Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 25 ta' Mejju 2014 • Nr 397 Ara paġna 26 Tel: 2122 3999 Anzjana tmut wara li laqatha bowser MARY MacKay ta' 75 sena, residenti l-Imsida, tilfet ħajjitha f 'inċident tat- traffiku li seħħ ilbieraħ filgħodu fi Triq il-Wied, l-Imsida meta l-anzjana ntlaqtet minn bowser li baqa' sejjer meta kienet qed taqsam mad-dwal tat-traffiku. Fi ftit tal-ħin wara l-inċident waslu fuq il-post il-Pulizija kif ukoll tim mediku li ċċertifika l-anzjana mejta fuq il- post. Kaġun tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin filwaqt li ssejħet inkjesta mill-Maġistrat Francesco Depasquale. Il-Pulizija bdew jinvestigaw il-każ minnufih bi tfittxija għall-bowser li baqa' sejjer wara li tajjar lill-anzjana. Il-bowser instab fl-inħawi tal-Gżira u x-xufier tal- bowser qiegħed jgħin fl- investigazzjoni tal-Pulizija. Mary MacKay hija s-sitt vittma ta' inċidenti fatali s'issa din is-sena. Il-ħamsa l-oħra kienu Clive Brincat ta' 32 sena mill-Belt, Karen Cutajar ta' 38 sena minn San Pawl il-Baħar, Philip Scott Attard ta' 44 sena, Ingliż, minn Ħal Għaxaq, John Darren Casey Ingliż, minn San Pawl il-Baħar u Ibrahim Ismail Yasin mis- Somalja ta' 19-il sena. www.citroen.com.mt Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com NEW CITROËN C3 PURETECH PETROL ENGINE. 250 MORE KILOMETERS PER TANK. A PRICE THAT TURNS HEADS €12,600 Illustrated model C3 Seduction with zenith windscreen 0798. Citroen - C3 - 10x4.indd 1 05/03/2014 15:33 Analiżi ta' "200 persuna li qed jiffan- gaw minn ħatriet politiċi". Ara paġna 7 Analiżi ta' "200 persuna li qed jiffan- Mistennija maġġoranza assoluta mil-Labour minkejja tnaqqis fil-voti LELEZZJONIJIET għall- parlament Ewropew għalqu lbieraħ fl-10pm. Kien hemm tnaqqis fin-numru ta' nies li ħarġu jivvutaw meta mqabbla mal-2009. Skont il-figuri uffiċjali li ħarġet l-kummissjoni elettorali mal- 75% ivvutaw ilbieraħ tnaqqis ta' 3% mill-2009. Ilbieraħ 344,374 votant kienu eliġibbli biex jivvutaw inkluż 7,880 votant barrani. Skont analiżi li sar abbażi ta' numru ta' polls li saru f 'dawn l-aħħar ħames ġimgħat tal- gazzetta MaltaToday huwa maħsub li l-Partit Laburista huwa mistenni jikseb bejn 51% u 52%. Tnaqqis meta kkomparat mal-elezzjoni ġenerali imma xorta waħda li żgur li ser jiġi interpretat bħala sodisfaċenti mill-Prim Ministru Muscat. L-ewwel għadd huwa maħsub li jiġi mxandar fis-siegħa ta' wara nofsinhar illum. Mill-kandidati kollha, l-eks Prim Ministru Alfred Sant huwa maħsub li jiġi elett fl-ewwel għadd, u forsi l-kandidata, eks-parlamentari Nazzjonalista fil-parlament Ewropew Roberta Metsola. Huwa maħsub li l-erba' kandidati l-oħra li ser jiġu eletti ser jiġu mħabbra bejn il-Ħadd u t-Tnejn, minħabba l-wirt ta' voti minn kandidati tal-partiti tagħhom. Mhux mistenni xi trasferiment ta' voti minn partit għall-ieħor. Imma bħas-soltu, s-sondaġġi jibqgħu sondaġġi u kollox jista' jiġri. Dawn l-elezzjonijiet kienu dominati minn nuqqas ta' interess mill-elettorat. Sa nofs il-ġurnata n-numru ta' nies li marru jivvotaw kien ferm akbar minn 2009, imma dan aktarx kien minħabba l-logħba taċ-Champions League li seħħet bejn żewġ klabbs Spanjoli kbar tal-futbol ilbieraħ filgħaxija. Ilbieraħ, it-tliet mexxejja ewlenin ivvutaw bl-istampa preżenti. Il-koppja Muscat ivvutat f 'Burmarrad, Simon Busuttil akkumpanjat mit-tifel f 'Ħal-Lija u Arnold Cassola vvota f 'Pembroke. Il-President tar-Reppublika Marie Louise Coleiro Preca flimkien mar-raġel tagħha vvutat ukoll f 'Ħal-Lija. Fejn hi ma tilfitx l-opportunità li titla' permezz ta' lifter ġo vann tas- sorijiet li kienu qed jivvutaw fl-istess polling booth biex issellmilhom. Il-President, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni waqt il-votazzjoni tal-bieraħ L-istickers huma duplikati! NEWSPAPER POST Maltin f 'Djibouti ħelsuha minn attakk bil-bombi GRUPP ta' suldati Maltin ħelsuha ħafif wara li kienu f 'ristorant f 'Djibouti u dan safa l-mira ta' attakk bil-bombi. Is-suldati Maltin kienu evakwati u issa jinsabu abbord bla problemi. Dawn is-suldati kienu fi triqithom lejn il-kosta tas- Somalja abbord HNLMS De Seven Provincien f 'missjoni kontra l-piraterija. L-attakk seħħ f 'ristorant fejn is-suldati Maltin kienu qed jieklu flimkien ma' suldati Olandiżi. L-għaxar darba għar-Real!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014