Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024
Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 | illum 35 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard L-imħabba lejn l-Inter u l-ħbiberija ma' Zanetti tagħhom biex jieħdu sehem f 'dan il- kamp ta' taħriġ imma ovvjament ma nistgħux indaħlu iktar tfal. Il-kampus se jiġi inawgurat il-Ġimgħa 30 ta' Mejju madwar l-4pm mill-Ministru tat-Turiżmu l-Onorevoli Dr Edward Zammit Lewis waqt li stedinna wkoll il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat biex jattendi. Dakinhar stess filgħaxija għandna l-gala dinner uffiċjali li se jsir ġo lukanda ewlenija f 'Għajn Tuffieħa - din se tkun festa kbira lil dan il-leġġenda ħajja Interista illi wara li ngħata merħba kbira ġo Milan fl-aħħar logħba kontra Lazio issa jmiss lill-poplu Interist Malti biex jagħtih merħba u tislima kbira. Għaddieli minn widnejja li int kont involut fil-ħatra ta' Zanetti bħala ambaxxatur tat-turiżmu għal Malta fl-Italja li rajniha fl-aħbarijiet ftit tal- ġimgħat ilu. Tina iktar dettalji. Għalissa kulma se ngħidlek huwa li huwa dan li għidt int huwa verissimu però għalissa se nieqaf hawn! Iddeskrivi lil Zanetti fi ftit kliem. Zanetti huwa umli, b'qalb tad-deheb u li għamel lit-tim tal-Inter parti mill- familja tiegħu. Pereżempju qatt ma kont nemmen li Zanetti jiltlaq lill-Inter. Dan kellu offerti minn Real Madrid u minn timijiet oħra kbar u dejjem irriffjutahom - ried jibqa' mal-Inter biex ikun il-bandiera ewlenija Interista. Fil- fatt se jkun il-Viċi-President tal-Inter fejn din l-aħbar diġà ġiet imħabbra mill-President Onorarju Massimo Moratti. Kif se jimtela n-nuqqas ta' Zanetti u ta' plejers oħra bħal Cambiasso, Samuel u Milito? B'dispjaċir qed nara li l-plejers kollha li għamlu l-istorja tat-Triplete se jispiċċaw minn ma' Inter. Mhuwiex faċli li ssib plejers b'kalibru ta' dawn il-plejers. Żgur li d-Direttur Sportiv Ausulio se jkollu għadma iebsa xi jgerrem biex isovi dawn il-problemi! Għad fadal plejers bħal Zanetti fil- futbol mondjali jew il-plejers llum huma lkoll merċenarji? Jien ngħid li l-plejrrs illum huma merċenarji hekk kif dawn kif ikun hemm bniedem joffrilhom iktar flus jinsew il-kuluri li jkunu qegħdin jilbsu u mill-ewwl jaqbżu minn fuq id-dgħajsa u jitilgħu fuq id-dgħajsa l-ġdida. Soċjetajiet bħal Manchester City, PSG u oħrajn tista' tgħid li huma r-rovina tal-futbol, fejn qegħdin jagħtu pagi bl-addoċċ biex imbagħad plejers bħal Lavezzi ta' PSG ma jsibux posthom fit-tim għax dawn ikollhom 22 plejer għad-dispożizzjoni tagħhom u ma jsibux posthom fit-tim. B'hekk plejers bħal dawn jagħmlu staġun li fih ma jilagħbux kwart minnu! Jiġifieri dawn kulma jkunu qegħdin iħarsu lejh huwa l-lat finanzjarju. Plejers bħal Zanetti fadal imma dawn huma ftit ħafna u dejjem qegħdin jonqsu. Fost dawn nistgħu nsemmu lil Totti ta' Roma li dejjem baqa' leali lejn il-kuluri Giallorossi. Kien hemm ukoll Maldini ta' AC Milan li b'dispjaċir kbir fl-aħħar logħba tiegħu mar-Rossoneri l-partitarji Milanisti ma tantx trattawh tajjeb li hija ħasra li plejer bandiera u li ta dak is-servizz kollu jiġi ttrattat b'dak il-mod u manjiera. Dan jikkuntrasta mal-fatt li saħansitra partitarji ta' Inter ukoll għamlu banner f 'ġieħ Maldini f 'logħba li fiha kienu involuti n-Neroazzuri. Għalija kien żball ukoll kbir ta' Mazzarri li fl-aħħar derby kontra AC Milan ma daħlux għall-aħħar kwarta. Din hija xi ħaġa li żgur li weġġgħet ħafna lil Zanetti u l-partitarji Interisti din il-ħaġa żgur li qatt ma jistgħu jaħfruha lil Mazzarri, fejn saħansitra anki l-partitarji Milanisti kienu wkoll lesti li jagħtuh ovazzjoni! Hemm xi pjanijiet jew proġetti għal min tant għandu għal qalb l-flokk blu u iswed ta` Inter f`pajjiżna? Ta' min jgħid ukoll li fil-futur qarib se jkun hemm sorpriżi oħra għal dawk kollha li jsegwu lil Inter mill-viċin, iżda aktar informazzjoni tingħata fil-ħin opportun. Twieled -10 ta' Jannar 1958 f'Ħal Lija Jemmen li t-tim immexxi minn Mourinho imkien ma' dak li kien hemm h plejers bħal Facchetti u Burgnich kienu l-aqwa timijiet ta' Inter ta' kull żmien Iħoss li t-tliet plejers Zanetti, Facchetti u Mazzola jidħlu l-kategorija tal-aqwa plejers ta' Inter ta' kull żmien Huwa tal-fehma li l-kowċ Mazzarri għalkemm se jkun qed jibda l-istaġun li jmiss bħala kowċ ta' Inter mhux se jirnexxielu jtemmu man-Neroazzurri Paul Fenech Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jaċċessa l-paġna fuq Facebook: https://www.facebook.com/zanettitrainingcamp