Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
24 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 H emm imwiet u mwiet. Hemm imwiet li tisma' bihom u jsewdulek qalbek. Hemm oħrajn li minbarra li jnikktuk jieħdu magħhom parti minnek. Waħda minn dawn l-imwiet kienet dik tal-Avukat George Cutajar. Meta smajt biha ħassejt li mietet parti oħra minn ħajti. Il-parti tal- istudent tal-liġi u dik ta' avukat. L-aktar li ħasditni mhux il- mewt tiegħu iżda l-ewwel darba li sirt naf li ma kinx jiflaħ. Kont qiegħed Sqallija ma' xi ħbieb. Ċempel il-mobile u kien ħuh Anthony. Tani l-aħbar li kienu se joperaw lil George b'urġenza. Meta qalli għaliex bqajt mibluh. Wieħed minn nies li tant mimli ħajja u tista' tgħid bqajna qrib xulxin għal dawn l-aħħar 25 sena ntlaqat minn xi ħaġa li kont naf mhux ser taħfirhielu. Jien u George konna koppja stramba iżda fl-istess ħin b'rispett kbir lejn xulxin. Minn meta konna ltqajna l-ewwel darba fuq il-bank tal-Università għal xi raġuni dejjem spiċċajna ħdejn xulxin. Konna ċari ma' xulxin dwar dak li naqblu u ma naqblux fuqu. It-tnejn li aħna konna politikament ikkargati. Jiena Laburist u George Nazzjonalist. Konna ma naqblux fuq politika iżda dejjem fdajna Georgie MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI FILWAQT li qed jintefqu l-miljuni fuq sptar ġdid tal-onkoloġija, filwaqt li nħoloq kors speċjalizzat għall-infermiera biex jieħdu ħsieb pazjenti morda bil-kanċer u filwaqt li kontinwament nintalbu nikkontribwixxu għall- iskema ta' Puttinu, il- kontaminazzjoni li twassal għal din il-marda li tbażża' u toqtol bl-eluf hi reali. Jidher li dak li qed nieklu jista' jkun qed jipprovoka gravament il-preżenza ta' din il-marda li twerwer. Minbarra s-saħta tal- pestiċidi, issa tfaċċat storja oħra kif id-drenaġġ qed jinxtara bil-prezz ta' €13 kull bawżer biex jinxtered fuq il-ħxejjex, prattika illegali. Dan id-drenaġġ qed jinġabar mill-fosos privati, mill-irziezet tal-bhejjem u mill-mobile toilets armati fil-beraħ. Rapport li deher fl-ewwel faċċata tat-Times ix-xahar li għadda żvela kif bidwi partikolari ilu mill-2011 jipprova jikkumbatti din il-prattika mimlija nitrati miċidjali, imma jidher li l-awtoritajiet m'humiex jagħtuh widen. Il- kontaminazzjoni qed tidħol fil-fond fil-ħamrija, tagħti prodott li fid-deher hu tajjeb, imma tiġri tul il-katina tal- ikel sakemm tasal għand il- bejjiegħa, fid-djar, ristoranti, eċċ jibqa' jħuf id-dell ta' livelli għoljin ta' kimiċi qerrieda. Hemm programm apposta tal-Unjoni Ewropea li suppost qed jeduka lill-bdiewa kif jevitaw il-preżenza tan-nitrati imma f 'Malta, in-nitrati, litteralment, qed jinxtraw. U magħhom il-kanċer. BRIAN MAY U L-MASSAKRU TAĊ-ĊRIEV Li kien għal min jaħsibha bħali, il-kaċċa għandha tieqaf fi kwalunkwe staġun. Iżda jien u min hu bħali m'għandniex poteri leġislattivi. Nistgħu nitkellmu, jew forsi niktbu poeżija jew storja, imma l-istorja tieqaf hemm. Bla konsegwenza. F'Malta, aspetti tal- prattika tal-kaċċa huma sostenuti anki mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li jfisser li politikament, il- kitarrista Brian May deffes imnieħru fejn ma jesgħux, politikament u legalment, meta waqt il-kunċert tiegħu f 'Malta esprima x'għandu jew m'għandux jagħmel il-poplu Maltin dwar fejn tidħol il-kaċċa. Insostni li jien ma narax sens fil-kaċċa. Narah att barbaru li tispara fuq tajra għajjiena u mifluġa b'titjira ta' eluf ta' kilometri tfittex fejn tbejjet. Barbaru daqs li jinqatlu l-barrin għall-isport, jew il-ġlidiet tas-sriedaq jew il-kaċċa għall-volpi fl- Ingliterra. Imma l-kitarrist tal- Queen, miġjub f 'Malta b'ħafna pubbliċità, mill-palk mixgħul b'lanterni qawwijin ried jagħtina lezzjoni neo- kolonjalista u jgħidilna x'għandna nagħmlu dwar il-kaċċa. May ġie Malta u waqt il-kunċert (li biex tidħol għalih ridt tħallas bejn €80 u €130) ippontifika dwar il-politika li għandha tieħu Malta fil-konfront tal- qtil tal-annimali, tal-art u tal-arja. Imma kien hemm dettall importanti li Brian May ma qalx lil folla li marret tapplawdih. Fuq l-art tiegħu fl-Ingilterra, dan il-multi- miljunarju li sar, sar grazzi għall-qima pagana tal-fidili, iżomm għassies liċenzjat biex jeħodlu ħsieb it-trobbija tat-tjur u fl-istess ħin joqtol iċ-ċriev li jitfaċċaw fuq it- territorju tiegħu. X'ħadna mill-predikazzjoni tal-kitarrist tal-Queen ħlief li għadu jarana bħala poplu tat-tielet dinja li mnalla kienu l-Ingliżi li għallmuna biex ma nibqgħux slavaġ. Alla jħares iċ-ċriev li joqtol Brian May. U l-Maltin jieħdu ħsieb li jiġri bejniethom. Mingħajr l-indħil ta' xi idolu tal-gigs, li wasal f 'Malta bil-biljett tal-Kummissjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali (KĊN), li donnha ntefgħet biss fuq il-mużika rock. GAYS KONTRA GAYS Diġà ktibt drabi oħra li naqbel perfettament mal-Unjoni Ċivili bejn l-omosesswali, iżda ma naqbilx li jadottaw it-tfal għax dan mhux fl-interess ta' min għadu mhux matur biżżejjed ta' din it-tip ta' adozzjoni li tmur kontra l-iskema naturali u ħoloq stigma pronunzjata, l-aktar f 'soċjetà bħal tagħna, togħxa bl-għidut u l-ispekulazzjoni. Il-kampanja li nieda dan l-aħħar "Pastor" Gordon Manchè biex tkun abrogata liġi li taċċetta l-adozzjoni tat-tfal mill-gays rikbet fuqha l-media b'mod li Manchè spiċċa l-mira ta' żufjett, anki minn inħawi gay stess. Taqsimiet tal- mezzi tax-xandir marru jarawh jipprietka u ġabu rapporti twal faċċata jgħadduh biż-żmien. Anki Timestalk (TVM) kien lest għalih, bi preġudizzji ċari kontra tiegħu. L-istess bħalma kien kontrih l-esponent tal-lobby tal-gays li jridu jadottaw, biex il- mamà tagħhom issir nanna malajr. Mela f 'Timestalk kien tlieta kontra wieħed u dak mhux ġurnaliżmu oġġettiv. Manchè, li s-soltu jien ma nniżżilx it-tip ta' predikazzjoni Amerikanizzata ta' dawk bħalu, ma tilifx rasu. Żamm il-kolp, armat mhux biss b'testi sagri li jafhom fuq ponot subgħajh għax studjahom, imma b'eluf kbar ta' firem li qed jippressaw għal referendum abrogattiv u bi 80% tal-Maltin li huma kontra li l-omosesswali jadottaw it-tfal. Anki nofs il-gays li Timestalk kellem wara l-prietka ta' Manchè, qalu li ma jaqblux mal- adozzjoni mill-omosesswali. F'dan id-dramm kollu, bejn semi-traġiku u semi-komiku, fiċ-ċentru ta' kollox għandu dejjem jibqa' l-interess tat- tfal, li għandhom id-dritt naturali jkollhom preżenza paterna u preżenza materna. Għax in-natura (li tnissel, mhux tiggosta lilha nnifisha) hekk taħdem. KANĊER LI JINXTARA Q egħdin ftit jiem 'il bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-kampanja elettorali qiegħda fl-aqwa tagħha. Minkejja l-isforzi taż-żewġ partiti l-kbar u tal-partiti u movimenti l-oħra li qed jikkontestaw, donnu l-kampanja ma qabditx wisq ritmu u baqgħet xi ftit jew wisq fjakka. F'pajjiż fejn id-deni tal- politika qatt ma jinżel wisq, dan huwa sinjal ta' normalizzazzjoni ferm mixtieqa. Huwa wkoll ferm pozżittiv li l-kampanja miexja b'mod seren u ma ġie rrappurtat l-ebda inċident ta' intolleranza. Sirna nsomma bħall-pajjiżi oħra fejn lanqas tinduna li tkun għaddejja kampanja elettorali. Jidher ukoll ċar daqs il-kristall li l-kampanja hija aktar dwar kwistjonijiet domestiċi milli dwar affarijiet Ewropej. Iż- żewġ partiti l-kbar dawru din l-elezzjoni f 'referendum dwar l-operat tal-gvern Laburista, sena wara l-elezzjoni tiegħu. U t-tnejn iffissaw miri li ftit jew wisq jistgħu jintlaħqu biex ikunu jistgħu joħorġu jkantaw vittorja bħal-lum ġimgħa: tliet deputati għan-Nazzjonalisti u maġġoranza assoluta tal-voti għal-Laburisti. Forsi l-aktar element inċert f 'din l-elezzjoni huwa l-marġni tar-rebħa Laburista għalkemm wieħed ma jista' qatt jeskludi xejn. Kif kien suppost darba qal Harold Wilson, ġimgħa hija żmien twil fil-politika. Madankollu, minkejja l-każ ta' Engerer li faqqa' bla mistenni fl-eqqel ta' kampanja elettorali, huwa ferm improbabbli li dak li se jiġri fis-sitt ijiem li ġejjin ser jaffetwa b'xi mod sinifikattiv l-eżitu finali. Iż-żewġ partiti l-kbar qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problema li forsi hija akbar u anqas tagħmel sens f 'din l-elezzjoni milli dik ġenerali. Din hija n-numru ta' sostentituri li jiddikjaraw minn qabel li mhumiex se jivvutaw. Bosta huma dawk li jippruvaw jużaw il-vot sabiex jirreġistraw protesta individwali: fil-każ tas-sostenituri Laburisti probabbilment għax għadhom ma ħadux xi mpjieg mal-gvern jew xi transfer jew xi ħaġa oħra li weħlet ma rashom. Fil-każ tan-Nazzjonalisti, ltqajt ma' bosta li għadhom irrabjati għax ma ħadux dak li riedu taħt l-amministrazzjoni preċedenti u jridu jpattuha lill-partit tagħhom. Probabilment ikunu ħadu ħaġa, imbagħad oħra, imbagħad il-mara tagħhom imma mbagħad jirvillaw għax il-partit "tagħhom" ma jkunx poġġa lit-tifel tagħhom kif Għalfejn (jew għalxiex) ser nivvutaw TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt