Illum previous editions

illum 25 May 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/318024

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 25 ta' Mejju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 26˚Ċ L-INQAS 18˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Lvant forza 5 lokalment forza 5 għal 6 għall-ewwel, li jsir forza 4 għal 5 filgħodu, u jdur mill-Grigal forza 4 għal 5 wara nofsinhar. BAĦAR: Moderat għal qawwi għall-ewwel u filgħaxija, li jsir qawwi matul il-jum. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 27˚Ċ L-INQAS 18˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Majjistral forza 3, lokalment forza 3 għal 4. BAĦAR: Moderat SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 45 41 40 10 87 29 69 12 Aktar voti mhux miġbura: inqas interess? Analiżi tal-fatti u l-istatistika tat-tliet elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew f 'dawn l-għaxar snin. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt 6.5% tal-voti eleġibbli f 'din it-tielet elezzjoni tal-Parlament Ewropew baqgħu mhux miġbura, bit- total jammonta għal 21,856 vot. Dan l-ammont ta' voti mhux miġbura kien akbar meta kkumparat maż–żewġ elezzjonijiet preċedenti; fl-2004 kien hemm 10,100 vot mhux miġbura filwaqt li fl-2009 l-ammont tela' għal 15,862. Għalkemm faċli tikkonkludi li ż-żieda ta' d o k u m e n t i mhux miġbura jfisser inqas interess, ta' min ifakkar li bejn elezzjoni u oħra l-ammont ta' min ikun eleġibbli jivvota jiżdied ukoll. Eżempju filwaqt li fl- elezzjoni tal-PE fl-2004 kien hemm 304,000 vot eleġibbli, din is-sena t-total żdied għal 344,374, li jfisser żieda ta' 40 elf persuna oħra eleġibbli li jivvutaw. Iżda minkejja l-voti mhux miġbura, Malta dejjem kellha fost l-ogħla rati ta' parteċipazzjoni fl- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. B'turnout ta' 82% u 78.8% fl-2004 u 2009 rispettivament, Malta kellha l-ogħla parteċipazzjoni mill-istati membri tal-UE fejn il-votazzjoni mhix obbligatorja, bil-medja tat- turnout fil-bqija tal-Unjoni Ewropea tkun ta' 45.5% fl-2004 u 43% fl-2009. Kwota inqas Din l-elezzjoni hi l-ewwel waħda li teleġġi sitt MEPs għall- Brussell. Fl-2009, il-kwota xorta nħadmet fuq ħamsa iżda bi qbil li jekk it-trattat ta' Lisbona jkun ratifikat u Malta tieħu s-sitt siġġu (kif eventwalment ġara), il-kandidat li jkun spiċċa fis-sitt post jiġi elett. Dan kien imtela minn Joseph Cuschieri f 'isem il-Partit Laburista. Għaldaqstant, kwota maħduma fuq sitt siġġijiet u mhux ħamsa se twassal biex din tkun inqas minn snin oħra. Fl-aħħar żewġ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew il-kwota kienet ta' Ir-riżultat tal-elezzjoni f 'Reporter IRRIŻULTAT tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew se jkun diskuss waqt il- programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu Dr Toni Abela – Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Dr Beppe Fenech Adami – Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-verdett tal-poplu waqt l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jkun diskuss flimkien ma' Dr Abela u Dr Fenech Adami fil-karigi rispettivi tagħhom bħala Deputat Mexxej u Viċi Kap taż-żewġ partiti li mexxew kampanja politika intensiva matul il-ħames ġimgħat li għaddew. Kampanja li kienet iddominata fuq il-politika lokali u li tmexxiet miż- żewġ mexxejja bi ftit li xejn spazju allokat għal kandidati individwali. Sodisfatti bir- riżultat li nkiseb? X'inhuma l-kummenti fuq il-kandidati eletti? X'tibdil se jġib miegħu dan ir-riżultat fl-isfera politika lokali? Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il-programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. Reporter, għada fis-6.55pm VILHENA Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana VIVIEN Pharmacy, Triq Patri Magri, Marsa ST. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Qormi ST. Helen Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira PENNY Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi NORMAN'S Pharmacy, 133, High Street, Sliema ST. Joseph Pharmacy, 172, Triq il-Kbira, Lija SANTA Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar BROWN'S Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura MARTIN'S Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il-Kbira, Żurrieq SPIŻERIJA Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ MAKE Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria XAGĦRA Pharmacy, 157, Triq il-Knisja, Xagħra Busuttil u Muscat: minbarra li huma ż-żewġ mexxejja, huma wkoll l-aktar żewġ kandidati li ġabu voti mill-2004 s'issa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 May 2014