Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
22 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 L-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità ĦAFNA jistaqsu x'jista' jkun l-impatt tal-Parlament Ewropew fuq ħajjithom u kif jistgħu jolqtuhom l-elezzjonijiet tal-24 ta' Mejju. Jien qed nistenna bil- ħerqa li nsir rappreżentant dirett taċ-ċittadini Maltin kollha fil-Parlament Ewropew sabiex inkompli nibni fuq il-progress li diġà sar minn din l-Istituzzjoni Ewropea ewlenija għall- benefiċċju tagħna lkoll. U b'mod speċjali għall- benefiċċju ta' dawk kollha li jkunu partikolarment vulnerabbli jew li jkollhom bżonnijiet speċjali. Iċ-ċensiment tal-2005 juri li n-numru ta' persuni b'diżabilità f 'Malta kien ta' madwar 23,500 - jew persuna minn kull 15. Dawn, flimkien mal-familji tagħhom u dawk kollha li jieħdu ħsiebhom, għandhom isibu tama u jħossuhom mħeġġa bil-ħidma li qiegħda ssir mill-Parlament Ewropew għall-benefiċċju tagħhom. Fl-Unjoni Ewropea, iktar minn 80 miljun persuna tgħix b'xi tip ta' diżabilità. Ir-rata tal-qgħad ta' dawn il-persuni hija mill-inqas id-doppju tar-rata tal-qgħad ta' oħrajn. F'Malta, 15% biss tal-persuni b'diżabilità għandhom impjieg. Madankollu, id-diżabilità ma tistax tkun diskussa b'mod ġeneralizzat għaliex il- bżonnijiet speċjali fil-qasam tal-mobilità u tal-inklużjoni jvarjaw b'mod sostanzjali bejn individwu u ieħor. Fl- istess ħin, għandna niżguraw li l-kwistjonijiet b'rabta mad- diżabilità jkunu trattati f 'kull politika, kull proġett u kull miżura li jitfasslu kemm mill- istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll f 'livell nazzjonali. Il-protezzjoni ta' persuni b'diżabilità mid- diskriminazzjoni hija importanti imma żgur mhix biżżejjed. Hemm bżonn ta' miżuri effikaċi li jwasslu għall-inklużjoni u l-parteċipazzjoni ta' dawk fostna li jgħixu b'diżabilità, mhux biss fil-qasam tal- impjiegi u l-edukazzjoni, iżda wkoll fil-qasam soċjali, kulturali u dak politiku – sabiex kulħadd ikun jista' jipparteċipa b'mod komplet, effettiv u bl-istess dinjità daqs membri oħra tas-soċjetà. F'Ottubru 2011, il- Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni fuq il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità. Din isostni li l-miri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-impjiegi ma jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għal persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, it- titjib fl-aċċess għall-impjiegi għal persuni b'diżabilità jirrappreżenta opportunità ekonomika, waqt li t-taħriġ ta' persuni b'diżabilità biex ilestu rwieħhom għad-dinja tax-xogħol huwa investiment sabiex dawn isiru ċittadini produttivi u kapaċi dejjem iktar li jfendu għal rashom. Ir-riżoluzzjoni tenfasizza l-bżonn li jiġu implimentati miżuri individwalizzati għal persuni b'diżabilità li jirriflettu l-bżonnijiet ta' kull persuna fl-istadji u fil- kuntesti kollha ta' ħajjithom, inkluż fl-edukazzjoni, fix-xogħol, kif ukoll fl- involviment tagħhom fil-ħajja soċjali u tal-familja. Ir-riżoluzzjoni tappella biex dawn il-persuni jieħdu sehem attiv fit-teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod speċjali fl-oqsma li jaffettwaw il-ħajja tagħhom. Fl-istess waqt tinnota l-bżonn ta' azzjoni ulterjuri li tindirizza l-bżonnijiet ta' nisa u tfal b'diżabilitajiet jew ta' persuni b'limitazzjonijiet intellettwali. Ir-riżoluzzjoni tqis ukoll li nuqqasijiet fil-mobilità ta' persuni b'diżabilità jwasslu għal limitazzjoni fid-dritt Ewropew bażiku tagħhom tal-moviment. Titjib fl- aċċess fiżiku u fl-użu tat- teknoloġija ta' informazzjoni huma indispensabbli għal żvilupp sostenibbli li jkun jinkludi l-persuni kollha fis- soċjetà, speċjalment dawk li għalihom, l-ambjent fiżiku jirrappreżenta sfida. Din il-ħidma tal-Parlament Ewropew għandha sservi ta' ispirazzjoni għall-politiċi u għal dawk li jfasslu l-politika f 'Malta bl-għan li jitjieb l-għixien taċ-ċittadini kollha. Barra minn hekk, din taqbel bis-sħiħ mal- ideali li jinsabu fil-manifest elettorali tal-PL. It-twettiq ta' dawn l-ideali għandu jwassal għal mekkaniżmi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' persuni b'diżabilità billi jiżguraw l-inklużjoni tagħhom fl- oqsma kollha. Nemmen li l-ħidma tal-Parlament Ewropew hija mod effettiv biex tinkiseb din il-mira u għaldaqstant nittama li nkun nista' nkompli nikkontribwixxi f 'dan il qasam fil-ġejjieni qrib. Peter Cordina hu kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista PETER CORDINA "F'Malta, persuna minn kull ħmistax hija b'diżabilità"