Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
28 illum Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Meta l-Juventus kisru r-rekord tal-100 punt s-Serie A NHAR il-Ħadd li għadda Juventus kisru rekord impressjonanti meta sar l-ewwel tim li kiser il-100 punt fil-Kampjonat Serie A TIM biex b'hekk kiser rekord impressjonanti u nkuruna staġun mill-aqwa fejn kiseb xejn inqas minn 102 punti fi 38 logħba. Dan ir-rekord kien jinsab għand l-arci- rivali eterni ta' Juventus, Inter li kienu kisbu 97 punt fl-istaġun 2006/07, fejn dak iż-żmien il-kowċ kien it-Taljan Roberto Mancini – illum kowċ tat-tim Tork Galatassary – ironikament l-istess tim li elimina lill- Juventus mill-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League iktar kmieni matul dan l-istaġun. Is-sigriet għal dan is-suċċess impressjonanti tal-Vecchia Signora kif inhuma iktar magħrufin Juventus kien bla dubju ta' xejn il-kowċ bravu Antonio Conte li għamel minn kollox biex iżomm lit-tim ikkonċentrat fuq dak li kellu jkun l-objettiv prinċipali għal dan l-istaġun – ir-rebħ tat- tielet kampjonat konsekuttiv, suċċess li Juventus irnexxielhom jagħmluh l-aħħar mat-tmenin sena ilu. Ir-rebħ tal-kampjonat kien l-objettiv prinċipali ta' Juventus għal dan l-istaġun. Madankollu l-objettiv l-ieħor kien l-avvanz fil-UEFA Champions League, bil- għan li jinkiseb riżultat aħjar minn dak tal-aħħar staġun, fejn Juventus sfaw eliminati mill-holders Bayern Munich fil-kwarti tal-finali. B'dispjaċir u b'diżappunt kbir għal partitarji Juventini, dan ma ġarax għal numru ta' raġunijiet. Wara l-prestazzjonijiet pożittivi kontra Real Madrid, bosta ħasbu li Juventus se jikkwalifikaw għat-tieni rawnd. Iżda dan ma rriżultax. Mingħajr ma wieħed jidħol fil-kontroversja sħiħa li ċċirkondat il-logħba f 'Istanbul kontra Galatasaray. Bosta partitarji Juventini saħqu li r-raġuni prinċipali ta' dan il-falliment kien it-traskuraġni li wriet l-iskwadra Juventina kontra timijiet ta' livell inferjuri. Tim tal-istatura tal-Juventus ma jistax iħalli d-diskors tal-kwalifikazzjoni għar-rawnd sussegwenti miftuħ sal-aħħar logħba. Il-konsegwenzi ta' dan mhumiex ta' min jinjorahom, speċjalment dawk finanzjarji iżda wkoll dawk relatati mar- ranking tat-timijiet Taljani fl-Ewropa. Barra minn hekk fi stadji iktar tardivi matul l-istaġun, Juventus sfaw eliminati mis-semi-finali tal- UEFA Europa League kontra t-tim Portugiż ta' Benfica, għad-diżappunt kbir tal- partitarji tal-Juventus u anki tas-segwaċi tal-futbol Taljan inġenerali. L-iskwadra preżenti li għandu Antonio Conte nbniet bil-għaqal fuq perjodu ta' tlieta/erba' snin, wara li Andrea Agnelli ħa l-amministrazzjoni tal- klabb f 'idejh u nieda proġett ambizzjuż li fost oħrajn kien jinkludi l-bini u x-xiri ta' stadium ġdid li jkun propjetà tal-klabb. Il-klabb ta' Turin huwa l-ewwel klabb Taljan li huwa s-sid tal- propjetà fejn jilgħab nhar ta' Ħadd. Il-Juventus Stadium irrikjeda investiment mhux żgħir, iżda llum dan qed jiġi ppremjat b'attendenzi ikbar tas-supporters li grazzi wkoll għall-vena pożittiva tat-tim, jimlew l-istadium kull ġimgħa. Il-politika finanzjarja ta' din l-amministrazzjoni kienet importanti biex illum Juventus qegħdin igawdu l-qawwa kalċistika li għandhom. Mhux faċli li wieħed jinvesti flusu f 'aktar plejers ġodda wara żewġ staġuni diżastrużi Plejers ta' Juventus jiċċelebraw bil-kbir wara r-rebħ tat-tielet kampjonat konsekuttiv tas-Serie A "Ir-rebħ ta' Arsenal jista' jfisser bidu ġdid" – Arsene Wenger EŻATTAMENT wara r-rebħ tal-FA Cup minn Arsenal wara li l-Gunenrs dawru telfa f 'rebħa ta' 3-2 kontra t-tim inferjuri ta' Hull City, il-kowċ Franċiż ta' Arsenal Arsene Wenger saħaq li dan ir-rebħ tat-tieni l-iktar unur importanti fl-Ingilterra wara r-rebħ tal-Kampjonat Barclays Permier jista' jfisser bidu ġdid għal dan it-tim minn Londra. Tajjeb ngħidu li dan l-unur wasal wara nixfa ta' xejn inqas minn 9 snin hekk kif lura fl-2005 Arsenal kinu rebħu l-FA Cup għall-ispejjeż tar-rivali kbar Manchester United wara l-għoti tal-penalties. M'hemmx dubju li s-sorpriża pożittiva fil-bidu tal-istaġun fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra kienet Arsenal li għamlu numru ta' xhur fil-quċċata tal-klassifika hekk kif approfittaw bis-sħiħ minn żelqiet ta' timijiet rivali fosthom Chelsea, Manchester City u Manchester United. Però mbagħad Arsenal sofrew diversi telfiet uħud minnhom mhux mistennija biex temmew il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra fir-raba' post b'79 punt. Qabel ma beda l-istaġun, il-betting poġġa lil Manchester City u Chelsea favoriti iżda wara l-akkwist tal-plejer Ġermaniż, Mesut Ozil, ħafna kienu li bdew iħarsu differenti lejn il-Gunners. Jidher li issa spiċċa ż-żmien li Wenger kien kostrett li jgħaddi minnu u jbiegħ plejers stabbli li wieħed kien jarahom li t-tim sejjer jinbena madwarhom. Wieħed jistaqsi: "X'kien hemm wara dawn il-manuvri ta' telf ta' plejers bħal Fabregas, Van Persie u oħrajn?" Meta wasal Arsene Wenger ġewwa Highbury huwa sab li biex tkisser id-dominju tal-kbar trid tiġġenera l-miljuni u bi grawnd li jesa' 38,000 ruħ ma stajtx tikkompeti ma' klabbs bħal Manchester United bi stadium li jesa' 70,000 ruħ u żied miegħu l-introjtu mil-lat kummerċjali. Biex ipatti għall-ispiża ta' stadium ġdid li jesa' 60,000 ruħ, Wenger kellu jgħaddi minn perjodu ta' snin fejn beda jakkwista numru ta' plejers żgħar li dawwarhom fi stilel u baqa' kompetittiv matul dawn is-snin. Fl-ewwel snin tiegħu, il-kowċ Franċiż irnexxielu jirbaħ il-Kampjonat Premier Ingliż tliet darbiet, fosthom wieħed mingħajr telfa, l-FA Cup erba' darbiet u ċ-Charity Shield erba' darbiet, u kien biss 10 minuti 'l bogħod milli jirbaħ il-finali tal-UEFA Champions League, b'10 plejers kontra Barcelona. Kien kisser id-dominju ta' Manchester United iżda fl-2003, ir-Russu Roman Abramovich, li tajjeb ngħidu li huwa l-ħames l-aktar persuna sinjura fir-Russja xtara l-klabb ta' Chelsea u minn hemm il- futbol Ingliż inbidel. Ftit snin wara tfaċċaw il-miljuni taż-żejt wara l-bibien ta' Manchester BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). 18-25 July, 25 July - 1 August, 1-8 August, 8-15 August, 15-22 August, 22-29 August, 29 August - 5 September, 5-12 September, 12-19 September, 19-26 September BSL Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours … your holiday starts here! … your holiday starts here! All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢299 FROM Corfu - the island of endless natural beauty Il-kowċ Arsene Wenger u plejers ta' Arsenal jiċċelebraw wara r-rebħ