Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 23 Lill-Imweġġgħin – "Ivvutaw" GĦADEK issib lil min jaħseb li fil-Parlament Ewropew isiru affarijiet u jittieħdu deċiżjonijiet li ma jfissru xejn jew ftit għaċ-ċittadini fil-pajjiżi membri. Hija perċezzjoni komuni mhux fost il-Maltin biss, infatti l-akbar problema li kellha u għad għandha l-Unjoni Ewropea hija n-nuqqas ta' kredibilità fost l-istess popli magħqudin taħt il-kappa tagħha. Kull min ħadem u għadu jaħdem fi ħdan l-Unjoni Ewropea jgħidlek li sikwit trid tikkonvinċi lil min suppost huwa diġà konvint dwar direttivi, deċiżjonijiet u pożizzjonijiet li jkollhom l-iskop tajjeb iżda ma twasslux sewwa lil min hu l-aktar importanti fil- proċess demokratiku li tħaddem l-Ewropa – iċ-ċittadini. Ħafna mill-ewroxettiċiżmu ġej propju minn dan il-falliment fil- kuntatt man-nies, mal-familji, u mal-awtoritajiet żgħar lokali li jkollhom f 'idejhom il-polz tan-nazzjon. Ma' din il-problema, l-Unjoni Ewropea għandha wkoll quddiemha r-realtà ċara ta' raġunar komuni wkoll fost il-votanti tat-28 stat membru li jgħid li l-elezzjonijiet tagħha jridu jservu ta' kejl fil-popolarità jew mod ieħor tal-gvernijiet nazzjonali u reġjonali. Huwa fatt li ħafna mill-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew iservu ta' opportunità f 'waqtha għal ħafna u ħafna ċittadini biex – bil-vot jew bin-nuqqas ta' vot – jipprotestaw kontra deċiżjonijiet u sitwazzjonijiet li, fil-verità, l-Unjoni Ewropea f 'diversi drabi ma jkollha assolutament x'taqsam xejn magħhom. "Imma" kbira Din ir-realtà fehmuha wkoll il-partiti li jkunu fil-gvern, xejn inqas hawn Malta. Kemm ilna nieħdu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew (f 'dan il-każ s'issa dejjem kien hemm il-Partit Nazzjonalista), il-partit fil-poter qatt ma rnexxielu jikseb maġġoranza ta' voti għax il-Maltin u l-Għawdxin riedu juru li ma kienu kuntenti xejn bil-mod kif in-Nazzjonalisti kienu qegħdin jiggvernaw għal 25 sena sħaħ, tneħħi s-sentejn mimlija trikki trakki inġusti tal-gvern ta' Alfred Sant. X'se jiġri din id-darba? Jekk ikollna nimxu fuq ir-rekord taż- żmien qasir li l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat ilu fit- tmexxija tal-pajjiż żgur li ħadd ma jista' jgħid li ma jixraqlux ikollu maġġoranza ta' voti. Għall-enerġija pożittiva, għaż- żamma tal-wegħdi elettorali u għall-ispirtu innovattiv biss ukoll jixraqlu għarfien assolut. Iżda hemm "imma" kbira li qed tkidd lil ħafna Laburisti. Din l-"imma" mhix ġejja minn xi nuqqas ta' fiduċja fil-mod ta' kif qed ikunu ffaċċati l-problemi kbar li ħallew warajhom in- Nazzjonalisti. Lanqas mhi ġejja minn xi rabja dwar tnaqqis ta' dħul finanzjarju u l-kisbiet ta' benefiċċji soċjali. Dan għaliex fl-ewwel sena tiegħu l-Gvern ħa miżuri li permezz tagħhom il-Maltin u l-Għawdxin se jibqgħulhom ferm aktar flus fil-but, flus li mbagħad jużahom band'oħra għall-ġid tal-familji tagħhom u għas-sodisfazzjon tas-settur kummerċjali li jeħtieġ daqs l-ilma soċjetà li għandha l-flus x'tonfoq. L-"imma" kbira qiegħda fid-diżappunt ta' ħafna li bosta inġustizzji li raw ma' wiċċhom għadhom ma ġewx indirizzati bis-serjetà. Min qala' fuq wiċċu minħabba t-twemmin politiku tiegħu mhux jippretendi li jara lil ħaddieħor iħabbat wiċċu bħalu għall-istess raġuni. L-inġustizzja ma tissewwiex b'inġustizzja oħra, prinċipju li anki l-Prim Ministru Joseph Muscat sikwit insista fuqu. Imma fl-aħħar mill-aħħar, il- ġustizzja trid issir. Ħafna mid-diżappunt u d-dwejjaq ta' min qed jaħseb biex bin-nuqqas tal-vot tiegħu jwassal dan il-messaġġ huma marbutin ma' tamiet u aspirazzjonijiet ġenwini. Għaldaqstant ma jistgħux jitħallew jistennew aktar jew, agħar, iħossuhom li reġgħu għaddejjin mill-istess proċess ta' Marzu 2013, speċi ta' encore, sakemm jgħaddi kollox imbagħad jibqgħu b'xiber imnieħer. Jien inħoss il-ħtieġa ta' kuntatt kontinwu ma' dawn iċ-ċittadini li sa ftit xhur ilu kienu stmati ta' ċittadini tat-tieni klassi u issa bir-raġun qed jippretendu li jkunu stmati daqs ħaddieħor. Jien irrid nibqa' nwassal ukoll leħinhom, il-weġgħat li għaddew, u x'aktarx għadhom għaddejjin, minnhom, u l-karba tagħhom għal ġustizzja. Irrid li nara li ssir ġustizzja. Irrid inkun hemm għalihom u għal kull min ikun jeħtieġ l-appoġġ u s-sostenn tiegħi, kif wara kollox dejjem kont. Ix- xewqa tiegħi tibqa' li nitkellem f 'isimhom kull fejn u kull meta jkun hemm bżonn. Huwa għalhekk li huma nfushom għandhom japprezzaw il-ħtieġa li jixħtu l-vot tagħhom. Il-lealtà tiegħi lejn il-partit u lejn il- pajjiż, iżda, mhi xejn inqas mil- lealtà tiegħi lejn dawn in-nies imweġġgħin. Joseph Cuschieri hu kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista JOSEPH CUSCHIERI "L-inġustizzja ma tissewwiex b'inġustizzja oħra, imma fl-aħħar mill- aħħar il-ġustizzja trid issir" Inwettqu dak li nwiegħdu FTIT aktar minn sena minn meta l-poplu Malti u Għawdxi ta l-mandat lill- Partit Laburista biex imexxi lil dawn il-gżejjer, il-gvern bi tmexxija b'enerġija pożittiva tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kabinett tiegħu wettaq ħafna mill-wegħdiet mill-manifest elettorali tiegħu, illum programm tal- Gvern. Il-poplu tagħna kien dara li qabel xi elezzjoni kien jisma' xita ta' wegħdiet, li wara li gvern ikun elett, flok jitwettqu l-wegħdiet li jkunu ġew imwiegħda, jibda jiffaċċja l-iskużi biex ma jwettaqx dak li wiegħed. Dan huwa gvern li dak li jwiegħed iwettqu; gvern li midd għonqu għax-xogħol mill-ewwel ġurnata li ngħata l-fiduċja tal-poplu. Kien intqal li ma setgħux jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma kif imwiegħed minn Marzu ta' din is-sena l-familji bdew jircievu kontijiet b'medja ta' 25% roħs. Ġie ffirmat il-ftehim ma' kumpanijia barranija biex l-EneMalta terġa' tqum fuq saqajha u ma tibqax f 'dejn ta' €800 miljun. Issa l-post tax- xogħol għall-ħaddiema f 'din il- korporazzjoni huwa assigurat u ħa jkollna arja aktar nadifa meta l-powerstation tal-Marsa tingħalaq darba għal dejjem u dik ta' Delimara tkun taħdem bil-gass. Liż-żgħażagħ tagħna kemm kienu qalulhom li se jispiċċaw bla stipendji? Mhux talli l-istipendji ma spiċċawx, talli kien hemm żieda għal kull student, u stipendju għal min jirrepeti sena ta' studju. Qed isir xogħol fejjiedi biex il-listi ta' stennija fl-isptar u l-mediċini 'out of stock' jkunu indirizzati. Waħda mill-miżuri li twettqu hija li min ilu jistenna li jsirlu MRI jkun jista' jagħmlu fl-isptarijiet privati u jħallas il-gvern. Qed jingħataw lura l-ħlas tat-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi. Flus li l-gvern preċedenti kien ħadlek, u li dan il-gvern qed itihom lura lil min għandu dritt li jeħodhom kif imwiegħed. Inħolqu aktar impjiegi, b'żieda ta' madwar sitt elef post tax-xogħol ġdid. Dan filwaqt li r-rata tal-qgħad żammejniha baxxa mill-medja Ewropea. Ingħataw drittijiet ċivili ġodda u hekk qed inkunu pajjiż Ewropew bi drittijiet li ħaddieħor ilu jgawdihom żmien. Naqqasna t-taxxi. Introduċejna ċ-'childcare' b'xejn għal kulħadd biex il- ġenituri jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu jew jistudjaw. Saru riformi fil-MEPA li jagħtu nifs lil min ikun irid jibni jew jagħmel xi tibdil fir-residenza tiegħu b'miżati orħos milli kienu. Saru wkoll riformi fil-Qrati. Ingħataw għadd ta' boroż ta' studju. Tnaqqas id- defiċit għal 2.8%. L-ekonomija kompliet tikber b'aktar investiment f 'kumpaniji privati. Ingħata d-dritt lil pulizija, suldati u gwardjani tal- ħabs biex jissieħbu fi trade union tal-għażla tagħhom. Indirizzajna wkoll id- diffikultajiet li jiffaċċjaw il-bdiewa u s-sajjieda, u se nkomplu ngħinu lil dawn is- setturi. Ħdimna biex naraw li l-ekonomija Għawdxija jkollha wkoll il-ġid li jistħoqqilha b'inċentivi biex it-turiżmu jiżdied lejn din il-gżira. Se nkomplu billi ninvestu fl- industrijia tal-'cruise liners' u 'yacht marinas' biex jinħoloq aktar xogħol f 'Għawdex stess. Fuq kollox qed naħdmu biex neqirdu dak li ħoloq gvern preċedenti, ix-xogħol prekarju, għax aħna nemmnu li tax-xogħol tiegħek għandek titħallas kif xieraq. M.E.P. Dawn huma tliet ittri li jinkwadraw lil Malta Enerġija Pożittiva taħt it-tmexxija tal- Prim Ministru Joseph Muscat u l-gvern li qed imexxi. Huma riflessjoni wkoll Membru Ewropew Parlamentari. Bl- enerġija pożittiva ta' kulħadd flimkien nemmen li nistgħu nagħmlu lil dan il-pajjiż aħjar milli sibnih erbatax-il xahar ilu, mhux biss fuq bażi lokali iżda anki fuq livell Ewropew. Gvern Laburista fl-ewwel sena tiegħu diġà wettaq 33% tal-wegħdiet elettorali tiegħu, meta gvernijiet oħra preċedenti kienu l-ewwel jieħdu kollox bil-lajma, imbagħad fl-aħħar ftit xhur qabel l-elezzjoni ġenerali, jroxxu ftit bżar fl-għajnejn biex jisirqu l-vot tal-elettorat. B'vot qawwi fl-elezzjoni tal-24 ta' Mejju, tkunu qed tagħtuna aktar saħħa biex b'enerġija pożittiva nindirizzaw l-aspettazzjonijiet tagħkom u nkomplu nwettqu aktar xogħol biex inti tgħix b'dinjità kif xieraq. Malta hija nazzjon daqs kull nazzjon ieħor imma differenti minn kull nazzjon ieħor. Għalhekk madwar il-mejda tal-Unjoni Ewropea aħna lkoll l-istess. Aħna m'aħniex sempliċiment segwaċi f 'livell tal-Unjoni Ewropea, aħna nistgħu nkunu mexxejja. Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox. Ma jimpurtax li bejnietna ma naqblux u jkollna opinjonijiet differenti, imma f 'livell tal-Unjoni Ewropea għandna niġbdu ħabel wieħed u rridu nkunu vuċi waħda. Aħna magħhom, mhux tagħhom. Lino Bianco hu Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista LINO BIANCO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014