Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 37 SPORTSillum 25 jum bogħod mit-Tazza tad-Dinja – stennija, aspettattivi u tbassir li juri lil kulħadd x'jaf joffri għalkemm bosta diġà segwew mill-qrib il-kapaċitajiet uniċi ta' dan il-plejer fil-futbol. Fattur ieħor li għamel l-aħbarijiet u li għandu x'jaqsam ma' dan it-tim huwa l-esklużjoni ta' Tevez minn dan it-tim nazzjonali li tidher li waslet minħabba problemi personali u politiċi mal- kowċ nazzjonali Sabella fejn dan il-kowċ jidher li jġib il-problemi personali tiegħu qabel fatturi oħra li jikkonċernaw l-akbar ġid ta' pajjiżu. Meta tqis li Tevez kien wieħed mill- aqwa skorers fis-Serie A fl-Italja ma' Juventus fejn għenhom bil-kbir biex jirbħu l-kampjonat wieħed isaqsi kif jista' Sabella jgħaddi mingħajr is- servizzi ta' dan l-attakkant prolifiku għalkemm ilkoll nafu li l-Arġentina għandhom plejers oħra ta' klassi mondjali fosthom Sergio Aguero, Lavezzi u oħrajn. Il-Belġju jista' jkun dak it-tim nazzjonali li joħloq is-sorpriża pożittiva hekk kif dawn għandhom plejers ta' klassi u li għamlu isem fid-diversi kampjonati li jimmilitaw fihom madwar l-Ewropa. Fost dawn il- plejers insibu lil Fellaini, Kompany, Hazard u l-gowlkeeper ta' Atletico Madrid, Thibaut Courtois li għalkemm għad għandu biss 23 sena bħalissa huwa meqjus minn ħafna bħala l-aqwa goalkeeper fid-dinja. Daqqa ta' ħarta għalihom kienet meta safa mweġġa' fit-tul il- plejer tagħhom Christian Benteke ma' Aston Villa ftit tax-xhur ilu li fissret li dan il-plejer se jkun qed jitlef ukoll it-Tazza tad-Dinja għad-detriment tal-Belġju. Fattur li jista' jtellef lill-Belġju f 'din it-Tazza tad-Dinja huwa l-pressjoni li tista' tirriżulta bħala waħda żejda fuq dan it-tim nazzjonali hekk kif ħafna qed jistennew affarijiet kbar minnhom però mbagħad meta jiġu biex jilagħbu flimkien jista' jkun li dawn il-plejers ma jilħqux l-aspettattivi. Insemmu wkoll lill- Portugall li jipposjedu diversi plejers ta' klassi kbira fosthom il-plejer Cristiano Ronaldo li f 'Diċembru li għadda rebaħ il-Ballun tad-Deheb. Però kif rajna fl-aħħar logħbiet fosthom fil-playoff li fiha eliminaw lill-Isvezja ta' Zlatan Ibrahimovic, dan it-tim huwa wisq dipendenti fuq dan il-plejer fejn jekk l-istess plejer ikollu wirja fqira, jispiċċa biex ibati t-tim nazzjonali Portugiż kollu. Ma nistgħux ma nsemmux li f 'din it-Tazza tad-Dinja mhux se naraw plejers ta' klassi u fama mondjali fosthom Ibrahimovic li saħaq li t-Tazza tad- Dinja mingħajru mhux ta' min jaraha, il- gowlkeepers Petr Cech u Samir Handanovich, il-plejers Daniżi Christian Eriksen u Daniel Agger fost oħrajn minħabba li t-timijiet nazzjonali rispettivi tagħhom l-iSvezja, ir-Repubblika Ċeka u l-iSlovenja ma rnexxielhomx jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja għad-diżappunt ta' ħafna. L-istennija għal din il- kompetizzjoni hija kbira fid-dinja kollha fosthom f 'Malta. Nistennew u naraw x'se jkun qed joffrilna l-Brażil wara preparazzjoni mhux daqstant xierqa u kemxejn negattiva mill-awtoritajiet tal-istess pajjiż u li fl- aħħar ġimgħat għamlu l-headlines tal-aħbarijiet mhux biss sportivi iżda anki dawk ta' ġrajjiet kurrenti. Grupp A Pajjiż Plejer/s Prinċipali Brażil Oscar, Hulk, Neymar, Julio Cesar Kroazja Luka Modric Messiku Javier Hernandez Kamerun Samuel Eto'o Grupp B Pajjiż Plejer/s Prinċipali Spanja Andres Iniesta, Xavi Hernandez Ċili Alexis Sanchez Olanda Robin van Persie, Ariel Robben Awstralja Mile Jedinak Grupp Ċ Pajjiż Plejer/s Prinċipali Kolumbja Radamel Falcao Kosta tal-Ivorju Yaya Toure, Didier Drogba Ġappun Keisuke Honda Greċja Sokratis Papastathopoulos Grupp D Pajjiż Plejer/s Prinċipali Italja Andrea Pirlo, Mario Balotelli, Gianluigi Bu on Ingilterra Wayne Rooney, Frank Lampard, Steven Gerrard Urugwaj Luis Suarez, Edinson Cavani Kosta Rica Bryan Ruiz Grupp E Pajjiż Plejer/s Prinċipali Franza Franck Ribery, Patrice Evra, Karim Benzema Svizzera Xherdan Shaqiri Ekwador Antonio Valencia Honduras Wilson Palacios Grupp F Pajjiż Plejer Prinċipali Arġentina Lionel Messi Niġerja John Obi Mikel Bosnia-Herzegovina Edin Dzeko Iran Javad Nekounam Grupp Ġ Pajjiż Plejer/s Principali Ġermanja Bastian Schweinsteiger, Philipp Lahm, Thomas Muller Portugall Cristiano Ronaldo Stati Uniti Jozy Altidore Ghana Kevin-Prince Boateng, Michael Essien, Sulley Muntari Grupp H Pajjiż Plejer Prinċipali Belġju Eden Hazard Russja Alan Dzagoev Korea ta' Isfel Jung Sung-Ryong Alġeria Madjid Bougherra