Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn Inter? Minn ċkuniti mill-ewwel inġbidt lejn il-gear blu u iswed ta' Inter. Niftakar dawk iż-żminijiet li fihom Inter kellhom plejers ta' klassi mondjali bħal Burgnich u Facchetti. Kont għadni tifel u minn dak iż-żmien 'l hawn l-imħabba lejn il-kuluri Neroazzurri ma naqsu qatt anzi iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar insir inħobbhom u nħosshom parti mill-familja tiegħi. Ippermettieli niddeskrivi dan l-istaġun għall-Inter bħala wieħed ferm diżappuntanti. Taqbel miegħi? Naqbel miegħek perfettament. Stennejt aħjar minn dan it-tim. Il- kowċ Mazzarri, jien personalment ma jogħġobnix u nemmen li se jkun żball li se jibda l-istaġun li ġej għax nemmen li ma jkomplix mal-Inter. Liema kien l-aqwa tim tal-Inter ta' kull żmien fl-opinjoni tiegħek? Ovvjament tal-2010 ta' Mourinho, kien wieħed mill-aqwa timijiet. Għalkemm fil-passat fi żmien Burgnich, Facchetti u oħrajn ukoll kien hemm tim tajjeb imma dik kienet era oħra imma riċentament dak ta' Mourinho kien l-aqwa tim li mertu minnu għandu Mancini għax kien hu li beda jibni t-tim ta' Inter u għamel il-bażi tiegħu mingħajr ma nneħħi xejn mill-mertu ta' Mourinho li huwa 'The Special One' għal kull Interist. U l-aqwa plejer Interist ta' kull żmien? Hemm ħafna plejers però uħud mill- aqwa plejers ta' Inter ta' kull żmien fl- opinjoni tiegħi huma Zanetti, Facchetti, Mazzola, Ronaldo u Ibrahimovic. Fil-passat kien hemm ukoll Giuseppe Meazza. Kif qed tħares lejn il-futur ta' Inter kemm bħala soċjetà kif ukoll bħala tim? Mil-lat ta' soċjetà jien nemmen li Thohir huwa bniedem kapaċi u bil-għaqal li se jerġa' jagħti bażi soda finanzjarja lil Inter u ovvjament kif il- bażi finanzjarja tiġi rranġata nemmen li kapaċi jibni tim tajjeb ukoll. Fil-fatt mill-ewwel li ġie ma' Inter, meta kien hemm l-istorja ta' Guarin u Vucinic, il-President Indoneżjan mill-ewwel ikkalma l-affarijiet. Jien niftakar kont qiegħed Milan quddiem is-sede tal- Inter. Għamilt xi tmien sigħat meta kien hemm il-protesti tal-Boys – kif inhuma magħrufin il-partitarji Interisti u nemmen li dawn kienu l-fattur prinċipali għaliex dan it-trasferiment fil-fatt ma seħħx. Kien bis-saħħa tal- Boys u tal-partitarji Interisti inġenerali bil-protesti paċifiċi li għamlu quddiem is-Sede tal-Inter fejn inġabru bi ħġarhom li dan l-iskambju bejn Guarin u Vucinic ma seħħx. Bosta Interisti ma tantx kienu jħarsu sabiħ lejn id-Direttur Sportiv ta' Inter Marco Branca. X'inhuma l-opinjonijiet tiegħek ta' din il- persuna? Branca għamel l-iżbalji però ma tridx tneħħilu l-merti tiegħu għax meta l-Inter ħadu t-Triplete huwa kien hemmhekk waqt li hu kien il- moħħ wara l-ingaġġ ta' plejers bħal Cambiasso, Ibrahimovic u plejers oħra, jiġifieri hu għandu l-merti tiegħu wkoll. Issa kien wasal iż-żmien li jidħol minfloku persuna ġdida li kien Ausilio. Nitfgħu issa l-ħarsa tagħna fuq Zanetti. Kif bdiet il-ħbiberija tiegħek miegħu? Ilna nikkomunikaw u niltaqgħu għal dawn l-aħħar 3 snin. Jien sirt ħabib tiegħu bis-saħħa ta' Sergio Soldano li tajjeb ngħidu li huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena fejn kien hu li introduċieni miegħu. Li dawn in- nies bħal Zanetti jibdew jafdawk mhux b'kumbinazzjoni, iżda trid taħdem għaliha. Trid turihom li dak li tkun qed tagħmel ma jkunx għall-interess personali tiegħek. Jien l-interess tiegħi li ngħin lil Zanetti huwa verament biex ngħin lill-Fondazzjoni Pupi. U x'inhi l-Fondazzjoni Pupi? Il-Fondazzjoni Pupi hija Fondazzjoni li waqfu Zanetti u l-mara tiegħu Paula. Din is-sena l-istess fondazzjoni tagħlaq 13-il sena u f 'Diċembru attendejt għall- festa tal-anniversarju. F'din il-festa memorabbli fejn kien hem 600 ruħ u li saret f 'Gallaretta fl-istabbiliment tal-Mercedes, attendew plejers bħal Milito, Nagatamo, Jonathan u oħrajn. Il-fondazzjoni fl-Arġentina hija mmexxija minn missier Paula, li ftit jiem oħra se jkun f 'pajjiżna ma' Zanetti u l-mara tiegħu. Il-fondazzjoni Pupi tieħu ħsieb tfal foqra u lill-familji tagħhom. Il-ġenituri ta' dawn it-tfal jiġu mgħallma diversi snajja biex ikunu jistgħu jaħdmu u jgħixu lill-familja. Barra minn hekk jeħdulhom ħsieb ukoll is-saħħa tagħhom fejn għandhom professuri u psikjatri li jaraw il-ħtiġijiet ta' dawn il-familji. Il-fondazzjoni wkoll tipprovdilhom l-ikel wara li jiġu mill- iskola jew ix-xogħol. B'hekk dawn it- tfal isibu kollox lest. Din il-Fondazzjoni qed tagħmel ġid kbir fl-Arġentina u hija l-mimmi t'għajnejn Zanetti u l-mara tiegħu Paula. Jidher li fl-aħħar żjara tiegħu f 'Malta f 'Ottubru li għadda Zanetti ħa gost ħafna f 'pajjiżna u fil-fatt se nkunu qed nerġgħu narawh fil-gżejjer Maltin bejn it-30 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju fejn huwa se jkun qed imexxi kamp ta' taħriġ li naf li int il-moħħ warajh fost oħrajn. Tina iktar dettalji fuq dan il-kamp u kif wasalt biex ipperswadejt lil Zanetti biex jerġa' jqatta' tlett ijiem f 'pajjiżna? Rigward il-kamp ta' taħriġ ma rridx nieħu l-mertu kollu jien. Irrid insemmi persuna Taljana li kienet tista' tgħid hi li bdiet ix-xrara għal dan flimkien mal-klabb tal-Luxol fejn hawnhekk nixtieq nirringrazzja ħafna lil Jason Falzon tal-koperazzjoni kbira li sibt min-naħa tiegħu u għad-disponibbiltà tiegħu wkoll. Kumpanija oħra li rrid nirringrazzja ħafna wkoll hija l-McDonalds fejn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-familja Hili għax dawn mill-ewwel aċċettaw li jkunu l-isponsors ewlenin ta' din l-attività. Ma nistax ma nsemmix ukoll lil Kirstie Saliba mill-marketing tal-McDonalds u l-ħafna ħbieb li qegħdin jgħinuni f 'din l-avventura unika. Fil-kampus se jieħdu sehem madwar 165 tifel fejn fosthom hemm ħamest itfal tal- istituti li dawn mhuma se jħallsu xejn għall-kampus u kif għidt b'dan kollu lil Zanetti huwa mill-ewwel aċċetta. Fil-fatt huwa saħaq miegħi li din kienet idea tajba u ħa gost ħafna bil- parteċipazzjoni ta' dawn it-tfal. Il-qligħ kollu li se jsir minn din l-attività se jmur kollu għall-fondazzjoni Pupi. Jien bħalissa nista' ngħidlek li prattikament qiegħed full time f 'dawn il-ħmistax-il ġurnata fuq dan il-kampus - ovvjament però mingħajr ħlas biex ma jkunx hawn min jibda jispekula! Naf li malli ħriġtu l-applikazzjonijiet għal dan il-kampus, dawn imtlew mill-ewwel... Jien bqajt immeraviljat li fi żmien jumejn dan il-kampus kien mibjugħ kollu - għadhom sal-lum iċempluli n-nies u jitolbuni biex idaħlu t-tfal SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Paul Fenech – partitarju kbir ta' Inter, ħabib personali tal-leġġenda ħajja tal- istess klabb minn Milan, Javier Zanetti, u wieħed mill-imħuħ wara ż-żjara tal- plejer Arġentin bejn it-30 ta' Mejju u l-1 ta' Ġunju f'pajjiżna biex imexxi kamp ta' taħriġ l-grawnd tal-Luxol li l-qligħ minnu se jmur kollu għall-Fondazzjoni Pupi li hija mmexxija minn Javier Zanetti nnifsu u mill-mara tiegħu Paula. L-imħabba lejn l-Inter u l-ħbiberija ma' Zanetti "Jien l-interess tiegħi li ngħin lil Zanetti huwa purament biex ngħin lill- Fondazzjoni Pupi" "Zanetti huwa umli, b'qalb tad-deheb u li għamel lit-tim tal-Inter parti mill- familja tiegħu"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014