduċja fija. Li jiena aċċettajt kien sinjal ta' fiduċja fih. Għal 22 sena sħaħ qatt ma kellna xi ngħidu, imqar fuq xi ħaġa żgħira. Dejjem konna rġiel ma' xulxin. Ftaħna għajnejn xulxin meta lmaħna l-periklu riesaq lejn xi wieħed minna. Għenna lil xulxin fil-mument diffiċli u ta' bżonn. Bħal ma dejjem ħassejt fil-konfront ta' ħafna oħrajn li kienu fis- sitwazzjoni tiegħu, xtaqt li għamlit aktar għal George biex imqar intawwallu ftit aktar ħajtu. Kien għamel żmien li bired mill-Partit Nazzjonalista għaliex George kien ammiratur kbir ta' Eddie Fenech Adami. Iżda l-bruda tiegħu kienet waħda temporanja. Kienet dik it-tip ta' bruda li jħossu l-għarajjes għal xulxin iżda li jibqgħu jħobbu lil xulxin. Fil-fatt fl-aħħar elezzjoni ma ddejjaqx joħroġ fil-beraħ qatta' bla ħabel favur il-Partit Nazzjonalista. Il-bloggs tiegħu kienu mill-aktar inċisivi. Dawk li kienu ħadu ħafna aktar minnu waqgħu fis-silenzju u hu, li kien tilef dak li kellu, ħareġ jiddefendi lill-Partit tiegħu fil-beraħ u mingħajr kantunieri. Meta staqsejtu x'fettillu li reġa' ħareġ fil-beraħ kellu spjegazzjoni waħda: "Il-prinċipji tiegħi mhumiex marbutin ma' xi ħadd iżda mal-lealtà politika lejn il-Partit Nazzjonalista!" Kien jaf li kien hemm telfa ġejja u għażel li jiddefendi fil- mument li l-aktar kellu bżonn il-Partit tiegħu. Ma ilux wisq li kien l-uffiċċju. Kull meta kien jidħol dejjem kien isellimli billi jistaqsini "Int orrajt?" Baqa' jagħmel l-istess sa ftit ġimgħat ilu. Meta jiena staqsejtu hu kif kien qalli "Issa naraw!" It-tnejn li aħna konna nafu li xejn ma kien tajjeb iżda dejjem ittamajna f 'xi miraklu. Meta darba għidtlu li jidher tajjeb biċ-ċajt qalli "Dejjem għidt li inti giddieb!" Illum jiena u George m'għadniex ħdejn xulxin, iżda għandi s-sensazzjoni li kull meta mil-lum 'il quddiem niftakar fih, xorta se nkunu qrib xulxin. riedu. Qabel xi Nazzjonalisti kienu jgergru li aħjar tkun Laburist biex tinqeda u llum tgergir simili qed isir minn ċerti Laburisti. Xi darba kont semmejt li l-Maltin kienu jgergru meta l-Kavallieri ma kienx ikollhom flus biex jimpurtaw silġ mill- Etna sabiex il-Maltin iżommu friski fis-sajf. U dan l-ispirtu għadu fid-DNA tagħna sal-lum. Mhux ta' b'xejn l-Ingliżi kienu jirreferu għall-Maltese gemgem. Il-partiti l-kbar jagħmlu minn kollox biex jakkomodaw lis-sostenituri tagħhom u għalhekk, fil-partiti rispettivi, wieħed isib il-"customer care officers" barra dawk li hemm fil-ministeri. Il-votant sar qisu x-xerrej mill-ħanut taż-żraben. Sfortunatament, huma bosta minn dawk il-votanti li jqisu l-vot bħala xi karta ta' kreditu li tintitolahom għal aċċess limitat għall-privileġġi li jippretendu li għandhom dritt għalihom. U gwaj jekk il-politiku ta' riferiment jonqos milli jassigura t-tgawdija ta' dawn id-"drittijiet" lill-kostitwenti għax jiġi ttimbrat kiesaħ jew għażżien. Għall- Malti medju, il-famużi kliem ta' Kennedy għandhom jinqraw, "Issaqsix x'tista' tagħmel għall- pajjiż imma saqsi dak li l-pajjiż jista' (jew forsi aħjar għandu) jagħmel għalik." Sfortunatament, il-partiti politiċi jew aħjar il-kandidati individwali jakkomodaw dawn it-tendenzi billi jippruvaw jissodisfawhom. U għal min ma jiħux dak li jrid, m'hemmx sodisfazzjon akbar minn dak li jkun jaf li l-partiti jingħataw lista ta' min ma jkunx ivvota. Nitkellmu ħafna fuq protezzjoni tad-dejta meta ħafna m'għandhomx idea din x'tinvolvi imma mbagħad il- partiti għandhom aċċess għall- informazzjoni sensittiva bħal dik ta' min ma vvutax li verament messu qatt ma jkollhom. U b'hekk, il-votanti dejjem jirrikattaw lill-partiti rispettivi tagħhom li bilfors ikollhom iċedu sabiex jirbħu l-konfront muskulari mal-avversarju. Dan hu atteġġjament verament ħażin, u aktar u aktar fil-każ ta' dawn l-elezzjonijiet. U ser nispjega għaliex. Wara nhar il-Ħadd, il-gvern Malti ser jibqa' l-istess. L-elettorat ser jibgħatlu messaġġ ta' xi tip imma altrimenti fuq ix-xena domestika mhu ser jinbidel xejn. Imma min ser jilħaq deputat Ewropew huwa importanti, ferm aktar importanti milli l-maġġorparti tal-elettorat taħseb. U għal Malta bl-iżgħar rappreżentanza fost il-pajjiżi membri ta' sitt deputati f 'parlament li issa ser ikollu 751 deputat, ħadd daqs il- votant Malti m'għandu jiżgura li d-deputati li jtella' jkunu kompetenti u bieżla. Għal bosta, u mhux Malta biss, il-Parlament Ewropew huwa xi ħaġa distanti, qajla ta' rilevanza għal ħajja ta' kuljum tal-bniedem fit-triq. Din hija perċezzjoni li hija kompletament żbaljata imma li sfortunatament hija mifruxa sew. Il-fatt li wara dawn l-elezzjonijiet mhu ser jinbidel l-ebda gvern fl-ebda pajjiż Ewropew ma jfisser xejn. Il-Parlament Ewropew huwa istituzzjoni li mal-milja taż- żmien akkwista aktar poteri u prerogattivi. Fil-bidu, il-membri tiegħu kienu jiġu nominati mill- parlamenti nazzjonali. Mill-1979 'l hawn, bdiet issir elezzjoni diretta f 'kull pajjiż membru. Dan sabiex il-proġett Ewropew jakkwista aktar leġittimità demokratika. Madankollu, l-elettorat qajla apprezzah dan u elezzjoni wara elezzjoni, il- perċentwali ta' votanti dejjem naqas sakemm laħaq 43% fl-2009. Fil-pajjiżi tal-Lvant fejn misshom jgħożżu aktar id-dritt tal-vot, il-perċentwali ta' nies li vvutaw fl-2009 kien baxx ħafna, anke 20% f 'pajjiżi bħas-Slovakkja u l-Litwanja. F'pajjiżna, il-perċentwali ta' nies li vvutaw kien wieħed mill-ogħla mill-pajjiżi kollha, anzi l-ogħla fejn il-vot mhux obbligatorju. Madankollu, il-perċentwal ta' 79% huwa sostanzjalment anqas minn dak reġistrat fl- elezzjonijiet ġenerali. Dan juri li l-elettorat Ewropew għadu ma ħaddanx din l-istituzzjoni u għadu jqisha ferm anqas importanti mill- parlamenti nazzjonali. Votant li jaf li jista' jbiddel il-gvern li jmexxi l-pajjiż jaf li l-vot tiegħu fl-elezzjoni nazzjonali jista'jkun importanti. Fl-elezzjoni għall- Parlament Ewropew, ma jħossx li l-vot tiegħu għandu l-istess importanza. Din hija idea ferm żbaljata, speċjalment wara t-Trattat ta' Lisbona. Il-Parlament Ewropew verament m'għandux il-poter li jinizja l-leġislazzjoni imma flimkien mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżenta l-gvernijiet nazzjonali, irid japprova disgħin fil-mija tal-leġislazzjoni Ewropea. Bażikament, il-Kummissjoni tibgħat abbozz ta' regulament jew direttiva lill-Parlament li wara l-ewwel qari, jista' japprovah jew jibgħat emendi lill-Kunsill. Jekk il-Kunsill jaċċetta dawn l-emendi, il- leġislazzjoni tiġi approvata. Jekk il-Kunsill ma jaċċettax l-emendi, jadotta "pożizzjoni komuni" u jissottometti verżjoni ġdida lill-Parlament. Jekk fit-tieni qari, il-Parlament japprova t-test mibdul jew ma jaġixxiex, l-abbozz jiġi approvat. Altrimenti, il-Parlament jista' japprova emendi oħra jew jista' jitfa' barra l-abbozz b'vot ta' maġġoranza ta' deputati. Jekk il-Kunsill jibqa' ma japprovax il-proposta tal-Parlament, l-abbozz jiġi diskuss f 'Kumitat ta' Konċiljazzjoni magħmul minn numru ugwali ta' membri tal-Kunsill u tal-Parlament. Jekk il-Kumitat jaqbel fuq abbozz, dan l-abbozz irid jiġi approvat fit-tielet qari jew altrimenti l-abbozz jaqa'. Proċedura pjuttost kumplessa li żgur ma teċitax lill-Ewropew ordinarju. Kif inhu strutturat il-proċess leġislattiv fl-Ewropa, il-ħtieġa ta' kompromess hija ċara. U dan anke peress li ħadd mill-gruppi parlamentari ma jgawdi maġġoranza tas-siġġijiet. Għaldaqstant, m'hemmx lok għad-dibattiti akrimonjużi li spiss naraw fil-parlamenti nazzjonali u li jeċitaw l-opinjoni pubblika. Imma meta wieħed iqis li 50% tal-leġislazzjoni tal-pajjiżi Ewropej toriġina mill-istituzzjonijiet komunitarji, wieħed mill-ewwel jinduna fl-importanza straordinarja tal- Parlament Ewropew. Importanza li kibret peress li skond it-Trattat ta' Lisbona, il-President tal-Kummissjoni jrid jintgħażel skont ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-ġimgħa d-dieħla. Għaldaqstant, għall- ewwel darba assistejna għal dibattiti bejn il-kandidati tal-gruppi rispettivi, fosthom Juncker għall-Populari, Schulz għas-Soċjalisti u Verhofstadt għal-Liberali. Għalkemm m'hemm l-ebda garanzija li xi ħadd minnhom ser jinħatar president tal-Kummissjoni, il-Parlament irid japprova l-Kummissjoni u jista' anke jneħħiha b'vot ta' żewġ terzi tal-membri. Fil-passat, Rocco Buttiglione kellu jirtira l-kandidatura tiegħu minħabba oppożizzjoni fil- parlament għall-veduti tiegħu fuq l-omosesswali u l-abort u l-Kummissjoni Santer kellha tirriżenja meta l-Parlament beda jmexxi għat-tneħħija tagħha. Forsi hawn min jaħseb li l-Parlament Ewropew huwa xi post fejn il-membri jaqilgħu flus kbar, kif jagħmlu l-interpreti u t-tradutturi li l-ispejjeż tagħhom jammontaw għall-kwart tal- ispiża totali ta' €1.75 biljun fis-sena, imma altrimenti qisu xi każin tal-banda li l-aktar li jiddeċiedi fuq kif u fejn se jindaqq xi marċ. Imma aħjar ibiddel fehmtu malajr. Il- Parlament Ewropew huwa ferm aktar importanti minn hekk u huwa fl-interess ta' kulħadd li jeżerċita bil-galbu u bl-għaqal id-dritt tal-vot li akkwistajna meta sirna membri, dritt li twieled fid-demm tal-konflitti passati Ewropej. Twitter - @ellisjoseph Għalfejn (jew għalxiex) ser nivvutaw