Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
38 illum Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja ILFUTBOL internazzjonali beda tard fis-sena 1872 u kienu bejn l-Ingilterra u l-Iskozja. Matul is-Seklu Dsatax, dan l-isport kien infirex fil-kontinenti kollha. U kien ukoll fis-sena 1885 li l-futbol ġie stabbilit fuq sistema professjonali ġewwa l-Ingilterra. Mat-twelid tas-Seklu Għoxrin, il-logħba tal- futbol daħlet fil-logħob Olimpiku u fis-sena 1900 ħafna pajjiżi ħadu sehem fil-logħob għad-dilettanti. F'dan is-seklu l-iżvilupp tal-logħba tal-futbol tant kien għaddej b'ritmu mgħaġġel li bdiet tinħass il-ħtieġa li jiġi organizzat fuq bażi internazzjonali. F'laqgħa li saret f 'Pariġi fil-21 ta' Mejju 1904 twaqqfet il-Federation Internationale de Football Association (FIFA). L-ewwel seba' pajjiżi preżenti għal din il-laqgħa storika kienu Belġju, Danimarka, Franza, Olanda, Spanja, Żvezja u Żvizzera. Fis-sena 1921 il-Franciż Jules Rimet ġie magħżul bħala t-tielet president tal-FIFA. Rimet kien diġà okkupa l-kariga ta' President tal- għaqda tal-Futbol Franċiża (FFF) għal tletin sena, sa mill- 1919. Flimkien ma' sieħbu l-Franċiż Henri Delaunay, welldu l-ħsieb tat-Tazza tad-Dinja. Jules Rimet dam fit-tmexxija sas-sena 1954. Fl-ewwel snin tal-presidenza tiegħu, Rimet ħadem u stinka biex il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tibda tiġi organizzata fuq skala internazzjonali. Fl-1928 din il-proposta għaddiet mill-Kungress tal-FIFA f 'Amsterdam u sena wara f 'Barċellona ġew approvati r-regolamenti għal din il-kompetizzjoni. Ġiet stabbilita s-sena 1930 biex tagħti bidu għal dan l-akbar avveniment sportiv u l-ewwel pajjiżi li ġew ikkunsidrati biex jorganizzaw il-logħob kienu l-Italja, l-Olanda, l-Iżvezja, Spanja u l-Urugwaj. Għal din il-kompetizzjoni internazzjonali, il-FIFA lestiet tazza mill-isbaħ li aktar tard issemmiet għall-president Jules Rimet. Urugwaj 1930 L-ewwel edizzjoni ta' dik li kellha tkun waħda mill-aqwa kompetizzjonijiet tal-futbol saret fl-1930. Il-FIFA għażlet li tafda l-organizzazzjoni f 'idejn l-Urugwaj. li kien se jiċċelebra l-100 sena tiegħu mill- Indipendenza u għalhekk ġiet milqugħa t-talba tiegħu biex jospita l-logħob. Iżda kien hemm problema serja għal dawk iż-żminijiet – il-vjaġġ lejn l-Amerika t'Isfel. Sabiex tinqabeż din il-problema, l-Urugwaj kien offra li jħallas l-ispejjeż kollha lit-timijiet li kienu se jipparteċipaw, sew sabiex jaslu l-Amerika t'Isfel u sew matul iż-żmien tagħhom hemmhekk. Barra minn hekk, wiegħed li jibni grawnd ġdid li kellu jissemma Centenario, proprju minħabba l-anniversarju tal- Indipendenza. Dan l-istadium kien jesa' madwar 95,000 spettatur. Minbarra l-erba' timijiet mill-Ewropa, li kienu Franza, il-Jugoslavja, ir-Rumanija, u l-Belġju, ħadu sehem ukoll tmien pajjiżi mill-Amerika Ċentrali u l-Amerika t'Isfel li kienu l-Messiku, iċ-Ċilì, l-Arġentina, il-Bolivja, il- Brażil, il-Perù, l-Urugwaj, il-Paragwaj, u l-Istati Uniti tal-Amerika. Madwar xahrejn qabel il- kompetizzjoni, l-organizzaturi ndunaw li ma kellhomx parteċipanti biżżejjed u allura ġie deċiż li t-tlettax-il tim jiġu maqsuma fi tliet gruppi ta' tliet timijiet u grupp b'erbgħa. L-aqwa erba' timijiet, l-Urugwaj, l-Arġentina, l-Istati Uniti, u l-Jugoslavja ġew imqiegħda fi gruppi differenti. L-ewwel logħba tal- kompetizzjoni, u l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza tad- Dinja, kienet bejn il-Messiku u Franza, u ntlagħbet il-Ħadd 13 ta' Lulju waranofsinhar. Folla żgħira ta' madwar elf ruħ rat lill-Franċiżi jirbħu 4-1 f 'Estadio Pocitos. Ironikament għall-Franċiżi din kienet l-ewwel rebħa wara ħdax-il logħba, u l-uniku tim, qabel il-Messiku, li l-Franċiżi qatt rebħu miegħu kien il- Gwatemala. Minn dan wieħed jista' jobsor x'livell kellu t-tim Messikan. Lucien Laurent sar l-ewwel plejer li skorja fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, u dan għamlu wara 19-il minuta. Lucien stess irrakkonta, qabel ma miet fl-2005, kif il-gowlkeeper Thépot bis-sieq xeħet fit-tul lejn Augustin Chantrel, li qassam lejn Liberati, li ġera ma' tul il- linja kollha, qassam 'il barra fil-kaxxa lejn Lucien Laurent li mingħajr ma qagħad jaħsibha fajjar xutt li daħal fil- kantuniera ta' fuq. Il-ferħ ta' Lucien Laurent kien meqjus ħafna, għaliex hu stqarr li ftit għaddielu minn rasu li kien l-ewwel gowl tat-Tazza tad-Dinja, u li kien se jibqa' jissemma! Baqgħet imsemmija wkoll bħala l-ewwel logħba li fiha plejer skorja żewġ gowls. Dan għamlu l-Franċiż Maschinot fit-42 minuta b'xutt wara pass ta' Delfour, u tliet minuti mit-tmiem minn kross tal-plejer veloċi Langiller. Bejniethom, il-Messiku kien naqqas id-distakk b'gowl ta' Juan Carreño fis-70 minuta. Il-Franċiżi kienu rebħu b'mod ċar minkejja li l-gowlkeeper bravu tagħhom Alex Thépot kellu jħalli l-grawnd wara tletin minuta. Thépot kien qala' daqqa ta' sieq fuq geddumu u postu ħadu d-difensur Augustin Chantrel! Dan il-fatt jinstema' kurjuż ħafna però ma kienx. Kien għad fadal madwar erbgħin sena biex il-FIFA tintroduċi s-sostituzzjonijiet! Kurjuż il-fatt li jumejn wara l-Franċiżi reġgħu lagħbu, did- darba kontra l-Arġentina, biċ- Ċilì tibqa' tistenna li tagħmel id-debutt f 'din l-edizzjoni. Fit-tim Arġentin lagħab ċertu Luisito Monti, li aktar tard kellu jirbaħ l-unur tal-aqwa plejer tat-tornew. Dan kien ġab diskussjoni kbira, għaliex Monti, għalkemm it-talent tiegħu kien indiskuss, kien plejer goff. L-ewwel 'vittma' ta' Monti kien l-istilla Franċiża Lucien Laurent, li qatta' l-bqija tal-ħin izappap. Iżda l-logħba tibqa' mfakkra għal żball kardinali li għamel ir- referì Brażiljan Gilberto de Almeida Rêgo, li saffar tmiem il-logħba, sitt minuti qabel! Hawn inqala' minn kollox! Il-partitarji Arġentini invadew il-grawnd, filwaqt li l-plejers Franċiżi daru mar-referì jipprotestaw. Kellha tidħol il- kavallerija biż-żwiemel tagħha sabiex tferrex lill-Arġentini, biex il-logħba titkompla wara li Senõr Rêgo kkonsulta mal- assistenti tiegħu. Wieħed jista' jimmaġina l-aħħar sitt minuti taħt liema pressjoni ntlagħbu! L-Arġentina għaddiet minn grupp A filwaqt li l-Jugoslavja għaddiet minn grupp B wara żewġ rebħiet fuq il-Brażil (2-1) u l-Bolivja (4-0). Kurjuż il-fatt li l-plejers tal-Bolivja, sabiex jirringrazzjaw lill- organizzaturi, ħasbu li jiżbgħu ittra kull wieħed fuq il-flokk, li f 'daqqa kellha tinqara 'VIVA URUGUAY'. L-unika ħaġa hi li ħadu żball u ma qagħdux Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati 37/39, Rue D'Argens, Msida SEJĦA GĦALL–OFFERTI L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati qiegħed jistieden partijiet sabiex jitfgħu l-offerti tagħhom għall: REFCOM 1/2014 Twaqqif ta' Stazzjon li jkun Efficjenti fl-Energija biex jinħadmu Karti ta l-Identita' Id-dokument għall-offerti jista' jigi mniżżel minn dawn il-links: http://mhas.gov.mt/en/MHAS-Information/Tenders%20-%20RFQ/Pages/default.aspx jew http://mhas.gov.mt/ u agħżel 'Tenders' Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tal-Gimgha 6 ta' Gunju, 2014 b'posta irreġistrata/courier JEW bl-idejn lil: L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, 37/39, Rue D'Argens, Msida MSD 1368 Ħinijiet tal-ftuħ huma minn 8:00am sa 12:30pm. Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati jew b' e-mail lil refugee-commission@gov.mt. Programm Ġenerali Solidarjeta' u Ġestjoni ta' Migrazzjoni 2007-2013 Offerta parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) Rata ta' ko-finanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi Nazzjonali Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni L-ewwel parti It-tim tal-Bolivja jippoża bil- okkijiet bl-ittri miżbugħa fuqhom bħala ringrazzjament lill-Urugwaj