Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 Infestazzjoni ta' Ġrieden f 'Ta Qali FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt FILPARK ta' Ta' Qali jidher li hemm numru kbir ta' ġrieden jiġġerrew fil-madwar li kull ma jmur qed jiżdied. ILLUM irċieva numru ta' ritratti meħuda nhar il-Ħadd 18 ta' Mejju waranofsinhar. Ir- ritratti ttieħdu minn familja li marret sabiex tqatta' ftit ħin ta' rilassament fiż-żona liema familja kellha titlaq mill-post minħabba biża' ta' xi infezzjoni jew mard ieħor relatat mal-ġrieden bħalma hija l-Leptosirosi li tinxtered mill-urina li jħallu warajhom il-ġrieden. Mill-informazzjoni li tatna din il-familja, jidher li l-post kien mimli attività ta' nies iżda l-ġrieden jidher li draw l-ambjent u ma qagħdux lura milli joħorġu jfittxu l-ikel u l-ilma b'għaġeb ta' dawk li kienu preżenti li ma ridux jemmnu x-xena li kien hemm quddiemhom. ILLUM bagħat kopja tar-ritratti lis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari responsabbli għas-saħħa Chris Fearne fejn fir-risposta bil-miktub infurmawna li fil-fatt id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali kien irċieva ilment dwar l-imsemmija infestazzjoni ta' ġrieden fiż-żona ta' Ta' Qali, liema ilment ġie investigat mill- PEST Control Unit. Is-Segretarjat infurmana wkoll li minn Jannar 2014 sal-lum saru ħames trattamenti kontra l-ġrieden f 'din iż- żona. Qalulna wkoll li meta d-Direttorat jirċievi ilmenti dwar ħmieġ, jinvestigaw il-każ u jieħdu l-passi neċessarji filwaqt li jinformaw lill- awtoritajiet ikkonċernati. L-appell tad-Direttorat tas- Saħħa Ambjentali huwa biex il-pubbliku li jmur fiż-żona msemmija jżomm l-indafa speċjalment wara li jkunu saru xi picnics jew attivitajiet fejn ikun hemm ikel jew fdaljiet ta' ikel imħallija fi tmiem l-attività. Id-Direttorat iħeġġeġ biex il-pubbliku jagħmel użu mill- kontenituri pprovduti għar- rimi tal-iskart u f 'każ li dawn ma jkunux disponibbli, l-iskart għandu jittieħed u jintrema d-dar. Id-Direttorat saħaq li l-ambjent ta' madwarna jirrifletti l-kwalità ta' saħħitna u li finalment, ambjent b'saħħtu jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd. Minn Jannar 2014 saru ħames trattamenti kontra l-ġrieden Tibda l-ġimgħa tal-moda GĦAL dawk fanatiċi tal- moda waslet il-ġimgħa li jkunu qed jistennew ta' kull sena hekk kif ilbieraħ filgħodu fetħet ir-raba' edizzjoni tal-Malta Fashion Week fil-Belt Valletta. Il- produttur eżekuttiv Adrian J. Mizzi qata' ż-żigarella ħamra fi Strada Rjali l-Belt flimkien maċ-Ċermen tal-V18 Jason Micallef u s-Sindku tal-kapitali Maltija Alexei Dingli. Immedjatament mal-ftuħ bdew l-isfilati tal-moda minn disinjaturi lokali bl- ewwel sfilata kien hemm il-kollezzjoni Biosphere minn Creative Factory 7 ta' Gaetano Deguara. Segwiet il-kollezzjoni Amen ippreżentata mid-disinjatriċi Ritienne Zammit. L-isfilati tal-bieraħ filgħodu kienu biss il-bidu ta' diversi sfilati oħra li apparti l-moda tal-ħwejjeġ jinkludu magħhom diversi stili tax-xagħar u rtokk ippreparati minn uħud mill-aqwa professjonisti fl-oqsma rispettivi tagħhom. Ma' dawn jingħaqdu wkoll numru kbir ta' fotografi li matul din il- ġimgħa jkollhom xalata ta' avvenimenti x'jiġbdu. Ta' min isemmi wkoll li siltiet minn din il-ġimgħa tal-moda se jkunu miġbuda mill- istazzjon televiżiv tal-moda Fashion TV. Il-qofol tal-Malta Fashion Week jintlaħaq is-Sibt 31 ta' Mejju meta fi SmartCity Malta se jiġu ppremjati l-Malta Fashion Awards. Waħda mill-mudelli liebsa waħda mill-ilbiesi minn Ritienne Zammit mill- kollezzjoni Amen Ritratt: Kurt Paris