Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 43

36 illum Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 SPORTSillum 25 jum bogħod mit-Tazza tad-Dinja – stennija, aspettattivi u tbassir FADAL biss 25 jum biex tibda l-iktar kompetizzjoni importanti fil-futbol mondjali, li tiġbed l-interess mhux biss tas-segwaċi u l-fanatiċi tal-futbol mondjali iżda wkoll ta' dawk li ma tantx jinteressahom il-futbol u l-mara tad-dar! F'dawn il- jiem bħal donnu kulħadd jibda janalizza u jbassar min se jkun dak it-tim li l-iktar se jimpressjona, dak il-plejer li jkun se jħalli marka partikolari u min jista' jkun is-sorpriża pożittiva. M'hemmx dubju li l-Brażil jibdew bħala favoriti ta' din it-Tazza tad-Dinja – l-ewwel nett għax se jkunu qed jilagħbu f 'pajjiżhom u t-tieni minħabba l-klassi li lkoll nafu li dan it-tim nazzjonali jippossjedi bi plejers bħal Neymar, Hulk u Julio Cesar fost oħrajn. Timijiet oħra li żgur li se nkunu qed narawhom fil- fażijiet finali ta' din l-iktar kompetizzjoni prestiġjuża fil-futbol mondjali huma bla dubju Spanja, l-Italja u l-Ġermanja. Nibdew minn Spanja fejn dawn iddominaw il-futbol mondjali fl-aħħar diċenju fejn jippossjedu plejers bħal Xavi u Iniesta li però jidher li qed inaqqsu mir-rendiment tagħhom hekk kif qed jikbru fiż- żmien. Min-naħa l-oħra l-futbol Taljan jinsab għaddej minn kriżi kbira u huwa kkaratterizzat minn vjolenza fl-istadia u barra minnhom kif ukoll minn xamma ta' korruzzjoni. Madankollu fejn jidħol tim nazzjonali, dan it-tim meta ġie għas-serjetà f 'logħbiet tat-Tazza tad-Dinja dejjem għamel l-almu tiegħu kollu u għalkemm dejjem ibati fl-ewwel logħbiet kważi dejjem jirnexxielu jasal sal-fażijiet finali ta' din il-kompetizzjoni. F'dan it-tim tinħass problema fl- attakk fejn l-unika ċertezza huwa Balotelli li però l-aġir tiegħu fil-grawnd u anki barra minnu huwa ferm imprevedibbli. Madankollu teżisti inċertezza fuq min Prandelli se jagħżel biex jakkumpanja lil dan il- plejer ferm kontroversjali fl-attakk fejn qed jissemmew ismijiet bħal Cerci, Immobile, Destro, Pazzini u El Shaarawy li jistgħu jkunu inklużi f 'dan id-dipartiment. Interessanti huwa l-fatt li fil-grupp tal-Italja nsibu lill-Ingilterra, l-Urugwaj u l-Kosta Rica fejn mal- ewwel ħarsa li nagħtu lil dan il-grupp nindunaw li se tkun qed tispikka l-logħba bejn l-Italja u l-Ingilterra li se tintlagħab fl-14 ta' Ġunju f 'nofsilejl wara li oriġinarjament din il-logħba kellha tintlagħab fit-3am iżda ċċaqalqet minħabba raġunijiet ovvji li jikkonċernaw l-ispettaklu li għandha toffri din il- logħba. Ilkoll nafu bir- rivalità kbira li tirrenja f 'pajjiżna bejn l-Italja u l-Ingilterra li tajjeb ngħidu li teżisti f 'pajjiżna biss u fl- ebda pajjż ieħor fid-dinja! Ftit tal-ġimgħat ilu l-kowċ nazzjonali tal-Ingliżi Roy Hodgson ta' motivatur kbir li hu saħaq li mhux se jkunu qed jibżgħu mill- ebda tim fosthom l-Italja u l-Urugwaj u għalhekk kollox jindika li dan it- tim speċjalment b'nukleu ta' plejers żgħażagħ li jippossjedi jista' jkun li javvanza għal stadji finali ta' din il-kompetizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-Urugwaj dan it-tim jippossjedi plejers bħal Cavani u Suarez fl-attakk li flimkien jistgħu jipprovdu magna ta' gowls għal dan it-tim nazzjonali. Niġu issa għall-Arġentina li wkoll huwa meqjus mill-bookmakers bħala tim li jista' jkun li jirbaħ din il-kompetizzjoni. Dan hekk kif fost oħrajn dan it-tim għandu lill-plejer Lionel Messi meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa futbolers li qatt rat id-dinja flimkien ma' Pelè u Maradona. Però dan il-plejer bħal donnu jsir enigmatiku mal-Arġentina hekk kif kemm-il darba jonqos milli jilħaq l-aspettattivi waqt li mal-klabb ta' Barcelona fi Spanja jispikka bil-kbir u jagħmel il-meravilji. Fattur għal dan jista' jkun li mal-Arġentina m'għandux plejers bħal Xavi u Iniesta li jtuh il-blalen kif ikun jixtieq hu. Din tista' tkun l-aħħar Tazza tad-Dinja għal Messi minħabba li qed jikber fl-età u għalhekk huwa fundamentali għalih

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014